Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Sports 33 għall-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts b'numru ta' inizjattivi biex l-isport ikompli jkabbar il-profil tiegħu. Fit-tmiem tal-ewwel staġun, il-miri li saru, intlaħqu kollha fejn l-akbar prijorità kienet li l-isport tad-darts ikun aktar preżenti fuq il-media lokali. Numru ta' artikli fuq gazzetti, portals sportivi u magażins ġew ippubblikati, parteċipazzjoni f 'seba' features fuq programmi televiżivi u l-paġna ġdida fuq Facebook laħqet l-1,400 membru fi spazju ta' tmien xhur. Dan apparti kisba importanti tas- servizz ta' live streaming, fejn numru ta' logħob mill- kampjonat lokali u s-serati finali tal-Open ta' Malta ġew trażmessi. Żewġ dipartimenti oħra li sar ħafna xogħol fuqhom kienu r-ristrutturar tal- assoċjazzjoni u l-kisba ta' sponsor uffiċjali għall- istaġun 2016/17 fejn aktar dettalji se jitħabbru fil- ġimgħat li ġejjin. Mix-xena lokali, l-istaġun li jmiss se jinkludi għall- ewwel darba fl-istorja kompetizzjoni ġdida għall-plejers elite fejn ukoll aktar dettalji jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. L-akbar proġett se jkun dak tal-introduzzjoni tal-isport tad-darts fl- iskejjel bi programm b'kollaborazzjoni mal- Ministeru tal-Edukazzjoni, 'Nitgħallmu l-matematika bid-darts'. Mix-xena internazzjonali huma kkonfermati dawn l-avvenimenti: - Settembru 2016: It-tim nazzjonali jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej fl-Olanda. - Ottubru 2016: 17- il plejer se jikkompeti fil-kwalifikazzjonijiet tal-kampjonati mondjali tal-PDC ġewwa Spanja. - Novembru 2016: Il- plejer lokali, Norbert Attard, se jikkompeti fil-BDO World Masters u fil-kwalifikazzjonijiet tal-kampjonati mondjali tal-BDO ġewwa r-Renju Unit. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts, xtaqet tirringrazzja lil kull min ta kontribut għall- istaġun 2015/2016, waqt li stiednet lil kull min huwa interessat jingħaqad mal-familja Maltija tad- darts jikkuntattja lill- Public Relations Officer, Andre Zammit, fuq l-indirizz elettroniku: maltadartsassociation@ gmail.com jew fuq il-paġna ta' Facebook, 'Malta darts association'. It-tim ta' Kalkara St Joseph - iċ-Champions Nazzjonali tad-Darts matul l-aħħar staġun għall-akbar ġid tal-isport lokali Williams se jqatta' ġimgħa f 'pajjiżna biex jippromwovi l-programm Auskick kif ukoll iħarreġ kowċis biex SportMalta tkun tista' toffri dan il-programm fix-xitwa li ġejja. Minbarra hekk, huwa ser jkun qed jagħti s-sehem tiegħu fi sports day li ser tkun qed issir fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop u ser ikun qiegħed iżur ukoll l-iskola primarja ta' Marsaxlokk biex jaqsam din l-esperjenza mal- istudenti. Il-Kummissarju Għoli Awstraljana, Jane Lambert spjegat li l-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta dejjem tfittex li ttejjeb ir-relazzjoni tajba li għandhom iż-żewġ pajjiżi u spjegat dak li tixtieq li jintlaħaq permezz ta' dan il-programm. Lambert aċċennat kemm l-isport huwa għodda tajba sabiex itejjeb ir-relazzjonijiet mhux biss bejn l-pajjiżi imma wkoll bejn razez u kulturi differenti. L-isport u l-programm Auskick, kompliet tgħid, ser iservi ta' pjattaforma sabiex kulħadd iħossu ugwali. Min-naħa tiegħu, is- Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius spjega kif Malta dejjem kienet fuq ta' quddiem sabiex tgħin biex kulħadd iħossu parti mis-soċjetà. Wara snin jaħdem fil- volontarjat f 'diversi sferi tas-soċjetà, is-Segretarju Parlamentari spjega li xorta għad hemm nies li ma jintegrawx minħabba diversi raġunijiet fosthom il-qagħda finanzjarja, d-diżabbiltà u r-razza tagħhom. Huwa faħħar l-inizjattivi li jieħdu diversi klabbs sportivi sabiex jinkludu lil kulħadd, madanakollu dawn l-inizjattivi jridu issa jkunu fuq bażi nazzjonali. Huwa spjega kif il-Gvern diġà ilu għexieren ta' snin jaħdem sabiex jgħin lil dawk li sfortunatament ma jlaħħqux mal-ħajja tal- lum. Aguis fiehem kif anke SportMalta qed taħdem sabiex kull ċittadin ikollu opportunitajiet indaqs fejn jidħol sport. Fil-fatt tejbet l-operat, tejbet is-servizz però żammet il-prezzijiet baxxi. Intant, SportMalta flimkien mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta laqqgħu flimkien diversi stakeholders sabiex jiddiskutu t-tema l-Isport bħala pjattaforma għall- inklużjoni soċjali. F'din id-diskussjoni li kienet indirizzata minn Chris Agius u Jane Lambert, ħadu sehem numru ta' kelliema li kollha jirrappreżentaw oqsma differenti tas- socjetà b'rabta diretta jew indiretta mal-kamp sportiv fosthom rappreżentanti mill-Insitute of Physical Education and Sport (IPES), Gozo Sports Board, Direttorat tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, SportMalta, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Isport, il-Kumitat Olimpiku Malti, il-Malta School Sport Federation (MSSF), in-National Commission for the Promotion of Equality (NCPE), The President's Foundation for the Wellbeing of Society u Grant Williams mill- programm Auskick li kien imniedi f 'pajjiżna dan tmiem il-ġimgħa. Id-diskussjoni tmexiet mill-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta is-Sur Mark Cutajar. Issemmew diversi temi ta' kif l-isport għandu jservi ta' pjattaforma biex jindirizza l-inklużjoni soċjali fosthom kif aktar ċittadini, speċjalment dawk li ġejjin minn minoritajiet, ikunu attivi. Kif SportMalta tibqa' toffri sessjonijiet bi prezzijiet ridotti, bl-aħjar kowċis u faċilitajiet. Kif x-xandir għandu jgħin biex jattira ċittadini minn diversi sferi tas-soċjetà u kif l-istess xandir jagħti spazju lil sport differenti u ġeneri differenti fosthom l-isport femminili. Kien diskuss l-isport fl-iskejjel, il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-edukaturi u kif l-attività fiżika tista' tiżdied. L-involviment tal-Kunsilli Lokali kien ukoll imsemmi. Ideat oħra nkludew kif għandu jiġi utilizzat kull spazju li jeżisti kif ukoll il-kollaborazzjoni bejn stakeholders differenti biex flimkien ikomplu ikattru l-kultura sportiva. Din l-attività hija waħda mid-diversi attivitajiet li qegħdin isiru b'rabta maż- żjara ta' Grant Williams, li huwa l-Kap tal-Komunità u l-Iżvilupp Internazzjonali tal-logħba tal-futbol Awstraljan. Huwa jinsab f 'pajjiżna biex jippromwovi l-programm Auskick kif ukoll iħarreġ kowċes biex SportMalta ikun jista' joffri dan il-programm fix-xitwa. Fil-fatt fil-jiem li għaddew, ittella' Sport Carnival fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fejn hawnhekk it-tfal kellhom l-opportunità jiltaqgħu ma' Grant Williams innifsu u jesperjenzaw din il-logħba tant sabiħa. Minbarra hekk huwa se jkun qed jagħti s-sehem tiegħu fi sports day li se tkun qed issir fil-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop u se jkun qiegħed iżur ukoll l-Iskola Primarja ta' Marsaxlokk biex jaqsam din l-esperjenza mal-istudenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016