Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Aħbarijiet Għaliex għandek tirreklama fuq illum.com.mt It-tieni l-iktar sit bil-Malti li jarawh nies 300,000 YLŧLWDWXU À[[DKDU 93.5% WDOYLŧLWDWXUL KXPDPLQQ Malta 15K LIKES IXT)DFHERRN f'sena ĊHPSHOIXTMHZLEJĢDWHPDLOIXTHDUULJR#PHGLDWRGD\FRPPW Mument storiku għal pajjiżna Tkompli minn paġna 1 "Għalina, Valletta mhux dwar ripetizzjoni ta' dak li diġà sar u lanqas huwa riinvenzjoni ta' dak li jeżisti diġà", kien ikkwotat jgħid Vimont mill-EUobserver. L-għan tas-Summit se jkun dak li jitnaqqsu l-ammonti ta' immigranti resqin lejn l-Ewropa fi tfittxija ta' ħajja aħjar, b'diskussjonijiet varji dwar it-twaqqif ta' 'reception centres', ir-ritorn ta' dawk li ma jingħatawx, il-migrazzjoni legali u kwistjonijiet relatati ma' sigurtà. Intant huwa mistenni li dan is-Summit iġib lejn pajjiżna attività qawwija, fejn l-ajruport mistenni jkun qed jopera l-ħin kollu u sal-massimu, filwaqt li se jkun hemm miżuri ta' sigurtà madwar il-pajjiż kollu, kif iseħħ dejjem f 'avvenimenti ta' natura hekk kbira. Il-mexxejja tal-UE li ħafna minnhom se jkunu preżenti għall-Valletta Summit 2015 Pulizija bla istruzzjonijiet għat-traffiku fil-belt għas-Summit minn Veronica Lynn Mizzi Hekk kif il-preparamenti għall-Valletta Summit li ghandu jsir nhar it-Tlieta u l-erbgħa li ġejjin jinsabu għaddejjin ġmielhom, dan ma jistax jingħad ukoll għall-informazzjoni u struzzjonijiet lil pubbliku dwar dawk il-postijiet minn fejn in-nies jistgħu jew ma jistgħux jgħaddu minnhom fil-Belt Valletta. Bosta persuni li jiddependu minn żjarat fil-Belt ta' kuljum, kemm għal xogħol, kif ukoll għal qadi diversi jinsabu fil-għama dwar l-aċċess li se jkollhom fil-Belt tul il-jumejn ta' san is-Summit. Wara kuntatt kemm mal- għassa tal-Belt Valletta, kif ukoll maċ-Ċentru tar-Relazzjonijiet għall-Mezzi tax-Xandir tal- Pulizija, irriżulta kif il-Pulizija kienu qed jitħallew fl-għama dwar l-aċċess limitat fil-belt kapitali. Fil-fatt irriżulta li l-informazzjoni dwar it-toroq madwar Malta li kienu se jingħalqu li ħarġet fil-mezzi tax-xandir iktar kmieni din il-ġimgħa kienet skorretta, u minħabba f 'hekk kellha toħroġ stqarrija oħra min-naħa tal-Pulizija dwar it-toroq li verament se jkunu magħluqin. Fl-istqarrija preċedenti, ssemmew diversi lokalitajiet madwar Malta fosthom San Ġiljan, Ħ'Attard, il-Marsa, Buġibba u l-Imsida li kellhom jingħalqu minħabba dan is- summit, però jirriżulta li dawn it-toroq se jkunu biss b'aċċess limitat għal ċertu ħinijiet, filwaqt li ma jistax isir parkeġġ fihom, għaliex dawn jiġu żgumbrati. Minħabba f 'dan in-nuqqas ta' kjarifika fl-informazzjoni mogħtija, ħafna nies, li bosta minnhom jaħdmu fil-Belt ma jafux x'jistgħu jagħmlu biex jaslu għall-post tax-xogħol tagħhom u għalhekk, kienu huma stess li għamlu kuntatt ma' din il-gazzetta sabiex jistaqsu dwar dak li se jkun qed jiġri, wara li meta staqsew dwar dan lill-Pulizija, dawn qalulhom li lanqas huma stess ma kienu jafu, u kienu qegħdin jiġbru l-informazzjoni tagħhom mir-rapporti li bdew jidhru fil- gazzetti lokali. Minbarra l-aċċess għall-Belt Valletta fejn se jsir l-istess Summit, diversi persuni wrew it-tħassib tagħhom għal kif dawn jistgħu jaslu l-ajruport, hekk kif anke hemmhekk jidher li se jkun hemm xi problemi ta' aċċess.