Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum 11 min ħaqqu, u nfiehmu m'għandhomx raġun' Elezzjoni Deputat Mexxej PL nies li minħabba li huma assoċjati u affiljati mal-Partit Laburista, kien hemm żminijiet u ċirkostanzi li dawn ma ħadux dak li kien jixirqilhom u issa qed jitolbu rimedju. Hemm uħud li ħadu, oħrajn li għadhom qed jistennew deċiżjonijiet, u oħrajn iħossu li ma ngħatawx widen biżżejjed għal dak li għaddew minnu. Nemmen li f 'dan il-proċess, apparti li nħarsu lejn il-persuni fid-dinjità tagħhom, għandu jkun proċess sinċier billi tagħtih l-opportunità li jkellmek, li tispjegalu, tfissirlu l-affarijiet kif inhuma, u wieħed jieħu d-deċiżjonijiet fuq dak il-każ partikolari u x'tip ta' għajnuna hemm bżonn, skont iċ-ċirkostanzi. Ħafna drabi jkun hemm 'statements' ġeneriċi li mhux qed jinqdew, u fil-verità iva jkun hemm min għandu raġun u jkun hemm oħrajn li jrid ikun hemm aktar ħsieb kif tista' tasal. Ikun hemm ukoll min jagħmel talbiet li ma jistgħux jintlaqgħu." 'Jekk il-Gvern idaħħal l-abort, jien niġġildilha internament' Stefan Zrinzo Azzopardi hu persuna li ħareġ fil-pubbliku bis-saħħa kontra l-abort u anke kontra l-'morning after pill'. Dan il-fatt jista' jpinġih bħala persuna konservattiva meta l-Gvern tal- ġurnata hu wieħed b'mentalità aktar liberali. "Jien kontra l-abort u kontra kull ħaġa li twassal għal xi tip ta' abort. Iżda nemmen li kif ix- xjenza qed tavvanza, jien persuna b'moħħ miftuħ u lest li nisma' u niġi konvint bi studji serji. Iżda bħala prinċipju jien ma naqbilx ma dak li jikkawża abort." Jekk ikun deputat mexxej u l-gvern tal-ġurnata jdaħħal l-abort, x'jagħmel Stefan Zrinzo Azzopardi? "Inkun persuna li nitkellem kontra. Dak li hu twemmin fundamentali għal din il-mistoqsija ipotetika, bħala deputat mexxej inkun qed nonqos jekk ma ngħidx dak li qed ngħid illum. Niġġilidha bl-istil tiegħi b'dibattitu intern u dixxiplinat li jkun organizzat mill-istrutturi tal- partit. Għalkemm il-Partit dejjem tkellem ċar li hu kontra l-abort." 'Il-partit għandu jkun il-gwardjan ta' dak li jiġri fil-Gvern' Zrinzo kompla jitkellem dwar kif beħsiebu jmexxi l-proċess jekk jintagħżel bħala Deputat Mexxej, fejn l-istrutturi tal-partit ma jkunux f 'vacuum u jiriflettu s-sentiment li jkun hemm barra. "Immedjatament bħala deputat mexxej irrid li flimkien mal- istrutturi tal-partit, mal-unions, korpi kostitwiti, mas-soċjetà ċivili u NGOs inniedu proċess ta' konsultazzjoni. B'hekk, flimkien mal-grass roots tagħna, nifhmu x'hemm bżonn isir biex minn hemm inkunu nistgħu nitħejjew għall-kungress biex noħolqu linji gwida u minn hemm jitħejja l-programm elettorali." Hemm min isemmi li d-deputat mexxej ta' qablu, Toni Abela kien isib bibien magħluqa fil-ministeri. Għalhekk tlabnieh jgħidilna jekk għandux iċ-ċavetta għal dawn il-bibien. "Kulma trid iżżomm, komunikazzjoni miftuħa. Bil-partit gwardjan ta' dak li qed isir fil- Gvern, għandu jkun hemm proċess li jsir kuljum fejn wieħed irid jindika b'mod sinċier u korrett fejn qed jeħlu l-affarijiet, u dan għandu jgħin anke lill-Prim Ministru li jkollu rispons importanti. Għax meta l-Prim Ministru se jerġa' jmur għand il-poplu biex bħala partit inkunu nistgħu nerġgħu niksbu dik il-fiduċja, tajjeb li naraw fejn għandna bżonn insaħħu l-ħidma tagħna biex meta mmorru quddiem il-poplu għall-fiduċja tiegħu nkunu ħadna l-passi meħtieġa u mhux nindirizzaw l-affarijiet meta jkun tard wisq." Stefan qal li ċ-ċavetta tas-suċċess tal-2013 kienet li l-partit fetaħ komunikazzjoni qawwija interna u kontinwa, "fejn in-nies tagħna żammejniehom f 'kuntatt kontinwu u kollha kienu jħossuhom parti mill-Partit. Issa li l-attenzjoni marret fuq il-Gvern u li qegħdin xhur qabel l-elezzjoni, nemmen li hu l-mument opportun li nerġgħu niftħu bis-sħiħ b'enerġija ġdida din il-komunikazzjoni importanti. Irridu nagħtu t-tweġibiet lin-nies li qed jistaqsu u nindirizzaw l-osservazzjonijiet li qed jagħmlu lill-Gvern." Fl-aħħar tlabnih jgħaddilna l-opinjoni tiegħu ta' kif iħares lejn il-Panamagate u xi ħsara setgħet għamlet lill- Partit Laburista. "Pajjiżna kien dara li kienu jinkixfu l-affarijiet, joħorġu l-iskandli u ma jsir xejn, u kollox jibqa għaddej. Illum għandna sitwazzjoni li qed jittieħdu deċiżjonijiet li mhumiex faċli iżda li l-Prim Ministru qed jeħodhom meta jevalwa dak li jkollu quddiemu. Però xorta naħseb li din l-istorja kollha, darrset u għal ħafna Laburisti din kienet sitwazzjoni infeliċi għall-aħħar għax ġejna f 'sitwazzjoni li beda jintesa l-ġid kollu li għamel dan il-Gvern." Stefan Zrinzo Azzopardi Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016