Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport u speċjalment dik lejn il- handball? Minn dejjem kont persuna sportiva sa minn meta kont tifel żgħir. Il-ġenituri tiegħi kienu jħalluni nipprattika sports differenti, mit- tiġrijiet tal-BMX sal-iskiing u ovvjament il-futbol. Sa minn meta kont żgħir niftakar li kelli saħħa partikolari f 'idi. Fuq il-bajjie, kont nisfida lil sħabi billi naraw min kien jitfa' l-ġebel l-aktar 'il bogħod possibli. Anki l-iskola niftakar li jien kont nitfa' l ballun tal-basketball l-aktar 'il bogħod minn sħabi fejn kont nilħaq distanza ta' 53 metru, waqt li dak li kien itemm warajja fit-tieni post kien jilħaq distanza ta' 38 metru. U dan meta kien għad kelli biss 12-il sena. F'dan iż-żmien ma kelli l-ebda idea ta' x'kien il-handball u kont introdott għal dan l-isport, meta kelli 13-il sena. Tul is-sentejn ta' war, ipparteċipajt f 'tournaments tal-iskola li kont nieħu gost ħafna fihom u dan ġegħelni nfittex klabb tal-handball fejn stajt nipprattika dan l-isport b'iktar serjetà. F'dak iż-żmien l-għalliem tiegħi tal- Edukazzjoni Fiżika fl-iskola u anki ħabib tiegħi fil-klassi kienu jilagħbu mal-klabb ta' Kavallieri. U għalhekk din kienet għażla ovvja għalija u malajr ingħaqadt ma' dan il-klabb lura fl-2004, fl-età ta' 16-il sena. F'dan il-punt f 'ħajti kont tifel twil u kelli id li nixxutja biha b'saħħitha. Madankollu ma kellix ħiliet bażiċi bħal kordinazzjoni tas-saqajn biex inkun nista' naqbeż u nixxuttja fost affarijiet oħra, iżda fortunatament għalija, l-vantaġġ li kelli permezz tat- tul tiegħi għeni. Bħalissa jien għandi tul ta' 194 ċentimetru. F'dak iż-żmien ma nafx kemm kont twil eżattament, iżda xorta waħda kont itwal minn ħafna plejers oħra fil-Kampjonat tal- Handball. X'kienet l-ewwel esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali tal-handball, u kif komplejt tevolvi mal-istess tim? Bejn l-2007 u l-2008 ġejt magħżul biex inkun parti mit-tim nazzjonali tal-handball li kien lagħab xi tournaments ta' ħbiberija fi Sqallija. Dan kien tournament li veru ħadt gost li ħadt sehem fih. Il-handball f 'Malta ma kienx daqshekk popolari u għadu 'l bogħod milli jkun sal-lum il-ġurnata, iżda qed jagħmel ċerti avvanzi. Il-fatt li f 'Malta nilagħbu dejjem kontra l-istess timijiet u f 'dawn it-tournaments kellna l-opportunità niffaċċjaw avversarji ġodda u naraw timijiet diversi jilagħbu, kienet xi ħaġa li minnha personalment tgħallimt ħafna. F'dan it-tournament ksibna riżultati tajbin hekk kif temmejna fit-tieni post u dan meta wieħed irid iqis il-fatt li lgħabna kontra wħud mill-aqwa timijiet tal-handball fi Sqallija. Fl-2009 ġejt mgħajjat għal darb'oħra biex nirrapreżenta lil Malta fis-sitt edizzjoni tal-IHF/ EHF Challenge Trophy, li kien qed isir f 'Malta stess. Il-logħbiet kienu qed jintlagħbu ġewwa l-Kumpless Sportiv tal-Università, u t-timijiet li kkompetew f 'dan it-tournnament kienu l-Iskozja, l-Irlanda, il-Finlandja u ovvjament, Malta. Din kienet l-ewwel darba li qatt irrapreżentajt lil Malta f 'tournament uffiċjali u kont eċitat ħafna. Tant kemm kont eċitat li fil-fatt ma tantx kont lgħabt logħbiet. Kollox ma' kollox ksibna riżultat pożittiv, hekk kif temmejna fit-tieni post fejn tlifna biss kontra l-Finlandja li kienu f 'livell kompletament differenti minn tagħna. Dan kien it-tim nazzjonali Finlandiż ta' taħt it-18-il sena u li kien wieħed b'saħħtu, veloċi u kienu jilagħbu bħala tim b'mod straordinarju. Ħafna minn dawn il-plejers illum jilagħbu f 'diversi timijiet Finlandiżi tal-handball tal- ogħla livell. Dan it-tournament serva biex nibqa' ntejjeb il-livelli tiegħi fil-handball u niffoka biex insir plejer tal-handball aħjar. X'tikkummenta fuq it-transizzjoni li għaddejt minnha meta ddeċidejt li tħalli lil Kavallieri HC biex tingħaqad mat-tim iktar ikkwotat ta' Aloysians HC? U x'kienu l-unuri kemm personali kif ukoll dawk bħala tim li rnexxielek tirbaħ mal- istess klabb? L-istaġun 2009-10 kien l-aħjar wieħed tiegħi mal-klabb ta' Kavallieri. Fl-aħħar ta' dak l-istaġun iddeċidejt li nibdel it-tim u ningħaqad mal-Aloysians. Ir-raġuni prinċipali għal dan kienet li ridt xi ħaġa ġdida fil-karriera tiegħi. Ridt nitgħallem affarijiet ġodda, nilgħab f 'ambjent ta' klabb differenti u wieħed jista' jitgħallem affarijiet ġodda permezz tal-bidla fil-ħajja tiegħu bħala persuna jew il-karriera tiegħu ta' plejer. Għeni wkoll il-fatt li l-kowċ tat-tim nazzjonali f 'dak iż-żmien kien ukoll il-kowċ tat- tim tal-kbar ta' Aloysians. Jien ġejt immedjatament milqugħ u aċċettat mill-plejers kollha u dan il-fatt għeni biex nissettilja fit-tim ferm malajr. F'dak l-istaġun 2010/11, Aloysians rebħu l-Kampjonat tal-Irġiel. Dan kien l-ewwel kampjonat li jien qatt irbaħt u kont verament ferħan. Fl-2011 wara li kien intemm l-istaġun, il-klabb ta' Aloysians kien iffirma biex jieħu sehem f 'kompetizzjoni internazzjonali. Din kienet l-ewwel darba li tim tal-handball Malti kkompeta f 'avveniment uffiċjali kontra timijiet barranin. Għal darb'oħra dan it- tournament ġie organizzat ġewwa Malta u kkonsista minn tliet ijiem ta' logħbiet kontra tliet timijiet barranin. Aħna temmejna fit-tieni post li kien riżultat ferm pożittiv għalina minħabba li din kienet l-ewwel darba li l-klabb tagħna kkompeta f 'kompetizzjoni ta' din ix-xorta. Madankollu, it-tieni post li ksibna ma kienx bizzejjed biex nipproċedu għall-istadju segwenti tat-tournament, li kellu jiġi ospitat f 'xi pajjiż ieħor fl-Ewropa. Din kienet l-ewwel darba f 'ħajti li għal tliet ijiem konskuttivi kelli logħbiet kompetittivi tal-handball u spiċċajt ferm għajjien. Għadni niftakar l-aħħar ġurnata tat-tournament b'idejja u bi spallti infaxxati mill- fiżjo-terapista tagħna. L-istaġuni li kien imiss ma tantx kienu tajbin għalija, hekk kif kelli xi injuries fostom spallejn dislokati u ppruvajt ukoll intejjeb il-livell u l-qawwa tal-fiżika tiegħi. Bdejt immur il-gym u l-fatt li kont immur ħafna drabi affetwali l-wirjiet tiegħi fil-court b'mod negattiv. Dan hekk kif kont inqas veloċi fil-movimenti tiegħi minħabba għejja fil-muskoli tiegħi. Iżda kont naf li dawn kienu passi neċessarji minħabba l-fatt li għall-bidu ridt nibni l-qawwa, u mbagħad il-veloċità. Iżda l-affarijiet bdew jinbidlu fl-istaġun 2014/15. Qabel beda l-Kampjonat bħala Aloysians HC, ipparteċipajna fl-MHA Cup. Konna rbaħna l-logħbiet kollha li jien kont ħadt sehem fihom iżda kelli nitlef logħba waħda minħabba li kont imsiefer u sfortunatament tlifna dik il-logħba li swietna r-rebħ tat- Tazza. Fil-Kampjonat Nazzjonali tal-irġiel, it-tim tiegħi spiċċa fit-tieni post, waqt li jien kelli kampjonat ferm tajjeb. Dan hekk kif irnexxieli nispiċċa bħala l-aqwa skorer tal- Kampjonat b'89 gowl waqt li ġejt ivvutat ukoll bħala l-aqwa plejer tal- Kampjonat tal-aħħar staġun. F'dan l-istaġun irnexxielna nirbħu wkoll it-Tazza tan-Knock-Out. Bejn l-20 u s-26 ta' Ġunju li għadda, it-tim nazzjonali tal- handball ipparteċipa fl-ewwel IHF Emerging Nations Men's Handball Championship li sar fil-Kosovo. Tina iktar dettalji rigward dan il-Kampjonat u s-sehem tiegħek fi ħdan it-tim nazzjonali. Dan il-Kampjonat internazzjonali tal-handball, kien jinvolvi sebat ijiem b'sitt logħbiet li kellhom jiġu milgħuba u emminni, din ma kinitx 38 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 L-aqwa plejer Malti fil-handball Alex Di Pilato – l-aqwa plejer Malti bħalissa tal-handball, li għandu riżultati personali pożittivi bħala l-aqwa skorer tal-Kampjonat, kif ukoll ivvutat bħala l-Most Valued Player tal-Kampjonat. Cristian Antony Muscat Sports "Dan l-aħħar staġun u din l-aħħar esperjenza mat-tim nazzjonali wrewni li fadalli ħafna x'nitgħallem fil- logħba tal-handball u ħafna iktar x'intejjeb fil-livelli tiegħi f 'dan l-isport" "Il-handball f 'Malta ma kienx daqshekk popolari u għadu 'l bogħod milli jkun sal-lum il-ġurnata, iżda qed jagħmel ċerti avvanzi"