Illum previous editions

ILLUM_25 Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/591009

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 39

24 illum | Il-Ħadd 25 ta' Ottubru 2015 It-Tfulija...l-età bikrija ITTFULIJA hija bla dubju l-ewwel fażi f 'ħajjitna, fażi fejn inkunu bdejna nitkixxfu u nesploraw id-dinja li sibna rwieħna fiha. F'din il-fażi jitqiegħdu s-sisien ta' għarfien ta' numri, ittri u esperjenzi li jibdew jitfaċċjaw fid-dinja ċkejkna tagħhom. It-tfulija, konna ngħidu, hija ż-żmien tal-innoċenza, iżda sfortunatament minħabba r-ritmu mgħaġġel ta' żvilupp f 'ħajjitna, anke l-arloġġ ta' ħajjitna donna sibna tarf ta' kif ngħaġġluh u nħarbtuh. Fatturi li jseħħu f 'dan il- perjodu jafu jibnu jew ikissru l-personalità tal-individwu. Konna ngħidu li t-tfal borom żgħar b'widnejn kbar. Joqogħdu attenti għal dak kollu li jisimgħu u jimpressjonaw irwieħhom malajr. Minħabba f 'hekk, din il-fażi hija meqjusa bħala l-aktar żmien vulnerabbli f 'ħajjitna u jagħmel sens kbir li noqogħdu b'seba' mitt għajn tal-influwenza li qed inħallu fuq ħajjithom. Hawn min jgħid li t-tfal huma l-kbar t'għada imma hawn min ukoll iħares lejha b'mod retroattiv fejn jara lill-kbar t'għada fit-tfal tal-lum. Il-preżent huwa l-fattur determinanti u kull min għandu xi forma ta' awtorità fuqhom, għandu jkun konxju tar-responsabbiltajiet kbar li jġorru magħhom kemm it-trobbija kif ukoll l-indukrar ta' dawn l-individwi. Sfortunatament, iċ-ċirkostanzi, ir-regħba, l-indifferenza, l-apatija, il-letarġija u l-pika qed idallmu d-dritt universali tat-tfal għal fażi trankwilla li tiggarantixxi sens ta' sigurtà u mħabba. L-inizjattiva ta' dan l-aħħar "Għaqal fid-dar" hija inizjattiva ta' min jinkoraġġiha. Iżjed minn hekk wieħed għandu jibda jaħseb biex jirrevedi t-tagħlim li qed jieħdu dawk kollha li jkunu deħlin għall- esperjenza ta' trobbija ta' tfal fejn jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet tat-tfal. Hija ġusta l-insistenza ta' xi wħud li diġà ħallew dik il-fażi f 'ħajjithom warajhom biex jinsistu li fit-tagħlim tat-tfal għandu jsir bilanċ bejn tagħlim ta' drittijiet u dmirijiet. Madanakollu f 'xi każijiet li dejjem qed jiżdiedu, kull min jaħdem mat-tfal, tant qed isib ma' wiċċu esperjenzi ta' tfal imċaħħdin mid-drittijiet bażiċi, li lanqas joħolmu jagħmlu aċċenn dwar dmirijiet ma' dawn l-istess tfal. Quddiem wiċċna qed niltaqgħu ma' realtajiet dejjem jiżdiedu ta' mudelli differenti ta' nukleji familjarji. Hu x'inhu l-mudell, it-tfal jibqgħu ifittxu dak is-sens ta' sigurtà, imħabba u għożża u jixtiequ li dawn ikunu ta' għamla permanenti f 'ħajjithom. L-instabilità f 'dawn il-ħwejjeġ, ixxoqq is-sinsla tal- personalità ċkejkna tagħhom u taf tħalli sfreġji li jibqgħu ma jfiequ minnhom qatt. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu, dejjem suppost fl-ispirtu tal- aħjar interess tat-tfal, mhumiex daqstant faċli, u l-Qorti tal- Familja hija xhieda ħajja ta' esperjenzi ta' qsim il-qalb kontinwi. Jagħmel tajjeb li kull min ikun se jġib ħlejqa ġdida fid-dinja jaħsibha elf darba qabel ma jaqta' x-xewqa ta' ħajtu ta' paternità jew maternità. Sfortunatament il-pika li tidħol fuq livell relazzjonali tal-adulti tispiċċa biex tirrendi l-ħajja ta' dawn it-tfal waħda għal kollox miżerabbli u t-tfal jispiċċaw ballun bejn is-saqajn ta' min, flok iqiegħed lil uliedu fl-ewwel post fejn jixirqilhom ikunu, jibda jqiegħed interessi egoistiċi oħra. Agħar minn hekk huwa l-indħil ta' terzi persuni li flok jaraw kif jagħmlu biex jiffaċilitaw il-qagħda ta' dawn it-tfal, ikomplu jikkumplikawha billi jbillu subgħajhom huma wkoll fid-diżgwid li jinqala' bejn il-koppja u jippersistu li jitfgħu iżjed ħatab fin-nar. Bħal ħafna pajjiżi oħra, Malta hija firmatarja ta' għadd ta' trattati u konvenzjonijiet li jirrigwardjaw lit-tfal, iżda minn dak li naraw iseħħ f 'numru sew ta' pajjiżi firmatarji ta' dawn l-istess konvenzjonijiet jirriżulta li ħafna drabi, dak li hemm miktub u stampat fuq il-karta u li ffirmaw għalih huma stess ikun ħafna 'l bogħod mir-realtajiet tal-ħajja. L-istituzzjonijiet tal-pajjiż donnhom mhux kollha jkunu konxji mir-responsabbiltajiet u obbligi li jġegħluhom jaraw li f 'kull deċiżjoni li tittieħed fir-rigward tat-tfal għandha dejjem tkun xprunata mill-aħjar interessi tagħhom. Ma teżisti l-ebda sinerġija bejniethom li tiggarantixxi viżjoni ħolistika dwar l-infanzja u t-tfulija. S'issa jidher li pajjiżna għadu jgħożż il-valur tat-tfulija iżda influwenzi inevitabbli minn barra qed iħallu marka u rridu nkunu proattivi u nilqgħu għax-xquq li jittantaw jitfaċċaw iħarbtu dik l-għożża li minn dejjem, b'mod ġenerali, kellna għat-tfal tagħna. It-twaqqif tal-Kummissarju għat-tfal u għadd ta' inizjattivi u sostenn ieħor matul it-trobbija, għenu qatigħ sabiex nissaħħu fl- għożża ta' dan il-valur. Tibqa' l-ħtieġa li kull deċiżjoni li nieħdu kemm edukattiva, ekonomika, soċjali, politika u ambjentali trid tfakkarna b'mod kontinwu li kull żball li nwettqu huwa żball imwettaq fil-konfront tal-ġenerazzjonijiet futuri u għalhekk dejjem irridu niddeċiedu bil-kalma u bir-reqqa u b'konsultazzjoni wiesgħa iżjed u iżjed meta nżommu quddiem għajnejna li l-awtorità li nimmaġinaw li għandna fuq dawn iċ-ċkejknin hija waħda mislufa u mhix perpetwa. Pre-Qualification Questionnaire The Government of Malta through Projects Malta Ltd is issuing a pre-qualification Questionnaire (PQQ) for the award of a public service concession for the design, manufacture, delivery, installation, operation, training, maintenance and periodic upgrading of an automated single dose-system and smart cabinets for Pharmaceutical, Medical Materials and Surgical Devices for E-Prescribing and Medicines Administration (ePMA) to Department of Health (Malta). Document can be downloaded from Projects Malta's website through the following link: http://www.projectsmalta.com/tenders Closing date: Friday 14 th December, 2015. Late submissions will NOT be accepted. REF: PML /05/2015 C M Y CM MY CY CMY K 14 x 3.pdf 1 Thursday/October22/2015 2:5902PM "Ir-regħba, l-indifferenza, l-apatija, il- letarġija u l-pika qed idallmu d-dritt universali tat-tfal għal fażi trankwilla li tiggarantixxi sens ta' sigurtà u mħabba" OPINJONI SAVIOUR SAMMUT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_25 Ottubru 2015