Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
36 illum Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Reporter, għada -10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni t-Tlieta s-1.30pm fuq TVM2. F'Reporter ta' għada, Saviour Balzan jintervista lis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne, it-theddida tal- ikel ipproċessat wara r-rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija għas- Saħħa u l-kwistjoni tal-iriżar tal- embrijuni. Immedjatament wara, Balzan jintervista lill-Ambaxxatriċi Amerikana Gina Abercrombie Winstanley fejn fost l-oħrajn jitkellem dwar il-kontroversja li Malta ma rmatx il-ftehim ta' SOFA, ftehim li jippermetti ċittadini Amerikani li jiġu pproċessati quddiem Qorti Amerikana. Il-laħam proċessat, l-embrijuni friżati u s-SOFA Agreement Sports Għaliex irtira mill-waterpolo Michele Stellini? Michele Stellini li hu bla dubju wieħed mill- aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali tul dawn l-aħħar snin, ftit tal-ġimgħat ilu fuq is-sit soċjali ta' Facebook ħabbar li kien se jirtira mil-logħba li tant iħobb, il-waterpolo. Din l-aħbar ttieħdet b'sorpriża minn bosta segwaċi tal- waterpolo u mhux biss. Iżda għaliex irtira mll- waterpolo Michele Stellini? Din il-gazzetta għamlet kuntatt b'mod personali ma' dan l-eks plejer internazzjonali tal-waterpolo, fejn tana dawn il-kummenti esklussivi: "Id-deċiżjoni li nirtira mill- waterpolo wasalt għaliha minħabba li l-prioritajiet tiegħi u l- motivazzjonijiet tiegħi fil-ħajja nbidlu. Wara dak kollu li ksibt flimkien ma' sħabi f 'dawn l-aħħar għaxar snin fil-waterpolo, ħassejt li kien wasal iż-żmien opportun li niffoka u nqatta' iktar ħin fuq affarijiet ta' importanza ikbar f 'ħajti. Is-sagrifiċċji huma ta' piż kbir meta tilgħab ma' tim bħal Neptunes, u għalhekk ħassejt li ma stajtx nikkommetti ruħi bħal qabel. Ninsab kuntent ħafna bil- karriera li kelli u dak kollu li ksibt fix-xena lokali tal- waterpolo, fosthom rekord ta' ħames kampjonati in fila ma' Neptunes. Żgur li se nibqa' ngħożż iż-żmien sabiħ li qattajt man-Neptunes. Huwa klabb li fih trabbejt u qattajt l-isbaħ żmien ta' ħajti. Fuq kollox ninsab kuntent li wettaqt ix-xewqa ta' meta kont tifel li nilgħab u nirbaħ mat-tim tan-Neptunes," temm jgħid Michele Stellini. Michele Stellini jirtira mill-waterpolo fl-età ta' 32 sena Ritratt : Adrian Farrugia It-tim nazzjonali tal-Weightlifting jikseb it-tielet post f 'Tournament fl-Iżvizzera Atleti mill-Għaqda Maltija tal-Weightlifting (MWA), kisbu riżultati eċċellenti fil-45 edizzjoni taċ-'challenge 210 tournament' li saret fi tramelan fl-iżvizzera. it- tim Malti kien jikkonsisti minn erba' atleti li huma Anton Micallef, Matthew camilleri, Pamela Psaila u Natalie Borg, li kisbu t-tielet pożizzjoni. Din kienet kisba kbira għal dan it-tim ġdid. 180 atleta ġejjin minn disa' pajjiżi differenti pparteċipaw f 'dan il-kampjonat. Fost il-pajjiżi li pparteċipaw insibu lil Spanja, l-italja, l-Ungerija, San Marino, Monaco, Franza, il- Ġermanja, Malta u l-pajjiż ospitanti, l- iżvizzera. L-aħjar riżultat individwali wasal minn Pamela Psaila, li rnexxielha tirbaħ midalja tal-fidda fil-kategorija Elite kontra 24 atleta. Hija rnexxielha wkoll tistabilixxi żewġ rekords nazzjonali fil- kategorija 63kg bir-refa' ta' 78kg Clean & Jerk u t-total ta' 130kg. Matthew Camilleri refa' t-total ta' 211 kilo u kklassifika fid-disa' post, Anton Micallef refa' 200kg u kklassifika fil-21 post, waqt li l-weightlifter femminili, Nathalie Borg, refgħet piż ta' 108 kg u kklassifikat fit- tmien post. Dawn ir-riżultati huma ta' importanza kbira għall- kwalifiki tal-avvenimenti internazzjonali li jmiss, jiġifieri dik għall- Pajjiżi ż-Żgħar Ewropej u l-Kompetizzjoni tal-Mediterran tal- Weightlifting. It-tim Malti kien immexxi mill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Weightlifting (MWA), Jesmond Caruana. Din il-kompetizzjoni ma kinitx tkun possibli mingħajr il-ħbiberija bejn l-Assoċjazzjonijiet Maltin u Żvizzeri tal-Weightlifting, flimkien mal-appoġġ tal- Kumitat Olimpiku Malti. It-tim nazzjonali Malti tal-Weightlifting li temm fit-tielet post fl-Iżvizzera