Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009
36 illum Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 SportSillum Il-Gimgha fis- 6.10pm fuq TVM It-Tlieta fid- 8.40pm fuq TVM2 It-Tnejn fl- 10.05pm fuq TVM Ġirja formidabbli tagħti rebħa tajba lil Keith Galea fi Sqallija Ġimgha biss wara r-rebħ tat-titlu nazzjonali tat-triathlon għall- ħames darba fil-karriera impekkabli tiegħu, Keith galea ta' Birkirkara St Joseph Sports Club ħa sehem fil-Kampjonati reġjonali ta' Sqallija li saru fil-bajja sabiħa ta' San Vito Lo Capo fil-provinċja ta' Trapani. it- triathlon kienet fuq distanza sprint - dik ta' għawma ta' 750m, 20km rota u 5km ġirja. it- tellieqa kienet waħda ta' livell għoli hekk kif kien hemm l-aqwa atleti Sqallin u atleti ġejjin mill-italja stess. Keith Galea kellu għawma tajba hekk kif tela' r-raba' wieħed mill-ilma, imma kien fil-grupp prinċipali. Wara transizzjoni tajba, iċ-champion ta' Malta baqa' fil-grupp jikkontrolla lir- rivali tiegħu u jirriserva l-enerġiji tiegħu għall-ġirja. Imma fl-aħħar 5km tar- rota, Daniele Galasso mit- tim Reaction ta' Udinese, attakka l-grupp. Galea kien pront imur warajh u t-tnejn bdew jaħdmu flimkien u rnexxielhom jiftħu vantaġġ fuq il-kumplament tal- grupp. Wara transizzjoni oħra tajba, Galea ħa l-kmand assolut tat-tellieqa fil- bidu tal-ġirja u beda jiftaħ distakk tajjeb. Il-pass kien tant b'saħħtu li ħadd ma seta' jżomm il-pass maċ- champion Malti, biex Keith Galea spiċċa biex rebaħ l-24 rebħa tal-istaġun f 'ħin ta' 57.14, li huwa wkoll rekord tal-korsa. Galasso spiċċa fit-tieni post f 'ħin ta' 57.58 u Vincenzo Tommasello ta' Multisport Catania spiċċa t-tielet f 'ħin ta' 58.05. Ikkuntattjat minn dan il-ġurnal, Keith Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu. Huwa kompla li ħassu tajjeb tul it-tellieqa kollha u kien ikkonċentrat ħafna tul it- tellieqa kollha, tant li nduna li l-attakk ta' Galasso kien tajjeb biex itih rebħa tajba. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training tal-iSportmalta, xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Challenge Malta Marathon, Lucida Laundry, Jaycee Malta, Mochika Outdoor life, Starbene 24/7, Dgtri.com, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, lil Sportmalta u lill-Kumitat Olimpiku Malti tas-sapport kontinwu li jtuh. Keith Galea jifraħ wara li temm fl-ewwel post fil-Kampjonati reġjonali ta' Sqallija L-aSSoċJazzJoni maltija tal-Weightlifting (mWa) għadha kemm irritornat mil-Litwanja fejn ipparteċipat fil-Kampjonati Ewropej tal-'Juniors & U23' ġewwa Klaipeda. għal malta refgħu Kieran mifsud u Rodmar Pulis fil-kategoriji tal-Juniors u U23 rispettivament. Dan il-kampjonat ra l-parteċipazzjoni ta' iktar minn 250 atleta ġejjin minn 30 pajjiż differenti. L-ewwel fl-azzjoni għall- Maltin kien Rodmar Pulis fejn irnexxielu jikser ir- rekord nazzjonali tal-Clean & Jerk fil-kategorija 77kg tal-kbar, liema rekord kien ilu mwaqqaf għal iktar minn 13-il sena. Pulis irnexxielu jagħlaq il-kompetizzjoni b'108kg fis-Snatch u 141kg fil-Clean & Jerk għal total ta' 249kg. Permezz ta' din il-prestazzjoni tajba, Pulis irnexxielu jgħaddi atleti minn pajjiżi bħall-Polonja, l-Albanija, l-Olanda, l-Irlanda, il-Litwanja u wisq iktar, biex kiseb id-9 post fil- kategorija tiegħu. Wara kien imiss lil Kieran Mifsud biex jikkompeti, fejn għalkemm kien wieħed mill-iżgħar atleti fil-kompetizzjoni ma naqasx milli jimpressjona fid-debut tiegħu fix-xena Ewropea. Mifsud ħa sehem fil-kategorija tal-94kg għall- Juniors (U20) fejn irnexxielu jikseb esperjenza importanti għall-kompetizzjonijiet internazzjonali li jmiss. Fil-klassifika finali, Mifsud irnexxielu jgħaddi atleti minn pajjiżi bħall-Estonja, ir-Russja, ir-Rumanija u l-Abanija fost oħrajn. Waqt iż-żjara tagħhom fi Klaipeda, il-Maltin kellhom l-opportunità li jitħarrgu ma' atleti Olimpiċi, li għaddejjin bil-preparamenti tagħhom għall-Olimpjadi ta' Rio 2016, fil-Brażil. L-atleti Maltin kienu akkumpanjati mill-president tal-MWA, Jesmond Caruana, li wkoll serva bħala uffiċjal tekniku tul il-kampjonat. Fi Klaipeda, is-sur Caruana ħa sehem ukoll fil-laqgħat għall-kumititat tekniku u xjentifiku Ewropew, waqt li attenda wkoll għall-Kungress annwali fejn irnexxielu jrebbaħ lil Malta d-dritt li torganizza l-Kampjonati tal-Unjoni Ewropea tal- Weightlifting tal-2016. Dawn ir-riżultati huma xhieda tal-ħidma li qed tagħmel din l-Għaqda u jawguraw tajjeb għall- futur ta' din id-dixxiplina. Madankollu, dan is-suċċess ma kienx ikun possibli mingħajr l-għajnuna siewja tal-IWF, EWF, Sportmalta u l-Kumitat Olimpiku Malti. Rodmar Pulis u Kieran Mifsud jiksbu riżultati pożittivi fil-Litwanja