Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 | illum 37 Illum, se jkomplu l-attivitajiet bl-Autocross mill-Kampjonat ASmK Pasta Poiatti 2015/2016. Din se tkun it-tieni attività fejn se jidħlu fl-azzjoni l-Karozzi Autocross modified u dawk Standard fuq korsa direzzjoni 'favur l-arloġġ'. Din it-tieni attività tal-istaġun se tibda f 'nofsinhar. Intant nhar il-Ħadd li għadda, l-1 ta' Novembru ngħata bidu għall- kampjonat bil-Muturi Trials. L-ewwel attività ġiet organizzata fil-Barriera Tarġiet Għomor, Limiti ta' San Pawl tat-Tarġa. Minkejja l-maltemp li għamel matul il-lejl u filgħodu, l-Assoċjazzjoni xorta waħda baqgħet għaddejja bil-programm kif kien previst. Il-kompetizzjoni bejn ir-riders kienet viċin mill-bidu sal-aħħar u saret iktar interessanti wara r-raba' sezzjoni fejn bdiet nieżla x-xita u għamlitha aktar diffiċli għar-riders minħabba li l-art ġiet tiżloq. Ir-riders kollha saqu l-istess sezzjonijiet u dan għamel il-kompetizzjoni aktar interessanti. Il-kuġini Bonello, Damon u Rowen, iddominaw il-klassi A fejn kienu ras imb'ras il-ħin kollu sakemm fir-raba' sezzjoni, Rowen fuq mutur Beta, tilef xi ftit il-pass, filwaqt li Damon fuq mutur Gas Gas kompla bir-ritmu tajjeb tiegħu u ddefenda postu sal-aħħar. Fi Klassi B, it-taqtigħa kienet bejn Manuel Camilleri u Ian Scicluna fuq muturi Gas Gas. Dawn it-tnejn baqgħu flimkien matul l-ewwel żewġ sezzjonijiet b'Camilleri jiġri quddiem Scicluna. Iżda Scicluna tilef xi ftit ir-ritmu matul it-tielet u r-raba' sezzjoni, waqt li fil-ħames sezzjoni għamel ride tajba tant li rkupra ħafna minn dak li kien tilef. Il-ġurnata għalqet b'Damon Bonello bħala r-rebbieħ ta' Klassi A b'14-il punt ta' penali. Fit- tieni post spiċċa Rowen Bonello bi 17-il punt penali u warajh spiċċa Gary Debono b'25 punt penali. Joseph Scicluna li għalih din kienet l-ewwel kompetizzjoni fi Klassi A spiċċa fir-raba' post viċin Debono bi 28 punt ta' penali. Fi Klassi B, Manuel Camilleri b'47 punt ta' penali spiċċa quddiem Ian Scicluna bi 53 punt penali. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt jew fil- paġni ta' Facebook bl- isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista' jagħmel kuntatt mal- Assoċjazzjoni permezz tal-email fuq info@asmk. org.mt. Sports Damon Bonello u Manuel Camilleri rebbieħa fl-ASMK Trials Azzjoni mill-Kampjonat bil-Muturi Trials