Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
2 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Spiżeriji Miftuħin illuM www.gozochannel.com Gozo ferrieS Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 teMp GħADA teMp illuM SuDoKu Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. is-soluzzjoni tal-ħadd li għadda 45 85 66 18 32 7 78 74 EmpirE Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta ChEmimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun Fatima Pharmacy, Triq iż-Żonqor, Santa Venera maCkiE's Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara rEgal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida san Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Balzan st. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Mosta Brown's Village Pharmacy, Main Street, Mellieħa FlEming Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola whitE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla st Elias Pharmacy, St Elias Street, Lija BEta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq st. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa spiżErija Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ idEal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Rabat palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knis- ja, Xagħra l-oGħlA: 23˚Ċ l-inQAS: 17˚ Ċ teMp: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet tax-xita possibilment bir-ragħad li jsir sabiħ Viżibilità: Tajba lokalment moderat għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita riħ: Grigal forza 3 għal 4 li jsir Tramuntana forza 2 għal 3 u jdur mill-Majjistral mal-lejl bAħAr: Ħafif għal moderat li jsir ħafif iMbAtt: Ftit li xejn teMperAturA tAl-bAħAr: 23 °C l-oGħlA: 24˚Ċ l-inQAS: 17˚Ċ teMp: Sabiħ Viżibilità: Tajba riħ: Majistral forza 3 għal 4 li jsir forza 2 għal 3 mal-lejl bAħAr: Ħafif iMbAtt: Ftit li xejn teMperAturA tAl-bAħAr: 23°C Mill-1 ta' Jannar il-Pulizija jħallsu 10% inqas taxxa għall-'extra duty' ...se jibbenefikaw minn tnaqqis ta' kważi €400 fis-sena Il-mIżura mħabbra fil-baġit ta' rata inqas ta' taxxa fuq l-'extra duty' tal- Pulizija se tkun qed tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2016. Dan ikkonfermah il-ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali Carmelo abela waqt żjara fl-għassa tal-mosta, lbieraħ filgħodu ma' Pulizija stazzjonati f 'dan id-distrett. Għaldaqstant flok ir-rata kurrenti ta' madwar 25%, li tvarja skont id-dħul u l-istat tal-individwu, il- membri tal-korp se jibdew jiġu ntaxxati bi 15% għal dan it-tip ta' xogħol. Il-Ministru Abela qal li huwa kkalkulat, li permezz ta' din il-miżura, dawk il- Pulizija li jagħmlu numru konsiderovoli ta' 'extra duty' se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn madwar €390 aktar fis-sena kull wieħed, li allura jfisser żieda konsiderovoli fil-qliegħ tal- membri tal-korp. Il-Ministru Abela spjega kif dan huwa eżempju ieħor, minn kullana ta' inizjattivi mmirati biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-Pulizija. "Impenjati sabiex b'għemilna nkomplu nirrikonoxxu s-servizz li intom toffru għas-sigurtà taċ-ċittadini", qal Abela. Il-membri preżenti li tkellmu mal-Ministru qalu li din il-miżura ntlaqgħet b'mod pożittiv mill- membri tal-korp għaliex turi l-apprezzament lejn il-bżulija ta' ħidmiethom. Huma qalu kif rata inqas ta' taxxa fuq dan it-tip ta' xogħol ilha snin mistennija u se sservi bħala inċentiv biex tħeġġeġ aktar pulizija jipparteċipaw f 'ħidma relata ma 'extra duty'. Preżentament hemm aktar minn 420 membru tal- korp li huma intitolati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol. Huwa stmat li l-maġġoranza tal- 'extra duty' ssir grazzi għal xogħol f 'fergħat ta' banek, fil-grawnds tal-futbol u attivitajiet sportivi oħrajn, tiġijiet, ċelebrazzjonijiet privati u anke attivitajiet privati tal-Kunsilli Lokali, li jinkorporaw id-distretti kollha. Kull Pulizija li hu interessat li jagħmel 'extra duty' jkun mitlub li jirreġistra mas-sezzjoni tar- Riżorsi Umani tal-Pulizija. "Preżentament hemm aktar minn 420 membru tal-korp li huma intitolati biex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol" il-Ministru Carmelo Abela waqt iż-żjara tiegħu fl-ghassa tal-Mosta