Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/598353
34 illum Il-Ħadd 08 ta' Novembru 2015 Sports Keith Galea jirbaħ l-unur tat-Triatleta tas-Sena għas-7 darba Ftit tal-jiem ilu, il- Federazzjoni Maltija tat-triathlon organizzat serata fejn fiha ppremjat lit- triatleti li spikkaw matul din is-sena. Din is-serata taghlaq l-istaġun tat-triathlon li kien wieħed impenjattiv ħafna għall- Federazzjoni Maltija tat-triathlon flimkien mal-klabbs fejn ġew organizzati ħafna tlielaq matul l-istaġun. L-aqwa premju tas-serata li huwa dak tat-Triatleta tas- Sena, intrebaħ mill-atleta ta' Birkirkara St Joseph, Keith Galea li rebaħ dan il-premju għas-seba' darba fil-karriera tiegħu li huwa wkoll rekord ieħor għal Galea. Keith Galea rebaħ dan il-premju fl-2006, 2007, 2008, 2011, 2012, 2014 u l-2015 biex kiser ir-rekord ta' sitt darbiet li kien dak ta' ħuh, Dermot Galea. L-2015 kienet sena mimlija suċċessi għal Galea. Fil-fatt, huwa rebaħ xejn inqas minn ħames titli nazzjonali li huma tat-triathlon, duathlon, aquathlon, sprint distance u tal-mountain running. Huwa rebaħ is-serje tat- triathlon ta' Birkirakara St Joseph għat-tmien darba fil- karriera tiegħu, is-serje ta' 5km ta' Birkirkara St Joseph u l-ġirja klassika tad-Dingli 10 miles. Galea ħalla wkoll impatt tajjeb ħafna barra minn xtutna fejn rebaħ tliet itlielaq ġewwa Sqallija fosthom il-kampjonati reġjonali u rrapreżenta lil Malta fil-Logħob Olimpiku tal- Ewropa li saru f 'Baku fl-Azerbajġan. Ikkuntatjat minn din il- gazzetta, Galea qal li jinsab kuntent ħafna li ngħata dan il-premju u li rnexxielu jirbħu għal numru rekord ta' seba' darbiet, u għalhekk huwa onorat li kiteb ismu fl- istorja tat-triathlon f 'Malta. Tabilħaqq, din kienet sena memorabbli ħafna għal Keith Galea fejn rebaħ 25 tellieqa u huwa jinsab sodisfatt ħafna li t-taħriġ intensiv li għamel sarraf għal riżultati mill-aqwa fl- isport li huwa jipprattika. Keith Galea li qiegħed fl-iskema tal-Flexi Training Scheme tal-Gvern xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Dermot Galea, lill- kowċ tal-għawm tiegħu Catalin Stan, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Bike Parts Malta, Lucida Laundry, Jaycee Malta, Malta Challenge Marathon, DGtri.com, Mochika Outdoor life, lill-klabb tiegħu Birkirkara St Joseph, lill-Malta Triathlon Federation, u lill- Kunsill Malti għall-Isport (SportMalta). Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja ħafna lill- familja kollha tiegħu, speċjalment lill-mara tiegħu Eliziabeth, tal-għajnuna u s-sapport li hija ttih ta' kuljum. Keith Galea jippoża bit-trofew tat-'Triatleta tas-Sena' Jorge Lorenzo jikseb il-pole ta' Valencia u Valentino Rossi jikkraxxja Jorge Lorenzo kiser rekord ġdid taċ-ċirkwit ta' Valencia fi Spanja, biex illum se jkun qed jibda fl- ewwel post fil-Moto gP, fuq dan l-istess ċirkwit. F'kummenti li ta wara li rebaħ din il-pole-position, is-sewwieq Spanjol, qal li din kienet l-aqwa pole- position tal-karriera tiegħu. B'hekk, huwa jinsab pass 'il bogħod milli jirbaħ it-titlu ta' din is-sena. Dan hekk kif, barra li llum se jkun qed jibda mill-ewwel post tal- gradwatorja f 'Valencia, is-sewwieq rivali tiegħu u li jinsab l-aktar qrib tiegħu fil-klassifika, it-Taljan Valentino Rossi se jkun qed jibda mill-aħħar post wara li ngħatatlu sanzjoni, minħabba li allegatament waqqa' b'siequ lis- sewwieq Spanjol, Marc Marquez, fl-aħħar Moto GP, fil-Malasja. Tajjeb ngħidu, li Valentino Rossi kien l-aktar sewwieq kajman fit-tieni fażi ta' kwalifikazzjoni, u kraxxja fit-tieni liwja, fl-aħħar tas- sessjoni ta' kwalifikazzjoni, iżda fortunatament għalih, ma weġġax. Intant, dawn huma l-postijet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-Moto GP, illum fiċ-ċirkwit ta' Valencia, fi Spanja, flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jirreġistraw: Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1 Jorge Lorenzo Yamaha YZR-M1 1:30.011 2 Marc Marquez Honda RC213V 1:30.499 3 Dani Pedrosa Honda RC213V 1:30.516 4 Aleix Espargaro Suzuki GSX-RR 1:30.917 5 Cal Crutchlow Honda RC213V 1:30.948 6 Bradley Smith Yamaha YZR-M1 1:31.012 7 Andrea Iannone Ducati GP15 1:31.056 8 Pol Espargaro Yamaha YZR-M1 1:31.080 9 Andrea Dovizioso Ducati GP15 1:31.245 10 Danilo Petrucci Ducati GP14 1:31.292 11 Maverick Viñales Suzuki GSX-RR 1:31.340 12 Michele Pirro Ducati GP15 1:31.780 13 Stefan Bradl Aprilia RS-GP 1:31.824 14 Hector Barbera Ducati GP14 1:31.851 15 Loris Baz Yamaha Forward 1:31.856 16 Nicky Hayden Honda RC213V-RS 1:32.083 17 Yonny Hernandez Ducati GP14 1:32.142 18 Alvaro Bautista Aprilia RS-GP 1:32.282 19 Scott Redding Honda RC213V 1:32.448 20 Jack Miller Honda 1:32.564 21 Mike di Meglio Ducati GP14 1:32.716 22 Anthony West Honda RC213V-RS 1:33.049 23 Eugene Lavert Honda RC213V-RS 1:33.066 24 Toni Elias Yamaha Forward 1:33.092 25 Broc Parkes ART 1:33.577 26 Valentino Rossi Yamaha YZR-M1 1:31.471 Ritratt - www.motorsport.com Jorge Lorenzo fl-azzjoni waqt il-pole-position fiċ-ċirkwit ta' Valencia, fi Spanja