Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet Il-fortuni politiċi li jinbidlu minn Albert Gauci Cunningham NiNsew għal mument il- ħafna paroli tal-'politika hija servizz lill-poplu', 'dħalt fil-politika biex nservi' u 'jien qiegħed hawn biex nagħmel il-ħajja tan-nies aħjar' u niffukaw fuq il-fatt li l-politika hija l-arti tal-persważjoni u s-sopravivenza. issa biex tipperswadi u tissopravivi f 'ambjent politiku aħrax, f 'pajjiż polarizzat fejn kull vot jista' verament jgħodd, fil-verità s-servizz lejn il- poplu u ħafna kliem sabiħ, li għadu jingħad għax ħafna għadhom jemmnuh, ftit jgħodd. Dak li jgħodd huwa kemm politiku jkun stuż u jilħaqlu u kemm ikun kapaċi jilgħab logħba ċess li ġġib lir-rival tiegħu b'dahru mal-ħajt. Politiku, speċjalment mexxej jagħmel suċċess jekk jipperswadi li huwa l-aħjar u li l-partit l-ieħor ma jistax ikun agħar milli hu. Jirnexxi jekk ipinġi lilu nnifsu bħala r-riga tal-politika onesta u l-barometru ta' livelli għoljin fil-governanza. Mexxej li jilħaq quċċati għoljin huwa dak li jista' jżewweġ il-perċezzjoni mar-realtà bl-aktar mod li jista' jkun ta' benefiċċju għalih u għall-partit tiegħu. Din il-ġimgħa, ix-xena politika lokali kienet mheżża mir-riżenja tad- Deputat Nazzjonalista Joe Cassar, li bħal kull riżenja oħra tħalli ramifikazzjonijiet politiċi fuq il-partit li minnu jkun irrreżenja, imma wkoll fuq il-partit oppost. Għalhekk biex tanalizza b'mod oġġettiv dak li ġara din il-ġimgħa, ma tistax tifred l-istess riżenja mir-realtà li kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll Laburista inqabdu fiha, jiġifieri dik fejn it-tnejn niżlu għarkopptejhom bla diċenza u lanqas l-iċken sens ta' unur quddiem numru ta' nies li l-uniku preġju tagħhom huwa li jużaw il-kollateral materjali tagħhom għall-benefiċċju personali. Huwa ta' għajb iktar għall-PL li tant kmieni fil-leġiżlatura u wara sinjal hekk kbir ta' fiduċja, jirriduċi lilu nnifsu f 'sitwazzjoni fejn jipponta subgħajh lejn il-PN u jgħid 'ara anke nies fil-PN gawdew jew aċċettaw rigali mingħand Gaffarena.' Dan l-argument, li għalkemm ma ntqalx bil- fomm, huwa bl- aktar mod ċar isottolineat fit-tonalità tal-Partit Laburista, qed jaqbad idejjaq lin-nies issa. Aħna biddilna l-Gvern biex ikollna wieħed li jiddistingwi ruħu minn dal-ħafna pjaċiri u obbligi lejn min m'għandux skrupli, mhux biex jirrepeti l-iżbalji ta' Gvern skreditat. Jiġifieri biex nidbew, dan il-ħafna ppuntar tas-subgħajn mill- Partit Laburista mhux se jneħħi l-fatt li l-PN illum għandu l-lussu, li suppost m'għadhux daqshekk kmieni f 'leġiżlatura, li jdur fuq il-Gvern u jgħidlu, "sewwa intom qed tgħidu li Cassar aċċetta rigali. Imma l-permess tal- pompa tal-petrol intom ħriġtuh u l-inkjesta msejħa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kif kienet żvelat il-MaltaToday nhar il- Ħadd 25 ta' Ottubru, turi kif il-kumpens li ngħata Gaffarena kien 30% iktar mill-limitu legali." il-kumbinazzjoni Laburista Qabel nidħlu iktar fil-fond dwar l-effetti tar-riżenja ta' Cassar irridu nħarsu lejn iż-żewġ każijiet li fihom Gaffarena lagħab parti ċentrali. Mela l-ewwel u qabel kollox għandna l-każ tal-esproprijazzjoni fi Triq Zekka. U dawn li ġejjin huma l-kumbinazzjonijiet u l-istramberiji fil-każ. Fl-2007 Gaffarena sar il- proprjetarju ta' 25% tal-bini fi Triq Zekka li fih hemm l-uffiċini tal-Building Industry Consultative Council (BICC). Huwa nefaq b'kollox €23,294. Imma f 'Jannar 2015 il-Gvern esproprija din il-parti tal-binja u ta lil Gaffarena €822,500 fi flus u artijiet. Ma marx ħażin hux? Mar bi ftit inqas minn €800,000 minn fuq! Imbagħad xahar wara, xtara 25% oħra tal-bini għall- prezz ta' €139,762, biex f 'April (x'waħda din, x'kumbinazzjoni), il-Gvern esproprija l-istess parti tal-bini għal €822,500 fi flus u artijiet. Mar b'€682,738 minn fuq! Mhux ħażin lanqas. Imma dan mhux kollox, għax l-artijiet għażilhom hu u x'kumbinazzjoni għażilhom imissu ma' propjetajiet tiegħu, bħal dik f 'Tas Sliema, fejn issa seta' jibni garaxxijiet u flatsijiet (inuntaw l-oriġinalità ta' kif dan il- pajjiż sirna niżviluppaw... flats u aktar flats). U l-kumbinazzjonijiet jibqgħu ġejjin, waħda, waħda. Vaganzi għall-kaċċa, u membru tas-Segretarjat ta' Falzon li akkumpanja lil Gaffarena lejn id- Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern. il-Kumbinazzjoni Nazzjonalista Issa naqilbu lejn in-naħa l-oħra tal-ispettru politiku u nsibu li b'kumbinazzjoni, anke nies u eks Ministri Nazzjonalisti gawdew ma' Gaffarena, għax x'kumbinazzjoni dan kien Nazzjonalist kbir, minn dawk li ma jitilfux mass meeting u li kien kanvasser mill-kbar ta' wħud mill- aktar Ministri prominenti 'fl-era tad-deheb tal-PN.' Fil-Parlament, l-eks Deputat Joe Cassar qal li Gaffarena ma kellu xejn x'jaqsam mal-bini tad- dar tiegħu f 'Ħad Dingli, mbagħad b'kumbinazzjoni, "Ir-reazzjoni ta' Cassar fil-Parlament għamlitlu ġieħ ma' dawk li jemmnu kull ma jgħid il-PN biss" "Muscat ħa xi ftit ta' falza stikka għax ħaseb li Cassar se jibqa' hemm u se jkollu biżżejjed swaba' x'jipponta meta jiġi biex jiddeċiedi dwar il-każ ta' Michael Falzon"