Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 10 'Irridu naqdu lil min lil dawk li m'għandhomx Elezzjoni Deputat Mexxej PL L -uniku kandidat mit-tlieta li qed jikkontestaw il-kariga ta' deputat mexxej għall-affarijiet tal- Partit li mhux fil- Kabinett hu l-avukat Stefan Zrinzo Azzopardi. Persuna li għal 10 snin kien ukoll il-president tal-Partit Laburista u kkontesta l-elezzjoni ġenerali f 'żewġ okkażżjonijiet. Lanqas laħaq poġġa bilqiegħda fl-uffiċċini tagħna li ma stasejtux il-mistoqsija 'ovvja' dwar għaliex jaħseb li d-delegati għandhom jivvutaw lilu bħala deputat mexxej u mhux lit-tnejn l-oħra. "Inġorr esperjenza ta' ħidma twila fil-Partit Laburista, u naħseb li dik l-esperjenza tista' tkun ta' għajnuna kbira biex inservi bħala deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit. Fil-partit ħdimt fuq saffi differenti. Bdejt il-ħidma tiegħi fuq il-livell lokali, doqt ukoll kif jaħsbuha n-nies meta kont ukoll kandidat u eventwalment għamilt 10 snin bħala president tal-Partit fejn esperjenzajt ir-rebħa kbira li kellna fl-2013. Għixt ukoll iż-żmien meta Joseph Muscat inħatar mexxej tal-Partit u rajt u esperjenzajt ukoll d-diffikultajiet u l-iebes ta' partit għal snin twal fl-oppożizzjoni. U dawn l-esperjenzi li lili tawni formazzjoni importanti ħafna fil-ħidma tiegħi politika nemmen li jistgħu jkunu ta' għajnuna kbira biex inkomplu nibnu fuq dak li sar matul is-snin. U fl-istess ħin nagħtu s-saħħa u l-enerġija ġdida lill-Partit Laburista." Madwar xahrejn ilu kien hemm l-istess elezzjoni għall-istess kariga, u Stefan ma kienx ikkontesta l-kariga, bl-uniku kandidat kien il-ministru Konrad Mizzi. Dan ifisser li Stefan dawwar ħsiebu fi żmien xahrejn? "L-evalwazzjoni li għamilt biex nikkontesta kienet meta Konrad Mizzi ħabbar li rriżenja mill-kariga. Persuna dejjem tqis li tieħu d-deċiżjonijiet tagħha skont iċ-ċirkostanzi ta' quddiemha. Anke l-aktar darba li kont avviċinat biex nikkontesta kienet meta kien hemm ir-riżenja ta' Konrad wara d-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru u kien hemm, li ħassejtni komdu li nikkontesta." 'Nista' nagħti iktar enerġija u niffoka fuq ix-xogħol tal-Partit' Il-'cavallo di battaglia' tiegħu u tad-delegati li qed jaħdmu biex jaraw lilu fil-kariga hi għax hu mhux ministru tal-Gvern u għalhekk ikollu aktar ħin għalihom. "Il-konsiderazzjoni li nikkontesta twieldet mill-fatt li rajt li kien hemm bżonn element differenti f 'din it-tellieqa bejn tlett iħbieb. Element li jfisser li m'iniex qed nerfa' r-responsabilitajiet kbar li qed jerfgħu l-ħbieb tiegħi Owen u Chris, u ħassejt li jien stajt nagħti enerġija u niffoka aktar fuq ix- xogħol tal-Partit. Konvint mix- xogħol kbir li qed jagħmel il-Gvern immexxi minn Muscat, xogħol li jista' jsir minħabba l-ħila tiegħu bħala mexxej flimkien mal-fatt li madwaru għandu tim ta' ministri li qed jagħmlu xogħol tajjeb u li qed imexxu l-Gvern u lil pajjiżna 'l-quddiem. Min-naħa l-oħra, jien nara sitwazzjoni fejn il-Partit Laburista bħala partit irid jagħmel xogħol politiku li jieħdu lil hinn mix-xogħol tal-Gvern u dan hu element li għandna bżonn insaħħu iżjed. Tajjeb li ngħidu li meta se mmorru għall-elezzjoni ġenerali, se mmorru bħala partit u t-tħejjijiet li jridu jsiru għall-elezzjoni li jmiss apparti mill-istorja ta' suċċess li qed jikteb dan il-Gvern, irid ikun hemm partit organizzat u mħejji fi żmien fejn il-Gvern għaddej b'ritmu qawwi ta' xogħol. U jien nista' nkun dik l-għajnuna u spalla għal Joseph Muscat biex il-partit inħejjuh kemm għall-elezzjoni ġenerali kif ukoll biex nerġgħu noħolqu l-opportunità li jkun il-benniena ta' ideat ġodda għal ġejjieni tal-Partit Laburista. "Naħseb li kulħadd ikollu l-elementi li jista' juża bl-aħjar mod possibbli. Il-Partit irid ikun ħajt ta' kenn għan-nies. Fis-sens li meta jaraw li dak li għandhom jedd għalih, mhux qed jeħduh, iridu jħossu li hemm partit bi strutturi li jkunu forma ta' għassies tal-Gvern biex naraw għaliex ċertu affarijiet mhux iseħħu. Nemmen iżda li jrid ikun hemm sinerġija bejn il-Gvern u l-Partit għax wara kollox, il- mexxej tal-Partit hu l-istess Prim Ministru. Illum hemm Joseph Muscat imexxi lil Malta iżda kien il-Partit li beda din it-triq. Jien qed ngħid li x-xogħol li rridu nagħmlu bħala partit għandu jmur lil hinn mix-xogħol tal-gvern iżda nerġa' ntenni li fl-istess waqt, għandu jkun għassies jew ħajt ta' wens għal-Laburisti. Jien nista' nkun dik il-vuċi li tara li tmexxi l-istrutturi tal-partit 'il quddiem." Stefan Zrinzo Azzopardi qal ukoll li hi ħaġa naturali, anke jekk inkwetanti li meta partit jitla' fil-Gvern, l-attenzjoni tispiċċa fuq ix-xogħol tal-gvern. "Nista' nqabbel dak li kien jiġri qabel id-9 ta' Marzu 2013 u dak li ġara wara li Muscat sar Prim Ministru ta' Malta. Mill-esperjenza tiegħi ta' 10 snin president, il-kwartieri kein dejjem post ħaj, u Joseph Muscat kien ikun il-kwartieri kuljum għax kien mexxej ta' partit u kien jaħdem biss fuq ix-xogħol ta' partit. Meta sar Prim Ministru, il-prijorità tiegħu saret u għadha t-tmexxija tal-pajjiż, bil-konsegwenza li l-attenzjoni fuq il-partit tiġi allinjata mar- responsabilitajiet il-ġodda. Konsegwenza ta' dan, ir-ritmu tax- xogħol tal-partit naqas." 'Bil-kwartieri 'vojta' rbaħna żewġ elezzjonijiet' Tlabna wkoll lil Stefan Zrinzo Azzopardi jgħaddi l-kummenti tiegħu dwar dak li ġie rappurtat fuq din il-gazzetta li l-kwartieri spiċċaw vojta u bla ħajja. "Mhux ġust għal kollox li jingħad hekk b'rispett għall-ħaddiema li hemm fil-kwartieri. Wieħed ma jridx jinsa x'għamlu l-ħaddiema tal-kwartieri, anke meta ninsabu fil-Gvern. Ma ninsewx li bix-xogħol tagħhom intrebħet l-elezzjoni tal-MEPs bil-kbir u anke l-elezzjonijiet tal- kunsilli lokali, anke jekk f 'dawn kien hemm xi ċaqliq li rridu nieħdu nota tiegħu. "Però, xorta nemmen li l-kwartieri rridu mmexxuhom 'il quddiem billi nagħmluhom ċentru ta' attività. Flimkien mal-għeruq tagħna, delegati u attivisti nibdew nagħmlu laqgħat u nagħtu ħajja ġdida lill- Partit Laburista li konvint li se jkun imħejji kif jistħoqqlu għall- elezzjoni ġenerali li jmiss." Ta' min isemmi wkoll li Stefan Zrinzo Azzopardi ma kienx delegat meta saret il-mozzjoni biex membru parlamentari jkun jista' jikkontesta l-kariga ta' deputat mexxej. "Personalment inħoss li jekk niġi magħżul mid-delegati, il-prijorità prinċipali tiegħi se tkun ħidma tal-partit." Dwar x'tip ta' ħidma għandu jagħmel il-partit, Stefan qal li wieħed irid jara wkoll kif jiżvolġu l-affarijiet u x'tip ta' ħidma se jkun hemm bżonn biex il-kariga ta' deputat mexxej tkun qiegħda timtela' b'mod assolut. "Dan ma jfissirx li skont l-emenda li saret, il-persuni li qed jikkontestaw m'għandhomx dawn il-kwalitajiet, iżda dwar il- kwistjoni tal-prijorità tax-xogħol u r-responsabiltajiet. Naħseb li persuna li m'għandux ix-xogħol ta' ministru, għandu l-vantaġġ li jagħti prijorità lix-xogħol tal-partit b'mod aktar liberu minn min ikun qed jerfa' ċertu responsabbilitajiet. Għalhekk jien għamilt din l-għażla li npoġġi ismi fuq il-lista." 'Ikun hemm min jagħmel talbiet li ma jistgħux jintlaqgħu' Fuq il-mezzi tax-xandir, taqra li ħafna partitarji Laburisti qed igergru li ma ġewx moqdija jew li ma saritx ġustizzja magħhom kif kienu mwegħdin. Fid-deputat mexxej qed jaraw il-persuna li jressaq l-ilmenti tagħhom u jgħin li ssir ġustizzja magħhom. "Nifhem u nemmen li wieħed irid jara li kull każ fih l-istorja tiegħu. Jien jinkwetawni l-'isweeping statements'. Jien inħares lejn il- pubbliku in ġenerali li għandu d-dinjità tiegħu u li għandu jingħata widen biex wieħed jifhem minn xiex ikun għaddej. Hemm John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Min m'għandux ix- xogħol ta' ministru hu aktar liberu li jpoġġi x-xogħol tal- Partit bħala prijorità " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016