Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet Taċċetta karozza u tagħti l-flus lill-PN? minn John Busuttil LILLUM staqsa lil erba' deputati Parlamentari Nazzjonalisti x'kienu jagħmlu jekk xi ħadd jagħtihom karozza u jgħidilhom biex flok il- flus tagħha jgħadduhom lilu, huma jgħadduhom lill-Partit tagħhom bħala donazzjoni. Dawn kienu t-tweġibiet: Chris Said - eks Ministru Nazzjonalista u eks Segretarju Ġenerali "Qatt ma ġratli allura qatt ma kkunisdrajt ċirkostanza bħal dik" David Agius - Whip tal- PN "Jien għamiltha. Bħalma għamluha d-deputati sħabi u anke dawk Laburisti. Ġbart flus minn diversi nies u għaddejthom lill-Partit. Taħseb li d-donazzjonijiet li jingħataw lill-Partit mingħand id-deputati tagħhom jiġu minn buthom? Anke min jagħmel reklami fuq NET jew ONE ikun qed jagħti donazzjoni lill-Partiti rispettivi. Taħseb li dawn kollha jagħmlu r-reklami biex ibigħu l-prodotti tagħhom biss, jew biex ikunu qed jgħinu lill-Partit ukoll? Allura min qed jagħmel ir-reklami magħna qed jixtrina? Naħseb li b'din l-istorja, tista' tiftaħ Pandora's Box. Nistaqsi lill-Ministri li hemm illum jekk qattx għaddew flus li tawhom Laburisti biex jgħadduhom lill-Partiti tagħhom għamluhiex jew le? Jien norganizza coffee morning u nagħmel lotteriji biex il-qliegħ tagħhom ngħaddihom lill-Partit. Allura min qed jagħti dawn il-flus korrott? U jien korrott ukoll? Jien jinkwetani l-fatt li nużaw flus in-nies u proprjetà tal-gvern biex ngħinu lil xi ħadd partikolari. Jew inkella kumpanija falluta bħal Cafè Premier u nagħtiha €4.2 miljun. " Jason Azzopardi - eks Ministru "Ma nweġibx domandi ipotetiċi. Naħseb li Joe Cassar weġibha tajjeb din il-mistoqsija. Jien nissuġerixxi li l-media tistaqsi lill-Partit Laburista l-aħħar tliet mistoqsijiet li għamel Joe Cassar fil-Parlament li l-Partit Laburista għadu ma weġibx. Il-Mistoqsijiet huma: - Qabel l-elezzjoni, esponenti mill-PL ltaqgħu jew le ma' xi ħadd mill- familja Gaffarena? - Veru jew le li qal Gaffarena li kien jagħti donazzjonijiet lill-Partit Laburista? - Hemm xi membru tal-Partit Laburista li qatt kellu xi relazzjoni ta' negozju, jew li ngħata rigal jew donazzjoni mingħand Gaffarena?" Kristy Debono "Hi domanda ipotetika. Nemmen li l-Gvern imissu jindirizza l-mistoqsijiet li staqsihom Joe Cassar waqt l-aġġornament fil- Parlament." Talbiet għal transfers qed jiġu miċħudin mill-Gvern Tkompli minn paġna 1 IRREKORDS li sibna fuq diversi siti, fosthom ukoll l-'Open Data Canada' juru kif finalment kienet xolta fl-aħħar tas-sena 2012. Ayurcare International kellha bħala diretturi tagħha lil Ram Tumuluri u lil martu Sonya Tumuluri. Intant l-ILLUM għandu f 'idejh kopja ta' ittra li ntbagħtet lill-Gvern mill- ħaddiema tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li fiha huma jitolbu li jżommu d-dritt li jitterminaw l-impjieg tagħhom ma' Vitals Global Healthcare (VGH) u minflok imorru jaħdmu fil-qasam tal-kura primarja f 'Għawdex stess, li ma tkunx mibdula t-tmexxija ta' kull dipartiment fejn l-impjegat ikun lest li jibqa', u li lesti jaħdmu mal-VGH basta jibqgħu jkunu impjegati mid-Dipartiment tal-Kura Primarja. Sorsi fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex li tkellmu mal- ILLUM sostnew li dawn id-dubji fuq il-kredenzjali ta' Ram Tumuluri qed ikomplu jżidu l-biża' fost numru ta' tobba u infermiera. Fil-fatt senior doctor li jaħdem fl-Isptar u li tkellem ma' din il-gazzetta spjega kif sempliċiment tfittxija onlajn dwar Ram Tumuluri ma turi ebda passat ta' investiment. "Jiena kont nistenna li bl- għagħa kollha min-naħa tal-Gvern dwar il-kobor u l-importanza ta' dan il-proġett, kien se jkollna investitur ta' ċertu stoffa li għandu reputazzjoni soda u numru ta' investimenti li jixhdu l-kompetenza tiegħu." Tant hu minnu li fl-Isptar teżisti ċertu biżà li skont sorsi oħrajn li tkellmu magħna, bosta ħaddiema qed jitolbu transfers li qed jiġu miċħudin mill- amministrazzjoni tas- saħħa. Aktar minn hekk, riċerka li għamlet l-ILLUM tixhed aktar dubji dwar is-serjetà tal-kumpanija li ġiet magħżula biex tieħu f 'idha l-Isptar Ġenerali t'Għawdex u dawk ta' Karin Grech u San Luqa f 'Malta, hekk kif is-sussidarja tagħha hija kumpanija rreġistrata fil-Karibew, proprju fil- British Virgin Islands, pajjiż rinomat għall-ħabi ta' flus u evażjoni ta' taxxa. Il-konsorzju Vitals Global Healthcare Limited intgħażel minn fost tlieta li ssottomettew l-offerti tagħhom għall-investiment ta' €200 miljun fl-Isptarijiet ta' San Luqa, ta' Karin Grech, u dak ta' Għawdex. Iż-żewġ konsorzji l-oħra kienu Image Hospitals u BSP Investments Ltd. Id-diretturi tal-kumpanija magħżula huma Ram Tumuluri, Kanadiż u Mark Edward Pawley, aġent finanzjarju Ingliż, filwaqt li l-kumpanija tagħmel parti ukoll mill-Oxley Capital Group, li l-kwartieri tagħha jinsabu f 'Singapore.