Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 13 x'bassru u fejn marru żmerċ Meta Marty jkun fil-futur, jirċievi telefonata fuq it-televiżjoni tiegħu fejn fuqha jitkellem ma' persuna oħra waqt li jaraha fl- istess ħin. Din hi xi ħaġa li ħafna nies jużaw kważi ta' kuljum, li ssir kemm fuq skrins kbar bħal tat- televiżjoni, jew iktar prattika, fuq il-mobile phones. Hija teknoloġija ferm popolari fil-preżent, li qed tagħmel il-ħajja ta' ħafna nies iktar faċli. Meta Marty jkun fil-futur, jirċievi telefonata fuq it-televiżjoni tiegħu fejn fuqha jitkellem ma' persuna oħra waqt li jaraha fl- istess ħin. Din hi xi ħaġa li ħafna nies jużaw kważi ta' kuljum, li ssir kemm fuq skrins kbar bħal tat- televiżjoni, jew iktar prattika, fuq il-mobile phones. Hija teknoloġija ferm popolari fil-preżent, li qed tagħmel il-ħajja ta' ħafna nies iktar faċli. Fl-2015 skont il-film ħadd ma juża flus kontanti iżda jħallas billi jpoġġi sebgħu fuq magna li tawtorizza l-ħlas. It-teknoloġija tal-marki tas-swaba' tidher ukoll tintuża biex jinfetħu l-bibien. Illum il-ġurnata, il-flus kontanti qed jinqatgħu fl-użu tagħhom minħabba li kulħadd juża l-credit cards. It-teknoloġija tal-marki tas-swaba' tintuża b'mod komuni ħafna llum il-ġurnata hekk kif mobiles bħall-iPhones għandhom din it-teknoloġija biex tkuntista' tiftaħ il-mobile tiegħek. Jaws 19 Fl-1989 kienet popolari l-franchise tal-films 'Jaws' li kienu bdew joħorġu mill-1975 u sa sentejn qabel ma ħareġ 'Back to the Future Part II', kienu diġà ħarġu erba' films ta' 'Jaws.' Dan jispjega l-fatt li l-produtturi ħasbu li dan kien se jibqa' joħroġ anke sa 26 sena wara, fejn ikun diġà wasal fid-dsatax-il ħarġa tiegħu. Fil-film, wieħed jista' jara billboard fi pjazza li fuqu, ir-riklam kien wieħed animat. Din hija xi ħaġa komuni ħafna, fejn fi pjazez kbar tara dawn it-tip ta' skrins b'dawn ir-riklami, bħalma naraw fi pjazez ewlenin bħal Times Square u Piccadilly Circus, però din it- teknoloġija nistgħu narawha wkoll f 'pajjiżna. Fil-futur tal-film, in-nies jidhru jilbsu dawn in-nuċċalijiet li minnhom wieħed jista' jagħmel telefonata jew anke jara il-vidjows. Din hija xi ħaġa li għalkemm mhix popolari ferm ma' kulħadd, jeżisti l-Google Glass, li meta persuna tilbishom għandha prattikament tkun kapaċi taqdi l-istess funzjonijiet li ssemmew fil-film, u aktar fosthom li tuża l-internet. Hoverboard Din kienet waħda mill-aktar 'teknoloġiji' li kienet ħalliet lin-nies jittamaw li jaslu fil-futur, billi l-hoverboard kienet se tkun revoluzzjoni fil- qasam tat-trasport. Saru ħafna tentattivi sabiex tinħoloq hoverboard li verament taħdem, però minkejja li kien hemm diversi tentattivi li ġew viċin, din it-teknoloġija għadha xi ħaga li għad irridu nistennew biex nippruvaw. kemm fuq skrins kbar bħal tat- televiżjoni, jew iktar prattika, fuq il-mobile phones. Hija teknoloġija Ħwejjeġ li jinxfu waħedhom erba' films ta' 'Jaws.' Dan jispjega l-fatt li l-produtturi ħasbu li dan Hoverboard tinħoloq hoverboard li verament taħdem, però verament taħdem, però minkejja li kien hemm x'bassru u fejn marru żmerċ Meta Marty jkun fil-futur, jirċievi telefonata fuq it-televiżjoni Video Conferencing Fil-futur tal-film, in-nies jidhru jilbsu Nuċċalijiet telefon ir-riklami, bħalma Billboards Diġitali tagħhom minħabba li kulħadd juża l-credit cards. It-teknoloġija Teknoloġija tal-Marki tas-Swaba'