Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 'Il-Gvern m'għandu l-ebda dritt jindaħal fir-rata ta' kirjiet kummercjali' Tkompli minn paġna 1 F'punt numru tlieta tal-mozzjoni tal-Forum Komunità Bormliża, li l-istess Mintoff tmexxi, hemm propost li fid-dawl "tar-realtajiet fis-suq tal- kirjiet residenzjali fejn ir-rati qed jogħlew b'rata mgħaġġla...il-Forum qed jisħaq li għandu jkun hemm restrizzjonijiet ta' kemm ir- rati tal-kera jistgħu jogħlew." Mistoqsija minn din il- gazzetta jekk il-proposta tagħha tfissirx indħil dirett fis-suq, Mintoff fakkret kif din hija simili għal- liġi li għadda l-parlament nazzjonali Ġermaniż u li ġiet attwata f 'Berlin f 'Ġunju tas-sena l-oħra, fejn kien impost li l-prezz ta' kirja ma jistax jiżdied aktar minn 10% tal-kirja medja. Apparti f 'Berlin, liġi simili ġiet implimentata wkoll f 'Pariġi għalkemm fiż-żewġ każijiet l-aktar rapporti riċenti fuq il-midja juru li, fir-realtà, ħafna qed jinjorawha (aqra iktar 'l isfel). L-ILLUM għamlet kuntatt ukoll mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar din il- mozzjoni u staqsiet jekk il- Gvern hux qed jikkunsidra din il-miżura proposta minn Mintoff. Ir-risposta kienet waħda ċara: "Il- Gvern m'għandu l-ebda dritt jindaħal fir-rata ta' kirjiet kummercjali." Apparti minn hekk iżda, kelliem mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fakkar kif il-ġimgħa li ġejja ser issir preżentazzjoni aktar dettaljata lill-Kabinett fejn se jiġi diskuss dan ir-rapport quddiem esperti. Il-Kabinett se jiddiskuti dan ir-rapport fl-intier tiegħu, inkluż modi ta' kif tiġi provduta akkomodazzjoni xierqa għal min ikollu bżonn." Il-liġi qed tiġi injorata fi Franza u l-Ġermanja F'Ġunju 2015, Berlin kienet l-ewwel belt Ġermaniża li addottat il-limitu fuq il- prezz tal-kirjiet (rent cap), bis-sidien jitħallew jgħollu l-kirjiet tagħhom sa mhux iktar minn 10% tal-kirja medja f 'din il-belt. Dan il-limitu kien japplika biss għall-kirjiet antiki u bil- liġi, il-parlament Ġermaniż impona l-istess limitu fuq il-kuntratti ġodda kollha. L-għan tal-liġi ma kienx l-iffiriżar tal-kirjiet imma li l-prezzijiet tal-kirjiet 'jikkalmaw'. Minkejja li l-assoċjazzjonijiet ta' dawk li qed jikru (tenants) laqgħu l-aħbar b'mod pożittiv, f 'rapport li deher fuq diversi siti tal-aħbarijiet kien irraportat kif il-liġi għadha mhux qed taħdem. Minn rapport tal-grupp Amerikan CBRE li jispeċjalizza fil- proprjetà jirriżulta li fil- fatt, il-prezzijiet tal-kirjiet għolew u mhux raħsu wara li kienet introdotta din il-liġi. Skont Julius Stinauer mill-grupp CBRE il-liġi f 'Berlin mhux qed taħdem għax il-metodoliġija ta' kif instab il-prezz medju ma kienx rapreżentattiv biżżejjed. Apparti minn hekk, hija l-persuna li qed tikri li teħtieġ ittella' s-sid l-Qorti u ma jiskatta l-ebda mekkaniżmu partikolari f 'każ li l-kera tkun ogħla mil-limitu. Dan ifisser li fil-maġġoranza tal-każi, il- liġi qed tiġi injorata u bosta minn dawk li qed jikru qed ikunu lesti jħallsu aktar, jekk l-appartament ikun ta' kwalità tajba. Minkejja li f 'Pariġi ddaħħlu numru ta' każi l-Qorti wara li kienet introdotta liġi simili għal dik li qed tipproponi Mintoff f 'Malta u minkejja li kien reġistrat tnaqqis fil- prezzijiet ġenerali tal-kiri, anke hawn, il-liġi qed tkun injorata minn minoranza mdaqqsa ta' sidien. Livelli ta' prattika differenti skont id-distrett f 'Pariġi Skont figuri li ppublikat il- gazzetta Le Monde, l-aktar distretti fejn is-sidien ħallew il-prezzijiet tagħhom taħt il-limitu legali kienu dawk li huma aktar fqar, bħal Goutte D'Or fejn 12.2% biss tal- kirjiet jaqżu l-limitu. F'distretti oħrajn iżda, li qed jaraw titjib mgħaġġel fl-infrastuttura u li l-aktar qed jattiraw nies mill- klassi tan-nofs, bħal Bois de Vincennes u La Marais, kważi 66% u 61% tal-kirjiet rispettivament huma ogħla mil-limitu impost fil-liġi. Minkejja dan, dejjem skont l-aġenti MeilleursAgents, it-total ta' kirjiet ogħla mill- limitu impost f 'Pariġi niżel minn 45% għal 29%. Eqreb għal-linja ta' ħsieb tal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, il-Gvern Franċiż qed jindirizza l-problema ta' housing soċjali permezz ta' proġett fil-qasam soċjali li se jiswa €3 biljuni. F'pajjiżna l-Gvern qed jippjana li jibda proġett ta' bini għal housing soċjali fuq 16-il sit madwar il-pajjiż, liema proġett se jiswa €50 miljun b'kollox. The Economist: Il-kontrolli joqtlu s-suq Il-magażin The Economist, f 'analiżi dwar din il-miżura kien qal li f 'għajnejn bosta ekonomisti, miżura bħal dik proposta f 'Malta minn Mintoff toqtol l-inċentiva. "Meta l-prezzijiet ikollhom limitu fuqhom ikun hemm inqas inċentiv li s-sid jirranġa l-istess proprjetà qabel jikriha, tonqos ukoll il-ħeġġa ta' persuni li jibnu jew jixtru proprjetà li tkun se tinkera. Ladarba l-proprjetà disponibbli fis- suq u l-qligħ ikun limitat, ħadd mhu se jinvesti." Intant il-Mexxej Laburista Jeremy Corbyn f 'intervista mal-Huffington Post ħabbar ukoll li Partit Laburista, jekk ikun elett fil-Gvern fir-Renju Unit jintroduċi l-kontrolli fuq il-prezzjiet tal-kirjiet. Dan ġab reazzjoni mqanqla kontra, bl-opinjonista Tim Warstall fuq artiklu miktub fil-magażin Forbes jgħid li din hija l-agħar tip ta' miżura ekonomika. Huwa jfakkar li għal xi żmien, ir-Renju Unit kellu sistema ta' regolarizazzjoni tal-kera, "iżda wara dak iż-żmien spiċċajna mingħajr settur tal-kirjiet privati." "Ladarba l-proprjetà disponibbli fis-suq u l-qligħ ikun limitat, ħadd mhu se jinvesti" – The Economist AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT Il-mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn iwiegħed li jekk ikun elett PM, jintroduċi kontrolli fuq il-kirjiet. F'Malta, il-PM Muscat ma jaqbilx ma' miżura simili

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016