Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

minn Albert Gauci Cunningham NUMRU ta' sidien ta' ħwienet tal-ħwejjeġ żgħar madwar il- pajjiż qed jirraportaw negozju batut ħafna fl-ewwel erba' xhur tas-sena, minn Jannar sa April, b'sid partikolari ta' ħanut f 'Ħaż Żabbar li ilu miftuħ iktar minn 15-il sena tgħid lill-ILLUM kif bħalissa qed tirreġistra dħul ta' bejn €2,000 u €3,000 inqas fix-xahar. Raġel li jbiegħ bl-imnut spjega mal-ILLUM kif in-negozjant iż-żgħir qed jitkisser. "Ftit żmien ilu, speċjalment qabel Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea (UE), konna madwar 100 persuna li konna naħdmu fil-qasam tal-wholesale, illum ngħoddu ftit iktar minn 10 biss." Huwa spjega li n-negozjant iż- żgħir u dawk il-ftit li għadhom jaqilgħu l-għixien tagħhom mill- bejgħ bl-imnut fil-qasam tal- ħwejjeġ, kulma qed jistennew huwa permess wieħed ieħor għal department store, "biex inkunu nistgħu nroddu salib u nkunu għidna li fl-aħħar tkissirna b'mod komplet." Fil-fatt, minn diversi sidien ta' ħwienet madwar il-pajjiż li tkellmet magħhom din il-gazzetta, jirriżulta li l-akbar sfida għal dawk is-sidien li jbigħu prodotti bi prezz baxx jew medju hija l-kompetizzjoni qawwija minn katini ta' ħwienet kbar. Fil-fatt, minn kuntatt li għamlet l-ILLUM ma' ħames sidien ta' ħwienet żgħar minn lokalitajiet differenti u mal-istess persuna li tbigħ bl-imnut jidher li l-akbar daqqa li ħadu kien proprju fis-settur tal-ħwejjeġ tat-tfal. L-istess persuna bil-ħanut f 'Ħaż Żabbar, filwaqt li rrikonoxxiet li l-kompetizzjoni hija inevitabbli, sostniet li x-xogħol "minn Jannar lil hawn ħa daqqa 'l isfel sew. Qed nirreġistra tnaqqis fid-dħul tiegħi ta' bejn €2,000 u €3,000 fix-xahar u għall-ewwel darba f '15-il sena qiegħda niekol minn ġewwa." Mistoqsija x'taħseb li huma l-aktar fatturi li qed jaffetwaw in-nuqqas ta' xogħol, hija sostniet li hija taħlita ta' bosta fatturi. "L-aktar li qed taffetwa hija l-kompetizzjoni qawwija minn ħwienet kbar li jixtru bil-bulk, il-bejgħ onlajn kif ukoll iż-żieda ta' persuni li qed jużaw il-midja soċjali biex ibigħu prodotti partikolari, anke jekk ma jkollhomx il-permessi neċessarji biex jagħmlu dan." Sid ta' ħanut tal-familja fil- Mellieħa kienet aktar pożittiva, għalkemm sostniet li fejn jidħol xogħol tat-tfal "konna affetwati sew." Hija qalet li l-ftuħ ta' katini ta' ħwienet kbar taffetwa l-aktar fil-bidu, "meta jkun hemm interess aktar qawwi biex in-nies iżuru l-post. Imma mbagħad jidher li l-affarijiet jerġgħu jiġu għan-normal." Hija ammettiet li l-kompetizzjoni dejjem tikber qed tħalli effett fuq il-bejgħ. "Il- konsumatur għandu dritt li jixtri minn fejn irid naturalment, imma kompetizzjoni minn ħwienet kbar qed taffetwana sew. Ilbieraħ persuna qaltli li marret f 'ħanut ġdid kbir li għadu kemm fetaħ mhux 'il bogħod mill-Mellieħa u nefqet €300 u xtrat il-ħwejjeġ kollha tas-sajf. Dan ifisser li qed jaffetwa, għax qed nitlef il- klijenti wkoll." Sid ta' ħanut fit-triq prinċipali tal-Mosta iżda kellha esperjenza ta' negozju differenti u filwaqt li sostniet li s-sentiment ġenerali fost il-komunità tan-negozji fil- Mosta hija li l-bejgħ naqas, "dak li nġib jien ma jinstabx online allura baqa' jkolli rispons tajjeb. Naturalment iżda l-prezzijiet tiegħi huma naqra fuq l-iskala għolja u għalhekk, nista' nifhem lil min qed jgħid li jbigħ prodotti fuq skala ta' prezzijiet inqas u li għaddej minn żmien diffiċli." Il-persuna li tbigħ bl-imnut spjega kif sidien ta' negozji żgħar qed isibuha "kważi impossibbli li jlaħħqu ma' katini kbar. Nista' ngħidlek li kelli erba' ħwienet il-Mellieħa qed jinqatlu bħalissa." Huwa żied jgħid iżda li dan mhux riflessjoni ta' azzjoni partikolari jew diretta mill-awtoritajiet, iżda minħabba l-bidliet prattikament inevitabbli tal-mod kif in-nies saru jixtru u tal-fatt li llum is-suq huwa kompletament liberalizzat. "Tifhimnix ħażin, il-Gvern ftit li xejn jista' jagħmel imma jien ħobżi dan hu u ilna hekk snin issa. Ma naħsibx li għad fadalli iktar minn ħames snin ħajja f 'dan ix-xogħol jekk se nibqgħu sejrin hekk." Huwa qabel mas- sid tal-ħanut f 'Ħaż Żabbar u spjega kif filwaqt li Diċembru u l-Milied kien wieħed tajjeb, "minn Jannar 'l hawn esperjenzajna tnaqqis sostanzjali fil-bejgħ." Sid ta' ħanut f 'Birkirkara qalet li apparti f 'dak li jirrigwarda prodotti tat-tfal, f 'dak li jirrigwarda ħwejjeġ tal-adulti "ma ntlaqatx daqshekk ħażin għax naħseb li l-adulti jħarsu aktar lejn il-kwalità u durabbiltà. Fejn jidħlu ħwejjeġ tat-tfal dak li jkun jirraġuna li ladarba wieħed se jużahom għal ftit żmien biss, probabbilment sena, allura jista' jmur għall-kwalità ftit iktar inferjuri u prezz irħas." Sid ta' ħanut li tbigħ il-ħwejjeġ f 'Ħal Qormi qablet u qalet li qed taħdem biex tipprova tfendi ftit mill-kompetizzjoni ħarxa, f 'dak li jirrigwarda ħwejjeġ tal-adulti. Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum 'Jew se jiddeċiedu li jmutu jew se jilqgħu għall-isfidi' Meta kkuntattjata mill- gazzetta ILLUM Abigail Psaila Mamo mill-GRTU kkonfermat li għall-aħħar snin, il-union ilha tirċievi rispons negattiv min-negozji bħal dawk li jissemmew f 'dan l-artiklu li qed iħabbtu wiċċhom ma' żmien diffiċli. "Iva nikkonferma," qalet Psaila Mamo "li qed ikollna rispons negattiv minn ħwienet żgħar li jbigħu l-ħwejjeġ, l-aktar minħabba kompetizzjoni qawwija. Minkejja dan, il-GRTU għadha temmen fis-sħiħ f 'dawn it-tip ta' negozji u qed nippruvaw ngħinu lil dawn is-sidien u familji sabiex ikunu jistgħu jilqgħu għall- isfidi." Psaila Mamo żvelat kif bi qbil mal-Gvern, mistennija toħroġ skema li tgħin lil dawn in-negozji jibdew jagħmlu l-qalba għall-bejgħ online. "L-iskema se tkun tkopri għotja ta' madwar nofs l-ispejjeż li jkollu negozjant biex jagħmel din il-qalba, bil- premessa li s-sit ikun wieħed li mhux biss juri l-prodotti imma li joffri wkoll il-faċilità li wieħed jixtri l-prodotti direttament online." Psaila Mamo irrikonoxxiet li l-isfida se tkun diffiċli għal ħafna negozji "se tkun xi ftit ta' mediċina qarsa vera, imma kif miexi s-suq dawn is-sidien iridu jiddeċiedu. Jew se jiddeċiedu li jmutu jew inkella li jilqgħu u jqumu għall- isfida." Għall-mistoqsija tal-ILLUM ir- rappreżentanta tal-GRTU qalet li iktar milli offrew reżistenza għall- bidliet, ħafna sidien damu biex jirrealizzaw li l-bidliet li qed iseħħu bħalissa mhux tiġġildilhom trid, imma dawwarhom fi sfidi. Abigail Psaila Mamo spjegat kif l-esperjenza tal- konsumatur illum inbidlet u għalhekk jeħtieġ li kulħadd jimxi 'l quddiem ma' dawn il-bidliet. Hija wegħdet li l-GRTU se tkompli taħdem biex ikomplu jkunu kkreati skemi li jgħinu lil negozjanti żgħar, speċjalment fis-settur tal-ħwejjeġ." 'Iż-żgħir qed jitkisser u s-sitwazzjoni tagħna hija tal-biki' L-għażliet tal-konsumatur inbidlu u magħhom inbidlu t-tendenzi tax-xiri Negozji żgħar tal-ħwejjeġ jitkellmu mal-ILLUM dwar negozju batut fl-ewwel ħames xhur tas-sena u kompetizzjoni ħarxa minn katini ta' ħwienet kbar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016