Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt POŻIZZJONIJIET TA' TECHNICAL ATTACHÉ U RESEARCH ANALYST Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Technical Attaché u Research Analyst fir- Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell. Dawn huma pożizzjonijiet f'numru ta' policy areas u l-kandidati prospettivi irid ikollhom il- kwalifiki rilevanti għall-pożizzjoni jew pożizzjonijiet li se japplikaw għalihom. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-Gazzetta tal-Gvern tas-27 ta' Ottubru 2015. L-applikazzjonijiet flimkien ma' CV iddettaljata jridu jintbagħtu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, Tal- Pilar, 31B, Triq Marsamxett, Valletta, VLT 1850 jew jintbagħtu permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sa mhux aktar tard minn nofsinhar tat-Tlieta 10 ta' Novembru 2015 . L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: http://www.pahro.gov.mt/file.aspx?f=127 Għomru l-ħabs għall-qtil tal-eks mara Nizar El Gadi intbagħat għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel lill-eks mara tiegħu, l-avukata Margaret Mifsud f 'Baħar iċ-Ċagħaq f 'april tal-2012. Apparti minn hekk, fid- deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Antonio Mizzi kkundanna lil-Libjan għaxart ijiem reklużjoni kull ħames snin. Id-deċiżjoni tal-Imħallef Mizzi waslet wara li aktar kmieni, bi tmien voti kontra wieħed, il-ġurati sabu lil el Gadi ħati tal-qtil tal-Avukat Margaret Mifsud. Huwa nstab ħati mill-ġurati wara biss erba' sigħat ta' deliberazzjoni. Wara li kienet semgħet il-verdett tal-ġurati, il-Prosekuzzjoni mmexxija minn avukati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, talbu li l-akkużat jintbagħat għomru l-ħabs, filwaqt li d-difiża, permezz tal-Avukat Martin Testaferata Moroni Viani, qalet li għomor il-ħabs tkun tfisser deċiżjoni ħarxa u krudili. Quddiem il-qraba tal- vittma, fosthom ommha, l-Imħallef Antonio Mizzi laqa' t-talba tal-prosekuzzjoni u bagħat lil El Gadi għomru l-ħabs. Id-deċiżjoni ttieħdet wara li l-ġurati damu tliet ġimgħat jisimgħu l-kawża fil-Qorti. Il- ġurati kienu semgħu kif fil-lejl ta' bejn it-18 u d-19 ta' April, l-Avukat Margaret Mifsud instabet maqtula fil-karozza tagħha f 'Baħar iċ–Ċagħaq. Mix-xhieda tal-esperti ħareġ li l-vittma mietet fgata minħabba pressjoni eċċessiva fuq sidirha. Esperti forensiċi qalu wkoll li d-DNA tal- akkużat instab fuq id-dwiefer tal-vittma, u li xahar qabel ma nstabet mejta, Mifsud kienet għamlet rapport lill-pulizija li El Gadi kien ipprova jifgaha. Il-Prosekuzzjoni f 'dan il-ġuri tmexxiet minn l-Assistent Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia u Giannella Busuttil. L-Avukat Martin Testaferrata Moroni Viani deher għall- akkużat. L-Avukati Arthur Azzopardi u Kathleen Grima deheru bħala Parte Civile għall-familja tal-vittma. il-vittma, l-avukat Margaret Mifsud (xellug) u l-eks raġel tagħha Nizar el gadi (lemin) BElti ta' 60 sena ġie arrestat u mressaq il- Qorti hekk kif ġie mixli li mmasturba fil-pubbliku, fost akkużi oħra. Allegatament, Paul Lughermo kien qed imur Tas-Sliema u deher għal diversi drabi jimmasturba fil-pubbliku f 'diversi żòni tal-istess lokalità. Il-każ seħħ nhar it-Tlieta li ghadda u xi drabi fil-ġranet ta' qabel ukoll. Il-Pulizija kienet irċeviet diversi rapporti dwar dabb il-każ. Mar-rapporti li saru, xi nies hadu ritratti tal- akkużat u kien permezz ta' dawn ir-ritratti li l-Pulizija rnexxielha tidentifika lir-raġel. Minkejja dan, ir-ritratti li ttieħdu, fl-ebda mument ma juru lill- akkużat iwettaq l-imsemmi reat. Meta gie mressaq il- Qorti, l-imputat wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi li nġiebu kontrih fosthom li offenda l-pudur u l-morali f 'post pubbliku u li sar riċediv. Saret talba għall-ħelsien li ntlaqgħet mil-Qorti, taħt diversi kundizzjonijiet fosthom li l-imputat jiffirma fl-għassa tal-Belt u li ma jersaqx lejn Tas-Sliema. Il-Prosekuzzjoni f 'dan il- każ tmexxiet mill-Ispettur Jonathan Ransley. Jitressaq il-Qorti wara li nqabad jimmasturba fil-pubbliku Jitressqu l-Qorti tliet Rume- ni li serqu ġojjelli f 'Għawdex WiEħEd biss minn tliet rumeni li ġew arrestati, ammetta li seraq ġojjellerija minn Għawdex. Għalhekk, rumen ta' 52 sena ġie kkundannat sentejn ħabs u mmultat is-somma ta' €1,000 wara li ammetta l-involviment tiegħu. Il-każ kien seħħ nhar is-26 ta' Awwissu li għadda, meta saret serqa ta' ġojjellerija minn ħanut tad-deheb li jinsab fi Triq Palma fil-Belt Victoria. Żewġ nisa, li huma wkoll ta' nazzjonalità Rumena tressqu wkoll il-Qorti b'arrest b'rabta ma' dan il-każ, madankollu ma ammettewx l-akkużi u nżammu taħt arrest preventiv. Jirriżulta li wara li wettqu r-reat, ir-Rumeni, li kienu jammontaw għal erbgħa, kienu telqu minn Għawdex permezz ta' dgħajsa, waslu Malta, minn fejn ħarbu bl-ajru. Madankollu wara li nħareġ mandat ta' arrest Ewropew, tlieta minn dawn ir-Rumeni ġew arrestati t-Turkija, u nġiebu lura Malta bl-ajru, skortati minn Pulizija Maltija. Immedjatament, huma ttieħdu Għawdex fejn tressqu b'arrest quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, fejn ġew mixlijin b'serq ta' ġojjellerija, aggravat bil-valur. Il-Prosekuzzjoni f 'dan il- każ tmexxiet mill-Ispetturi Kurt Zahra u Bernard Spiteri.