Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 5 Ritratt: Ray Attard Aħbarijiet Jew taqdini jew ma nivvutalekx minn Veronica Lynn Mizzi 'LI kieku titlob pjaċir lil politikant, u dan jgħidlek li ma jistax jaqdik, xorta tagħtih il-vot tiegħek?' Din kienet il-mistoqsija li għamlet il-gazzetta ILLUM lil diversi persuni meta din il-ġimgħa niżlet fit-toroq tal-Ħamrun. Dan il-Vox Pop sar biex naraw jekk din l-idea ta' 'nivvutalek, imma x'se ttini lura?' hijiex popolari daqskemm ħafna nies jaħsbu. Dan jiġi fid-dawl tal-akkużi u l-kontro-akkużi bejn iż-żewġ partiti, ta' min minnhom għamel l-agħar fir-rigward tal- pjaċiri, rigali u qadi lil xi nies li riedu xi ħaġa jew oħra. Uħud minn dawk li wieġbu qalu li jiddependi minn dak li tkun qed titlob, għax hawn min jitlob pjaċiri biex jirranġawlu xi triq jew bankina, imma hemm min jitlob affarijiet bħal xi post tal-gvern, xogħol jew xi promotion, anke jekk ma jkunx ħaqqhom. Min-naħa l-oħra xi nies li wieġbu, sostnew li jekk il-politikant ikun għamel li seta' u verament ma jkunx jista' jaqdihom, hemmhekk, huma xorta waħda jivvutawlu. Segwi l-vox pop kollu fuq illum.com.mt Gejtu Saliba – Ħamrun Doris Nappa – Qawra Godfrey Attard – Ħamrun Edwin Schembri – Bormla Paul Tonna – Birkirkara Paul D'Amato – Ħal-Qormi Nathalie Ebejer – Ħamrun Sandra Grech – Naxxar AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Skont x'se titlob, għax hawn min jitlob affarijiet żejda u affarijiet personali. Il-politikanti qegħdin hemm mhux biex jagħmlu l-pjaċiri għax il-pjaċiri, lill-pajjiż iridu jagħmluhom. Però, jekk inkun naf li qed isib xogħol lin-nies u t-tfal tiegħi ma jħaddimhomlix, nivvota lill-istess partit imma ma mhux lilu għax ngħid dak ma qdinix." "Irid jaqdini hux! Jekk ma jaqdninix, x'nivvutalu nagħmel? Kif jimxu miegħi, nimxi jiena." "Le ma nivvutalux jiena għax nippretendi li jaqdini. Imma fl-aħħar mill-aħħar, skont min ikun ukoll, hux." "Jekk ma jkunx qdieni, mhux se nivvota hux? Dawn tal-politika jgħidu li jieħdu ħsieb in-nies, u jieħdu ħsieb ix-xogħol, u ħadd ma jagħmel xejn sewwa. Jiena li twelidt fis-70s, la qatt inqdejt kemm kien ilu l-Partit Nazzjonalista, u lanqas taħt il-Partit Laburista. Jiena demmi Laburist però, il-Labour m'għadux il-Labour ta' qabel lanqas." "Skont min ikun hu. Jekk jogħġobni li nivvutalu, nivvutalu u jekk ma jogħġobnix, ma nivvutalux." "Jekk ma jkunx jista' jaqdini, mhux se nieħu għalija la ma jistax. Imma jekk ikun jista' jaqdini u ma jaqdinix, hemmhekk naħseb li lanqas inħares lejh iktar." "Jekk nara li seta' jaqdini u ma qdinix, ma nivvutalux, u jekk jaqdnini, nivvutalu. Ikun min ikun." "Iva mela, għax dawn ma jistgħux jaqduk bilfors, titlobhom x'titlobhom. Jekk verament narah li ma jistax jaqdini, nivvutalu xorta." Li trid.. Li trid.. Basta ttini l-vot. Mela, rrid 'job' għat-tifla, post tal-Gvern u rranġali naqa' għall-permess ta' dik il-kamra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015