Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 39 of 39

illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Ritratt tal-ġimgħa Waħda mill-persuni li lbieraħ niżlu l-Belt Valletta mal-Palestinian Solidarity Network biex tikkundan- na l-aggressjoni u l-okkupazzjoni Iżraeljana fuq art li hi tal-Palestina Ritratt: Ray Attard 'Il-PN mhux klabb esklussiv għall-Insara' – Simon Busuttil minn Veronica Lynn Mizzi ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal kif il-Partit Nazzjonalista mhux xi klabb li fih jidħlu esklussivament l-Insara, u dan qatt ma kien hekk. Busuttil sostna kif il-Partit Nazzjonalista huwa miftuħ għal nies ta' reliġjonijiet oħrajn biex jissieħbu fi ħdanu u tenna kif din hija ħaġa li ilha hekk mill-bidu, u mhux xi ħaġa li qed tingħad issa fl-2015. Busuttil qal ukoll kif it-twaqqif tal-Partit Nazzjonalista fiż-żmien kien mossa sekulari, hekk kif il-Knisja kienet l-akbar forza politika dak iż-żmien, u bl-introduzzjoni tal-PN, "f 'pajjiżna bdejna nifhmu kif jista' jkollok forza politika distakkata mill-Knisja." Dan qalu l-Kap tal- Oppożizzjoni f 'konferenza organizzata mill-Forum għall- Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. F'din il-konferenza, il-Kap tal-PN għamel aċċenn għal dawk kollha li ma kinux ta' fidi Nisranija u sejħilhom meta qal li hemm post għalihom fil-Partit tiegħu. Hemm insista li l-PN minn dejjem kien partit b'moħħu miftuħ u li jippromwovi l-ugwalganza reliġjuża u t-tolleranza. Busuttil qal dan fid-dawl tas- soċjetà sekulari f 'pajjiżna, fejn ikkwota ċifri taċ-ċensiment tal-2005 li wera li 42% biss tan-nies ta' inqas minn 50 sena kienu jmorru l-quddies kull nhar ta' Ħadd. "Dan kien għaxar snin ilu, immaġina illum kif tkun din iċ-ċifra," tenna Busuttil. Minkejja dan, Busuttil għamilha ċara li b'dak li qed jgħid, ma jfissirx li min hu Nisrani m'għandux post fil-PN. Dan waqt li sostna li, "l-PN huwa mnebbaħ mit- twemmin Nisrani u għandu jkun kburi li huwa hekk." Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015