Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Sports 32 Jintemm staġun ieħor pożittiv għall-Assoċjazzjoni FIX-XAHAR ta Mejju ġie fi tmiemu staġun ieħor pożittiv għall- Assoċjazzjoni Maltija tad-Darts, wara disa' xhur ta' kompetizzjonijiet fuq il-kalendarju tat-timijiet u anke dak fuq bażi individwali. Rendikont tal-avvenimenti, unuri u suċċessi li jissemmew f 'dan l-artiklu huwa maqsum f 'erba' sezzjonijiet: kompetizjonijet tal- klabbs, kompetizzjonijet individwali, l-Open ta' Malta u esperjenzi barra minn xtutna, u l-pjan ta' tliet snin tal- Assoċjazzjoni. Fl-ewwel diviżjoni tal- kampjonati nazzjonali, Kalkara St Joseph ġew inkurunati champions għall-ewwel darba fl- istorja hekk kif għelbu l-isfida iebsa ta' Marsa St. Michaels. Iż-żewġ timijiet kienu inseparabbli matul l-istaġun kollu b'Kalkara jikkonfermaw it-titlu biss żewġ logħbiet mit-tmien tal-kampjonat. Min-naħa ta' isfel tal-klassifika, Ħamrun Education Bar A u Birkirkara Juventus Vero Amore ġew relegati għat- tieni diviżjoni. Għalkemm Marsa St Michaels spiċċaw fit-tieni post, kellhom staġun memorabbli fejn rebħu ż-żewġ tazzi fuq il- kalendarju lokali. Fit-tazza 4-a-side għelbu lil Floriana Ajax 9-8 fil-finali u ġimgħa wara fit-tazza 5-a-side lic- Ċhampions Kalkara 3-2. Mit-tieni diviżjoni, Mosta Horseshoe Bar iddominaw fejn spiċċaw b'erbgħa u sittin punt minn sitta u sittin punt għad-dispożizzjoni u mistennija li fl-istaġun 2016/17 jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat. Jingħaqdu magħhom fl-ewwel diviżjoni, Gudja POs Bar B li spiċċaw fit-tieni post, 11-il punt wara t-tim fil- quċċata u ħames punti fuq Żejtun Beland Bullseye li temmew fit-tielet post. Apparti l-Kampjonati Nazzjonali, numru ta' kompetizzjonijiet mill- kategorija tas-singoli ġew organizzati matul l-istaġun fejn l-erba' unuri prinċipali ntrebħu minn Albert Scerri u Norbert Attard bi tnejn kull wieħed. Albert Scerri spiċċa fil- quċċata tal-klassifika tal- Plejer tas-Sena b'109 punti, segwit minn Andy Keen b'101 punt u Godfrey Abela spiċċa fit-tielet post b'74 punt. Scerri rebaħ ukoll is-Super Cup fejn fil-finali għeleb lil Norbert Attard bl-iskor ta' 2-1. L-unur ta' Champion ta' Malta ntrebaħ minn Norbert Attard għat-tieni darba fil-karriera tiegħu. Dan kien it-tieni unur għalih fl-istaġun fejn aktar kmieni, rebaħ il-kampjonat tad-doppji flimkien ma' ħuh, David Attard. Scerri u Attard ukoll ikkwalifikaw biex jirrappreżentaw lil Malta fil-Kampjonati Ewropej tad-Darts, li se jsiru fl- Olanda f 'Settembru li ġej, b'Gordon Stanmore u l-veteran Vincent Busuttil jiffurmaw il-kumplament tat-tim nazzjonali. L-avveniment prinċipali fuq il-kalendarju tad-darts f 'pajjiżna huwa l-Open ta' Malta fejn l-edizzjoni li għaddiet ipproduċiet logħob ta' livell għoli, bi 348 parteċipant jikkompetu fuq tlett ijiem. Mill-kategorija tas-singoli tal-irġiel, it-Tork Umit Uygunsozlu rebaħ it-titlu fejn fil-finali għeleb liċ-champion tad-dinja tas- sena 2001, John Walton 2-1. Ann-Katharin Wigmann tal-Ġermanja ħarġet rebbieħa fil-kategorija tan-nisa b'rebħa ta' 4-1 fil-finali kontra l-Iżvediża Kristin Bomander. L-aħjar prestazzjoni lokali mill- kategorija tas-singoli kienet dik ta' Norbert Attard fejn ġie eliminat fil-kwarti tal- finali. Fid-doppji, il-par lokali ta' Andy Keen u Gordon Stanmore waslu sal-finali fejn sfaw megħluba 4-2 minn John Walton u John Van de Weerd. Fis-semi- finali Keen u Stanmore għelbu par ieħor lokali, dak ta' Godfrey Abela u Mario Camilleri. F'dan l-istaġun, numru ta' plejers lokali kkompetew fl-Open tal-Italja f 'Bologna b'riżultati pożittivi miżmuma. Il-finali tas- singoli kienet ikkontestata minn żewġ plejers Maltin, fejn Norbert Attard għeleb lil Godfrey Abela u mix- xena tad-doppji, John Agius u Tony Borg waslu sal-finali fejn ġew megħluba 5-3 minn par lokali. F'Jannar, Attard ikkompeta wkoll fl-Open tar-Rumanija u wasal mal- aħħar 16, fejn tilef bl-iskor ta' 4-3 kontra plejer li jinsab fil-104 post fid-dinja, Alan Bell mir-Renju Unit. Fil-bidu tal-istaġun 2015/2016, l-assoċjazzjoni fasslet pjan ta' tliet snin SportMalta tkompli toħloq aktar inizjattivi għall-akbar SPORTMALTA flimkien mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta u The Australian Football League (AFL) ħabbret inizjattiva ġdida li biha se tkompli twessa' l-programmi sportivi tagħha. Auskick huwa programm li oriġina fl-Awstralja fl- 1988 bl-iskop ewlieni jkun li jippromwovi l-futbol Awstraljan kemm mas- subien kif ukoll mal-bniet sa minn età żgħira. Permezz ta' dan il-programm, it-tfal jitgħallmu r-regoli bażiċi ta' dan l-isport kif ukoll iservi ta' opportunità biex il-ġenituri jipprattikaw flimkien ma' uliedhom billi jingħaqdu magħhom f 'xi sessjonijiet. Madanakollu l-iktar ħaġa li tispikka hija li bis-saħħa ta' dan il- programm, tfal minn diversi oqsma tas-soċjetà jersqu qrib xulxin lil hinn mid- differenzi tagħhom. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fil-jiem li għaddew, il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar beda billi aċċenna għar-relazzjoni qawwija li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi u għalhekk kien ta' pjaċir għalih li SportMalta laħaq ftehim mal-Kummissjoni Għolja Awstraljana għal Malta biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien fuq diversi attivitajiet. Fil-fatt Auskick li huwa tant popolari mhux biss fl-Awstralja iżda f 'diversi pajjiżi oħra ser jkun inkluż fis-sessjonijiet ta' #OnTheMove SkolaSport minn Ottubru li ġej. Dan kollu qed isir fl- isfond taż-żjara ta' Grant Williams, li huwa l-Kap tal-Komunità u l-iżvilupp Internazzjonali tal-logħba tal-Futbol Awstraljan. Grant Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem waqt il-programm 'AusKick' imtella' minn SportMalta Ritratt : DOI - Kevin Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016