Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 7 Aħbarijiet jinbidlu mil-lejl għan-nhar il-MaltaToday tiżvela kif hu stess kellu kont ta €8,150 li turi kif fid-dar tiegħu saru xogħolijiet ta' bini u landscaping imħallsin minn Gaffarena. Apparti minn hekk, l-istess Gaffarena ħallas €800 għal kameras tas-sigurtà CCTV għad- dar ta' Cassar. Dan apparti li b'kumbinazzjoni wkoll, f 'affidavit ikkontestat mill- PN, li kien ħa Gaffarena, kien qal li l-istess Cassar kien irranġa laqgħa bejnu u Simon Busuttil, fejn dan tal-ewwel kellu jġib karti miegħu dwar il-każ tad- Daewoo, bil-għan li jintefa' dawl ikrah fuq John Dalli (X'kumbinazzjoni! In- Nazzjonalisti riedu jitfgħu dawl ikrah fuq dan l-eks Ministru tagħhom stess). U tafu x'qal ukoll Gaffarena? Kien qal li t-tifel ta' Fenech Adami kien mar il-pompa, dik li n-Nazzjonalisti ma riedux jissanzjonawlu għax vera onesti u nodfa, biex jagħtihom b'€1,500 riklami fuq Net TV. Tajba din! Ta' Gaffarena, skont Beppe Fenech Adami meta tkellem mal-ILLUM, huma nies li dejjem iridu (prattikament kien nifs il-bogħod milli jgħajjarhom ħnieżer), imma mbagħad immorru nitolbuhom il-flus biex insostnu l-istazzjon tal- partit. U naturalment dak li jagħmlu mal-PN dejjem għamlu gratis Gaffarena! Ir-reazzjoni ta' Cassar fil-Parlament għamlitlu ġieħ ma' dawk li jemmnu kull ma jgħid il-PN biss, u fin-nuqqas ta' provi ċari l-akkuża tiegħu li t-twaħħil tas-CCTV cameras minn Gaffarena kien 'frame-up tal-Labour' hija inkredibbli, biex inkun ħanin fid- deskrizzjoni tiegħi. Riżenja li tista' ssaħħaħ lil Simon Jekk il-PL qed jaħseb li l-mossa tal-PN, li għalkemm ma qalhiex fil- pubbliku, kollox jindika li għamel pressjoni lil Cassar biex jinżel, se ddgħajjef lil Simon Busuttil, sejjer żball. Daqskemm ir-riżenja ta' Manuel Mallia dgħajfet lill- Prim Ministru! Il-verità hija li l-Partit Laburista kien qed jittama li quddiem valanga ta' akkużi u bi provi ċari kontra wieħed mill-kollegi tiegħu, Busuttil xorta jżomm sod u jħalli lil Cassar maġenbu. Għalkemm l-istrateġisti fid-Dar Ċentrali ħadu daqqiet u daqqiet kbar fl-aħħar snin, mhumiex daqstant boloh li ma jindunawx li kieku Cassar baqa' fil-qalba tal-PN kien se jintuża mill-Gvern bħala l-personaġġ politiku li ma' kull akkuża lejn il- Labour dwar Gaffarena, ikunu ippuntati s-swaba lejh. Ara kieku baqa' MP u jidher ma' Busuttil, kemm kien jiġi akkużat il-PN, u b'mod ġustifikat li minkejja provi ċari xorta baqa' jagħti l-appoġġ tiegħu lejn politiku li kien allegatament aċċetta rigali minn Gaffarena meta kien Ministru. Jidher li dwar din, Muscat ħa xi ftit ta' falza stikka għax ħaseb li Cassar se jibqa' hemm u se jkollu biżżejjed swaba x'jipponta meta jiġi biex jiddeċiedi dwar il-każ ta' Michael Falzon. Meta l-fortuna politika tinbidel fi ftit siegħat Jgħidu li fil-politika, ġimgħa hija twila. Imma f 'dan il-każ anke ftit siegħat kienu twal, għax bir-riżenja ta' Cassar l-attenzjoni issa qed iddur lejn il-każ ta' Falzon. Minkejja l-gabirjoli fl-argumenti tiegħu, u minkejja li għandi dubji ta' kemm jista' jkun ġenwin 'fid-dispjaċir' tiegħu li jneħħi lil xi ħadd li kien se jsir mażżra m'għonqu, jibqa' fatt li Busuttil neħħa t-tapit minn taħt saqajn Muscat u tefa' l-attenzjoni kollha fuq Muscat. Kif imsemmi hawn fuq, il- każijiet li fihom imdaħħal Gaffarena huma li huma u nħalli f 'idejn il- qarrejja biex jiddeċiedu liema minnhom huwa l-aktar flagranti. Huwa fatt iżda li fuq Falzon intefa' dawl ferm tqil li Ministru jew Segretarju Parlamentari ma jistax iġorr jekk irid jitwemmen. Anke jekk Falzon huwa kompletament bla ħtija, ir-responsabbilità politika titlob li Ministru jew Segratarju Parlamentari jġorr ir-responsabbiltà ta' kull deċiżjoni li huwa, finalment responsabbli għaliha. Minkejja li r-riżenja ġejja mill-PN id-dawl issa qiegħed kollu fuq il-Prim Ministru. Id-deċiżjoni tiegħu, jekk jitlob ir-riżenji, tista' tkun ħafna aktar diffiċli minn dik li kellu jieħu Busuttil din il- ġimgħa, speċjalment minħabba li Falzon kien qed jikkompeti għall-post Muscat lura fl-2008. Tista' tkun diffiċli wkoll għax il- waqa' ta' Falzon tkun tfisser it-tieni waqgħa fid-disa' u l-għaxar distrett għall-PL wara li anke Manuel Mallia kellu jirreżenja. Tista' tkun diffiċli wkoll għax se toħloq aktar togħma morra fil-backbench, li mas-snin tista' tikber u tipperikola l-istatura li bena Joseph Muscat bħala Mexxej tal-PL u Prim Ministru. Jekk Muscat jissaħħaħx wara r-riżenja ta' Joe Cassar jew le, għad irridu naraw. Li hu żgur huwa li wara dawn iż-żewġ skandli politiċi, il-klassi politika ddgħajfet, kif iddgħajfet il-fiduċja tan- nies fiż-żewġ partiti. Ara wkoll l-Editorjal f 'paġna 23. "Aħna biddilna l-Gvern biex ikollna wieħed li jiddistingwi ruħu minn dal-ħafna pjaċiri u obbligi lejn min m'għandux skrupli, mhux biex jirrepeti l-iżbalji ta' Gvern skreditat" "Li hu żgur huwa li wara dawn iż-żewġ skandli politiċi, il-klassi politika ddgħajfet, kif iddgħajfet il-fiduċja tan-nies fiż-żewġ partiti"