Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 39

Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 | illum 31 SportSillum SportSillum CRISTIAN ANTONY MUSCAT Tarxien R .................. 1 St Andrews ................ 0 Tarxien rainbows għelbu lil St andrews bl-iskor minimu ta' 1-0, biex b'hekk ħallew lit-tim immexxi minn Wayne attard, ankrat fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt. Kienu r-Rainbows li ħolqu l-ewwel okkażjoni perikoluża fil-logħba meta Joao Pedro Oliveira Santos għadda tajjeb lejn Luke Montebello li ra x-xutt fil-baxx tiegħu minn ġol- kaxxa jigi milqugħ minn Kris Calleja. Fit-23 minuta reġa' kien Luke Montebello, li ħoloq il-periklu meta wara li rċieva mingħand Alex Da Paixao Alves, kellu x-xutt angulat fil-baxx tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper ta' St Andrews, b'diffikultà. St Andrews irrispondew għall-ewwel darba fis-27 minuta minn corner tal- captain Joseph Farrugia, għola tajjeb Chris De Nguidjol li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tgħaddi ftit barra mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, ir- Rainbows resqu viċin li jiftħu l-iskor iżda l-goalkeeper ta' St Andrews, Kris Calleja reġa' kien l-eroj assolut għat-tim tiegħu meta salva tajjeb xutt mill-viċin ta' Luke Montebello, li kien irċieva l-ballun minn daqqa ta' ras ta' Ebiabowei Baker. Tarxien Rainbows bdew ikollhom iktar mil-logħob u bdew jikkontrollaw tajjeb lill-avversarji tagħhom biex fit-63 minuta fetħu l-iskor permezz ta' goal mill-isbaħ minn freekick dirett minn tarf il-kaxxa ta' Ayrton Azzopardi, biex b'hekk skorja t-tieni gowl tiegħu matul dan l-istaġun. Tarxien R. - Mintoff, Baker, Giglio De Oliveira, Caruana, Muscat, Azzopardi (Tabone Desira 82'), Omerou, Hevia Menendez, Montebello (Meira Santos 67'), Da Paixao Alves, Pedro Oliveira Santos (Bajada 74') St Andrews - Calleja, Cumbo, Williams, Sehitaj, Johnson, Camilleri, Grech (Grima 67'), Guillaumier, Farrugia, Nwoko, De Nguidjal (Desira Buttigieg 58') Referi - Trustin Farrugia Cann KRIS CALLEJA Ġie vvutat bħala l-BOV PlejEr tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Inagħaqad ma' St Andrews matul is-sajf li għadda. Fil-passat riċenti lagħab ma' Mqabba u Lija Athletic. Tarxien R. iħallu lil St Andrews ankrati fil-qiegħ Azzjoni mill-partita bejn Tarxien Rainbows u St Andrews, b'Ayrton Azzopardi isegwi mill-viċin Ritratt - Ray Attard Ritratt - Paul Zammit Cutajar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015