Illum previous editions

ILLUM 08 Novembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 39

Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 9 Aħbarijiet Taħżiż – il-Programm għall-żgħażagħ b'interess fil-kitba kreattiva TAĦŻIŻ huwa programm ta' empowerment u formazzjoni ta' tnax-il xahar li jġib flimkien żgħażagħ bi interess fil- kitba kreattiva fid-diversi forom tagħha, kemm fil- kuntest tal-letteratura kif ukoll f 'kuntesti artistiċi interdixxiplinarji. TAĦŻIŻ iħares b'mod ħolistiku kemm lejn il-proċess ta' kitba kif ukoll lejn l-iżvilupp tal- parteċipanti. Għaldaqstant, il-programm iħares ukoll lejn il-proċess ta' produzzjoni ta' prodotti kulturali li fil-qofol tagħhom jitolbu element ta' kitba u l-preżentazzjoni pubblika ta' dawn il-prodotti. Il-programm qed isir mill-Aġenzija Żgħażagħ, b'kordinazzjoni tal-Għaqda tal-Malti Università u l-Fondazzjoni AWL, u jinkludi seminars residenzjali intensivi, eżerċizzji ta' kollaborazzjoni kreattiva matul is-sena, kif ukoll pubblikazzjoni u preżentazzjoni pubblika tax-xogħol fl-aħħar tal- programm. TAĦŻIŻ fil-Passat TAĦŻIŻ3 kien imqassam tul tliet seminars residenzjali li fihom il- parteċipanti ġġeneraw kitbiet b'esperimentazzjoni. Il-parteċipanti f 'din l-edizzjoni kienu Ryan Farrugia, Joseph Paul Muscat, Francesca Saliba, u Maria Vella, filwaqt li Beverly Agius, Dorianne Bonello, Neil Bongailas, Victoria Callus, Gabriel Schembri, Matthew Schembri, u Clifford Jo Żahra ħadu sehem f 'sessjoni speċjali dwar il-flash fiction. Il-pubblikazzjoni finali, editjata minn Leanne Ellul u b'disinn esperimentali ta' Ryan Falzon, se titnieda s-Sibt 14 ta' Novembru 2015. Intom mistiedna għal din it-tnedija. Kemm id-dħul kif ukoll il-pubblikazzjoni huma b'xejn. Dawk imħajrin jieħdu sehem f 'TAĦŻIŻ4, imħeġġin jattendu dakinhar ukoll. L-Arċisqof: Il-kotba dwar relazzjonijiet gay posthom id-dar mhux fl-iskola WAqT li kien qed jieħu sehem fil-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija, l-Arċisqof Charles J Scicluna esprima kritika fuq il-fatt li numru ta' kotba li juru lit-tfal tal-iskola realtajiet differenti fis-soċjetà, fosthom li minbarra li hemm relazzjonijiet eterosesswali, hemm ukoll relazzjonijiet omosesswali. L-Arċisqof m'esprimiex ruħu kontra l-kotba imma kontra l-fatt li dawn qed jintużaw fl-iskejjel u li qed ikunu 'imposti' fuq l-istudenti. Filwaqt li fakkar li dejjem tibqa' l-għażla tal-ġenituri x'tip ta' tagħlim għandhom ikollhom it-tfal tagħhom, esprima tħassib li dan it-tip ta' tagħrif qed jingħata f 'età daqshekk żgħira. Minkejja dan, hu ma weġibx b'mod dirett meta ffaċċjat b'mistoqsija mill-preżentatur Peppi Azzopardi meta dan fakkru li l-Knisja stess, permezz tal-lezzjonijiet tar-reliġjon timponi t-tagħlim tagħha fuq l-istudenti. Intant fuq l-istess suġġett Scicluna qal li huwa kiteb lill-qassis u teologu Krzystof Charamsa, li ftit qabel ma beda s-Sinodu għamel pubbliku l-fatt li huwa omosesswali u li qed jgħix mas-sieħeb tiegħu, u kritika l-fatt li Charamsa ppublika l-omosesswalità u r-relazzjoni tiegħu daqshekk fil-miftuħ. L-Arċisqof Scicluna waqt il-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija Ritratt: Facebook - Xarabank L-Ingliżi jitilqu mill-Eġittu mimlija tensjoni Hekk kif hemm indikazzjonijiet li t-titjira tal-ajruplan Russu waqgħet kawża ta' bomba, il-belt turistika eġizzjana ta' Sharm-el Sheikh kienet ikkaraterizzata minn tensjoni kbira. eluf ta' Ingliżi li kienu hemmhekk fuq vaganza qabdu l-ewwel titjira lura d-dar u kkanċellaw il-bqija tal- vaganza tagħhom. Intant ir-Russja ssospendiet it-titjiriet kollha lejn l-Eġittu. Il-President Russu, Vladimir Putin qal li t-titjiriet se jibqgħu kkanċellati sakemm ikun stabbilit x'wassal għad- diżastru. Investigaturi Ingliżi indikaw li hemm ċans kbir li dan kien frott ta' attakk terroristiku. Xena mid-diżastru li ħalla madwar 220 persuna mejta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 08 Novembru 2015