Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 39

32 illum Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pembroke A ...............0 Mosta ........................2 Wara d-disfatta fid- derby kontra Naxxar Lions, fejn sfaw megħluba bl-iskor ta' 2-0, Mosta rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Pembroke a. bl-istess skor li bih sfaw megħluba kontra l-Lions fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Mosta kellhom lill-plejer Ian Zammit jiskonta l-ewwel logħba minn tlieta sospensjoni wara li tkeċċa wara li ntemm il-konfront ta' ftit jiem ilu kontra l-ġirien iżda rivali kbar, Naxxar Lions. It-tim immexxi minn Winston Muscat ma setax kellu bidu iktar ħażin meta wara biss tliet minuti logħob tkeċċa għalihom il-plejer miż-Zimbabwe Patmore Shereni li propju kien qed jiddebutta lbieraħ għalihom. Dan hekk kif huwa waqqa' lill-attakkant ta' Mosta, Saviour Fidelis fil-kaxxa, u b'hekk ir-referi Malcolm Spiteri kien pront u ordna penalti. Iżda mill- 11-il metru, inkariga ruħu l-istess Saviour Fidels li ra t-tentattiv tiegħu jagħddi barra l-lasti tad-difiża. Mosta fetħu l-iskor fil-61 minuta permezz ta' awto- gowl sfortunat tal-eks difensur Serb ta' Qormi u Hibernians, Zoran Levnajic. Edin Murga seta' faċilment għalaq il-logħba għall- Mostin fil-75 minuta iżda xutt tajjeb tiegħu minn ġol-kaxxa ġie milqugħ b'id waħda mill-goalkeeper veteran Mario Muscat, li ħa post il-goalkeeper Matthew Farrugia, li sofra minn injury ftit tal-minuti biss qabel. Il-Mostin irduppjaw l-iskor fil-85 minuta biex b'hekk issiġġillaw ir-rebħa meta Edin Murga għadda tajjeb lejn is-sostitut Dyson Falzon li permezz ta' xutt fil-baxx tefa' l-ballun fix- xibka. Pembroke - A. Farrugia (Muscat 68'), Levnaijic, Cini, Tanti (Micallef 79'), Barbetti, O'Brien, Arab Eddin (Bugeja 64'), Laudisi, Shereni, Villalobos Carbajal, Martz Mosta - Cini, Farrugia, Micallef (Chukwide 11'), Guobadia (Frendo 81'), Borg, Yassau, Fidelis (Falzon 74'), Ekani, Murga, J. Brincat, Abel Referi - Malcolm Spiteri EDIN MURGA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mil-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad b'self ma' Mosta mingħand Birkirkara matul is-sajf li għadda. Bil-wirjiet mill-aqwa tiegħu, qed jirriżulta bħala plejer fundamenta- li għal Mosta matul dan l-istaġun. Mosta jirritornaw għar-rebħ wara d-disfatta fid-Derby Azzjoni għar-rebħ tal-ballun fil-konfront bejn Mosta u Pembroke A. Ritratt - Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015