Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 39

34 illum Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 SportSillum West Ham United ġewwa darhom f 'Upton Park ixxukkjaw lil Chelsea meta għelbuhom bl- iskor ta' 2-1 biex b'hekk komplew jitfawhom fl-abbissi, bl-istaġun diżastruż li qed ikollhom sa issa, hekk kif sofrew telfiet xejn mistennija kontra timijiet ferm inqas ikkwotati minnhom. Il-gowls għall-Hammers waslu minn Mauro Zarate u Andy Carroll, waqt li l-gowl uniku għal Chelsea fil-logħba wasal minn Gary Cahill fis-56 minuta, biex ġab id-draw momentarju. tajjeb ngħidu li l-Blues temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Nemanja Matic wara li rċieva żewġ karti sofor f 'temp ta' ħames minuti fl-ewwel taqsima. Arsenal ġewwa darhom fl- Emirates Stadium, għelbu l-isfida ta' Everton bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għall-Gunners jaslu minn Olivier Giroud u Laurent Koscielny, f 'temp ta' żewġ minuti fl-ewwel taqsima, eżattament fis-36 u fit-38 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku fil-logħba għat-tim ta' Everton wasal mill- plejer internazzjonali Ingliż Ross Barkley, fl-44 minuta. Leicester City ġewwa darhom kisbu tliet punti prezzjużi permezz ta' rebħa minima fuq Crystal Palace bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Jamie Vardy fis-60 minuta. Daqstant ieħor prezzjużi kienu t-tliet punti miksuba minn Swansea City barra minn darhom kontra Aston Villa, hekk kif għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Gylfi Sigurdsson u Andre Ayeu. Dan wara li kienu Aston Villa li fetħu l-iskor permezz ta' Jordan Ayeu fit-62 minuta. Watford barra minn darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-0 bil-gowls għalihom fil-logħba jaslu minn Troy Deeney u Almen Abdi fit-43 u fid-69 minuta rispettivament. WBA barra minn darhom kisbu rebħa minima ta'1-0 kontra Norwich City bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Jose Salomon Rondon, fis-47 minuta. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 24 ta' Ottubru Aston Villa vs Swansea City 1-2 Leicester City vs Crystal Palace 1-0 Norwich City vs WBA 0-1 Stoke City vs Watford 0-2 West Ham United vs Chelsea 2-1 Arsenal vs Everton 2-1 FIXTURES Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 13:00 Sunderland vs Newcastle United 15:05 Bournemouth vs Tottenham H. 15:05 Man. Utd vs Man. City 17:15 Liverpool vs Southampton Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 24 ta' Ottubru Empoli vs Genoa 2-0 Carpi vs Bologna 1-2 Fixtures Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 12:30 Sampdoria vs Hellas Verona 15:00 AC Milan vs Sassuolo 15:00 Juventus vs Atalanta 15:00 Udinese vs Frosinone 18:00 Fiorentina vs Roma 18:00 Lazio vs Torino 20:45 ChievoVerona vs Napoli KlassifiKa Kampjonat Barclays premier tim l pti Arsenal 10 22 Manchester City 9 21 West Ham United 10 20 Manchester United 9 19 Leicester City 10 19 Crystal Palace 10 15 Tottenham Hotspur 9 14 West Bromwich Albion 10 14 Southampton 9 13 Everton 10 13 Swansea City 10 13 Liverpool 9 13 Watford 10 13 Stoke City 10 12 Chelsea 10 11 Norwich City 10 9 AFC Bournemouth 9 8 Newcastle United 9 6 Aston Villa 10 4 Sunderland 9 3 West Ham U. jixxukkjaw lil Chelsea biex ikomplu jitfawhom fl-abbissi il-gowl ta' andy carroll li poġġa lil West Ham fil-vantaġġ ta' 2-1 kontra chelsea il-plejer ta' arsenal olivier Giroud jiċċelebra wara l-gowl kontra everton

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015