Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Aħbarijiet 3 Il-Kumpanija Taljana ordnata tħallas €31,500 Q Stone Ltd tirbaħ l-appell kontra Filiberti dwar il-ġebel ta' kwalità inferjuri fil-bini tal-Parlament minn Matthew Agius IL-QORTI tal-Appell ikkonfermat sentenza mogħtija kontra l-kumpanija Taljana li bniet il-faċċata tal- Parlament il-ġdid, fejn din ġiet ordnata tħallas €31,500 lill-fornitur tal- ġebel. CFF Filiberti Srl kienet ġiet imqabbda fl-2011 biex tibni l-faċċata tal-bini l-ġdid tal-Parlament, waqt li l-kumpanija Q Stone Ltd kellha tforni l-ġebel biex dan isir. Iżda ġara li Filiberti waqgħu lura fil-ħlasijiet tagħhom u wara li nfetħet kawża fil-Qorti, inqalgħu diversi kwistjonijiet fuq il-kwalità tal-ġebla fornuta mill-Maltin, bit-Taljani jargumentaw li kellhom jinxtraw daqs 200 tagħbija żejda minħabba dan. CFF Filiberti Srl li kienet allegat li l-kumpanija Maltija Q Stone Ltd kienet supplixxiet ġebel ta' kwalità inferjuri u fetħet l-appell mis-sentenza oriġinali ta' Marzu 2015, li ġie deċiż kontriha wara li ma deher ħadd mir-rappreżentanti tagħha, minħabba li skont hi, kienet ġiet notifikata b'data ħażina tas-smigħ tal-kawża mill-awtoritajiet Taljani. Min-naħa tagħhom, il-kumpanija Q Stone kienu argumentaw li l-kumpanija Taljana kienet baqgħet ma ħallsithomx u li l-appell kien biss mossa biex jirbħu l-ħin għall-ħlas tad-djun tagħhom minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li l-kumpanija kienet qiegħda taffaċċja. Il-kumpanija Maltija saħqet li minkejja l-allegazzjoni ta' ġebel ta' kwalità baxxa, Filiberti kienu baqgħu jaċċettaw il-kunsenji tagħha u sadanittant, il-parlament kien inbena kollu. Fis-sentenza tal-Qorti tal-Appell, sede superjuri, il-Prim Imħallef Silvio Camilleri, flimkien mal- imħallfin Giannino Caruana Demajo u Noel Cuschieri iddeċidew favur il-kumpanija Maltija. Il-Qorti qalet li Filiberti kienu evidentement ġew notifikati darbtejn, darba bil-posta f 'Mejju 2015 u sussegwentament mill- awtoritajiet Taljani, iżda wara li l-kawża mibdija minnhom ġiet iddikkjarata abbandunata. Il-Qorti ddikjarat li l-fatt li ntbagħtu żewġ notifiki ma naqqas xejn mill-validità tal- ewwel waħda, li Filiberti ammettew li kienu fil-fatt irċevew,. Għaldaqstant, il-Qorti kkonfermat is-sentenza oriġinali u ordnat lil CFF Filiberti tħallas €31, 500 lil Q Stone Ltd. Night shelter għall-anzjani u ċentru Leap ġdid fil-Ħamrun WAQT konferenza tal- aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-Ministru Michael Farrugia ħabbar li se jsir proġett soċjali fil-lokalità tal-Ħamrun. Spjega li l-bżonnijiet prinċipali identifikati għal dan il-proġett kienu uffiċċju tas-sigurtà soċjali denju ta' dan il-lokal u l-madwar, ċentru għall-iżvilupp soċjali (LEAP) għal dan ir-reġjun, u night shelter li jkun jista' jilqa' l-anzjani li ilhom jitolbu għal refuġju matul il-lejl. Il-proġett jinkludi wkoll it-tisbieħ tal-misraħ quddiem il-Kunsill, filwaqt li l-bejt tal-Kunsill se jsir aċċessibbli u msebbaħ sabiex jintuża mill-komunità Ħamruniża u r-residenti tal-madwar. "Bħalissa qed jiġi mħejji t-tender document għax- xogħlijiet li jridu jsiru u fil-ġimgħat li ġejjin ikun ippubblikat. Huwa ppjanat li dan il-proġett ikun lest lejn it-tieni nofs tas-sena d-dieħla," ikkonkluda l-Ministru Farrugia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016