Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DALGĦODU l-Partit Nazzjonalista mistenni jressaq mozzjoni quddiem il-kunsillieri tiegħu li mill- ġdid se tkun qed tipproponi li t-tfal tal-iskejjel minn familji żvantaġġjati jingħataw lunch "b'xejn u b'saħħtu." Apparti dan, il- kunsilliera tal-istess partit mistennijin japprovaw ukoll proposta biex is- sistema ta' vouchers tkun riintrodotta mill-ġdid, għal dawk il-familji bi bżonnijiet materjali partikolari. Din il-proposta kienet fil-mira ta' kritika qawwija mill-Prim Ministru Joseph Muscat, li akkuża lill-PN li qed jitfa' lil dawk fil-faqar f 'sitwazzjoni imbarazzanti li jkollhom joqogħdu fi kju jistennew biex isarrfu voucher, filwaqt li kkritika wkoll il-proposta ta' 'lunch' lil dawk l-istudenti minn familji żvantaġġjati. Dwar tal-aħħar, Muscat kien qal li dan l-eżerċizzju jista' jkompli jistigmatizza lil min huwa fqir, iktar milli jagħtih l-għajnuna. Il-Kunsill tal-PN, li se jitlaqqa' f 'Għawdex, mistenni jiċċentra madwar diversi kwistjonijiet li huma problematiċi fil- pajjiż bħalissa, iżda jidher li hemm aċċenn qawwi fuq il-faqar. Fil-Kunsill Ġenerali ta' dalgħodu, mistenni jkun hemm diversi kelliema li jirriflettu l-mozzjoni tal-PN stess dwar il-faqar, u mistenni wkoll li jkun hemm diversi referenzi għall-istatistika li turi kif il-faqar u dawk fil-periklu li jaqgħu fih qed jiżdiedu. Jidher li kwistjoni oħra li se tkun qed tissemma dalgħodu, kif mistenni, se jkun it-traffiku, anke jekk sorsi spjegaw lill-ILLUM li għalkemm fil-mozzjoni li se tkun preżentata lill- kunsilliera tal-PN, it-traffiku jissemma' aktar minn darba, dwar soluzzjonijiet ftit li xejn tgħid, ħlief li tagħmel referenza għall-bżonn ta' studji u investiment kbir. Intant mill-informazzjoni li għandu l-ILLUM jidher li l-mozzjoni tal-PN se tkun ukoll qed tagħmel kritika qawwija fuq l-ekonomija bħalissa, fejn se jisħaq li hemm għafsa fuq il-pagi, li l-Gvern qed idaħħal bosta piżijiet ġodda fuq il-familji, u li t-tkabbir li qed iseħħ bħalissa mhux neċessarjament huwa wieħed sostenibbli. illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 Qlibna siegħa lura Ritratt tal-ġimgħa Ix-xemx nieżla fuq is-Salini, hekk kif bdew jinfetħu is-smewwiet wara waħda mill-ewwel maltempati xitwin li laqtu il pajjiżna. Nisperaw li ma ndumux nistennew wisq aktar biex il-post ikun restawrat lura għall-isbuħija oriġinali tiegħu 'Ikel b'xejn għat-tfal fl-iskejjel u vouchers għall-foqra' Dalgħodu l-PN se jerġa' jipproponi r-riinttroduzzjoni tas-sistema tal-vouchers għal dawk li huma f 'riskju ta' faqar Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-proposta Nazzjonalista ta' lunch b'xejn tistigmattizza aktar lil min hu fqir