Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

IMLAQQAM bħala Lucianone, Luciano Moggi huwa wieħed mill-iżjed bnedmin kontroversjali fl-istorja tal-futbol. L-istorja tiegħu hija waħda paradossali hekk kif bħala diriġent, dejjem ħalla mpatt tajjeb mat-timijiet li kien jaħdem magħhom, kemm impatt barra l-grawnd u kemm fil-grawnd permezz tar-riżultati, u baqa' dejjem protagonist sas- sena 2006, iżda din id-darba kien seraq l-ewwel paġni tal-gazzetti b'mod ħażin għall-aħħar, permezz tal-iskandlu ta' Calciopoli, li kien ixxokkja kemm lill-futbol Taljan iżda anke dak Ewropew. Madankollu, mat-tim ta' Juventus huwa laħaq il-qofol tiegħu fejn flimkien ma' Antonio Giraudo u Roberto Bettega, magħrufin bħala t-'Triade', tefgħu lis-soċjetà Juventina fil-quċċata tal-futbol mondjali, hekk kif rebħu kull tazza possibli, inkluża anke t-Tazza Interkontinentali fl- 1996. Huwa ngħaqad ma' Juventus fl-1994, fejn kien rebaħ kwalunkwe kompetizzjoni li kien fiha. Matul is-snin li għamel mas-soċjetà minn Turin, huwa għen lil Juventus iqumu fuq tagħhom, mhux biss fil- grawnd iżda anke barra l-grawnd, speċjalment fil-lat ekonomiku. Kien hu l-moħħ wara t-trasferimenti ta' Zinedine Zidane, kemm meta ġie mingħand Bordeaux u kemm meta telaq għal cifra impressjonanti biex mar ma' Real Madrid. Ta' min isemmi, li wara li telaq Zidane, huwa kien kapaċi jżomm lit-tim kompetittiv billi jakkwista plejers ta' potenzjal li fil-futur komplew jiktbu l-istorja tal-istess klabb, fosthom Gianluigi Buffon, Lilian Thuram u Gianluca Zambrotta. Dam 12-il sena jokkupa dik il-kariga, sas- sajf tal-2006 fejn imbagħad kien żbroffa l-każ ta' Calciopoli. F'dan il-każ, is-sentenza li nqatgħet, rat lil Juventus jiġu mneħħija minn żewġ kampjonati, dak tal-2004/2005 u anke dak tal-2005/2006 filwaqt li ġew relegati għall-kampjonat tas-Serie B, fejn kellhom saħansitra jibdew b'ammont ta' punti mnaqqsa. Minkejja dan kollu, ma jkunx ġust jekk ma nsemmux lil Moggi fil-pożittiv wkoll. Bħala plejer ma kellux xi karriera ta' barra minn hawn, infatti meta ra li ma kienx raġjonevoli li jibqa' jilgħab mingħajr ma jitħallas, huwa ra futur fis-settur tal-iscouting. Beda mat-tim ta' Juventus fis-snin 70, fejn beda b'ħidma kontinwa sabiex iġib l-aqwa talenti ġewwa Turin. Fost il-plejers li rnexxielu jġib, insemmu lil Paolo Rossi, Claudio Gentile u Gaetano Scirea. Kollha ismijiet li kitbu kapitli importanti fl-istorja ta' dan il-klabb. Wara din l-esperjenza, huwa ngħaqad mat-tim ta' Roma wara battibekk ma' Giampiero Boniperti. Ma' Roma baqa' jagħmel xogħol siewi fejn żamm lit-tim tal-kapitali fl-ogħla livelli tal-futbol Taljan. It-tappa ta' warajha, kienet ftit kilometri biss 'il bogħod, hekk kif huwa kien mar ma' Lazio. Hawnhekk iżda, ma kellux esperjenza feliċi hekk kif huma kienu qegħdin fis- Serie B, filwaqt li kellhom ħafna problemi finanzjarji, biex b'hekk ma setgħux isaħħu l-iskwadra. Il-kapitli ta' Torino u Napoli, kienu kapitli ta' xogħol importanti wkoll. Mar-rivali ta' Juventus, huwa kellu żewġ esperjenzi, fejn fl-ewwel waħda kien kemxejn deludenti fejn ġieli m'għamilx akkwisti tajbin jew inkella ma rnexxielux jagħlaq xi trattattivi. Min-naħa l-oħra, fit-tieni esperjenza, huwa kien ħalla impatt ikbar hekk kif Torino kienu tim iżjed kompetittiv, fejn waslu t-tieni fil-Kampjonat Taljan wara Hellas Verona, rebħu l-Coppa Italia u saħansitra telgħu fil-finali tat-Tazza UEFA. F'nofs dawn iż-żewġ avventuri, Moggi kien mat-tim ta' Napoli ta' Diego Armando Maradona. Miegħu wasal it-talent Brażiljan ta' Careca, fejn flimkien ma' plejers bħal Bruno Giordano u Diego Armando Maradona, rebħu t-Tazza UEFA tal-1989 u fl-istaġun suċċessiv, ittrijonfaw kemm fis-Serie A kif ukoll fis-Supercoppa Italiana. Intant, bħala President Onorarju tal-Juventus Club DOC Vero Amore, Luciano Moggi, kien f 'Malta bejn it-13 u l-15 ta' Mejju li għadda, fuq stedina tal-istess klabb immexxi mill-President Joseph Fenech, fejn kien akkumpanjat minn membri tal-familja tiegħu kif ukoll mill- eksplejer leġġendarju Franċiż ta' Juventus u tat-tim nazzjonali Franċiż, David Trezeguet. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Meta kont żgħir, kien beda jogħġobni l-futbol iżda mal-ewwel indunajt li xogħli kien se jkun illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Cristian Antony Muscat Luciano Moggi - eksdiriġent tal-futbol, fejn fost l-oħrajn kien ma' Roma, Lazio, Napoli, Torino u Juventus. Kien il-bniedem li ġab lil Careca u Maradona mat-tim ta' Napoli, kif ukoll lil Ibrahimovic, Zidane u Nedved ma' Juventus. Il-qofol tiegħu kien mat-tim ta' Juventus, fejn kien jaħdem mal-famuża 'Triade' komposta minnu, Antonio Giraudo u Roberto Bettega, fejn bena tim kompetittiv speċjalment lejn l-aħħar tas-snin 90 u l-bidu tal-2000. 'Min jgħid li jien ħalliel u korrott Sports 34 ''Jien bqajt dejjem niġġieled għall- innoċenza tiegħi u nfatti, mal-medda tas-snin beda tiela' ż-żejt f 'wiċċ l-ilma'' "Ma' Juventus irbaħna kollox flimkien, saħansitra anke t-Tazza Interkontinentali'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016