Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

ILBIERAĦ is-sewwieq ta' Red Bull, Daniel Ricciardo, kiteb paġna importanti fil-karriera tiegħu meta rebaħ l-ewwel pole-position tiegħu fiċ-ċirkwit meqjus bħala wieħed ferm diffiċli ta' Monaco. Huwa kiseb ħin ferm rimarkabbli ta' 1:13:622 fejn temm qabel iż-żewġ sewwieqa ta' Mercedes, Nico Rosberg u Lewis Hamilton li t-tnejn li huma kisbu ħin ta' ftit inqas minn sekonda minn dak miksub minn Ricciardo. Sebastian Vettel temm fir-raba' post waqt li Nico Hulkenberg u Kimi Raikkonen temmew fil-ħames u fis-sitt post rispettivament. Intant, spunt mill-aħħar tellieqa fejn kien is-sewwieq żagħżugħ Olandiż ta' 18-il sena, Max Vertsappen li ħareġ rebbieħ, ilbieraħ dan l-istess sewwieq iddiżappunta bil-kbir meta kien involut f 'inċident sfortunat li kawża tiegħu spiċċa biex kraxxja ġol-ħajt u għalhekk illum se jkun qed jibda biss mill-aħħar post tal-gradwatorja. M'hemmx dubju li l-fatt li Daniel Ricciardo se jkun qed jibda mill-ewwel post, se jgħinu bis-sħiħ biex jikseb riżultat ferm tajjeb, kuntrarju għall-aħħar tellieqa, fejn huwa temm fir- raba' post. Dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew illum is-sewwieqa kollha tal-Formula 1 fiċ- ċirkwit ta' Monaco: Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Sports 29 Sewwieq Tim Q1 Q2 Q3 Laps 1. D. Ricciardo Red Bull 01:14.912 01:14.357 01:13.622 21 2. N. Rosberg Mercedes 01:14.873 01:14.043 01:13.791 24 3. L. Hamilton Mercedes 01:14.826 01:14.056 01:13.942 21 4. S. Vettel Ferrari 01:14.610 01:14.318 01:14.552 23 5. N. Hulkenberg Force India 01:15.333 01:14.989 01:14.726 25 6. K. Raikkonen Ferrari 01:15.499 01:14.789 01:14.732 25 7. C. Sainz Jr. Toro Rosso 01:15.467 01:14.805 01:14.749 23 8. S. Perez Force India 01:15.328 01:14.937 01:14.902 28 9. D. Kvyat Toro Rosso 01:15.384 01:14.794 01:15.273 23 10. F. Alonso McLaren 01:15.504 01:15.107 01:15.363 26 11. V. Bottas Williams 01:15.521 01:15.273 15 12. E. Gutiérrez Haas 01:15.592 01:15.293 22 13. J. Button McLaren 01:15.554 01:15.352 15 14. F. Massa Williams 01:15.710 01:15.385 19 15. R. Grosjean Haas 01:15.465 01:15.571 22 16. K. Magnussen Renault 01:16.253 01:16.058 22 17. M. Ericsson Sauber 01:16.299 12 18. J. Palmer Renault 01:16.586 12 19. R. Haryanto Manor 01:17.295 12 20. P. Wehrlein Manor 01:17.452 12 21. M. Verstappen Red Bull 01:22.467 3 22. F. Nasr Sauber 1 Ikompli d-dominju assolut ta' Sarah Chouhal fil-Kategoriji Cadets u Youths tal-Atletika NHAR is-Sibt u l-Ħadd 21 u 22 ta' Mejju, ġew konklużi l-Kampjonati Nazzjonali tal-atletika fil-Kategoriji Cadets u Youths. Dawn il-Kampjonati kienu suċċess kbir għal dawn iż-żgħażagħ tal-futur. Fost dawn l-atleti kien hemm Sarah Chouhal ta' AS Libertas li tattendi wkoll l-Iskola Nazzjonali tal- Isport fejn kisbet sitt midalji minn seba' dixxiiplini li ħadet sehem fihom u għamlet żewġ rekords ta' dawn il-Kampjonati fid-diskus u l-hammer throw. Dawn il-medalji kienu tlieta deheb, tnejn fidda u bronż. Dan l-istaġun beda fuq nota tajba ħafna għal Sarah. Dan għaliex it-taħriġ li seħħ qabel il-bidu tal-istaġun kien wieħed ferm pożittiv u issa beda jħalli l-frott tiegħu. Sarah kisbet il- midalja tad-deheb fil-hammer throw u għamlet rekord tal- kampjonati b'xejn inqas minn 24 metru. Ta' minn jgħid li din is-sena, Sarah kisret ir-rekord nazzjonali f 'din d-dixxiplina erba' darbiet. Dan huwa progress tassew rimarkabbli għal Sarah li għad għandha biss 13-il sena. Hi żiedet ir-rekord nazzjonali bi kważi 13-il metru mill-bidu tal- istagun s'issa. It-tieni medalja tad-deheb għal Sarah kienet fid-diskus, fejn hawnhekk Sarah wkoll kisret rekord tal-kampjonati li kien ilu mwaqqaf erba' snin u li kien ta' Catriona Cuschieri. Hi kienet biss 25 ċentimetru 'il bogħod mir-rekord nazzjonali għal din id-dixxiplina u għalhekk il-prospetti huma sbieħ li sal- aħħar tal-istaġun tikseb ukoll dan ir-rekord. It-tielet midalja tad-deheb għal Sarah ġiet f 'dixxiplina tat-tfigħ ukoll, fejn hija rebħet ix-shot put b'tefgħa li kienet 'personal best' ta' iktar minn metru u nofs. Ir-raba' medalja għal Sarah li din id- darba kienet tal-fidda, kienet fil-javelin. F'din id-dixxiplina fil-kampjonati ma kellhiex tefgħa tajba daqs is-soltu għalkemm f 'dan l-istagun hija kienet darbtejn qrib li tikser ir-rekord nazzjonali fil- kampjonati, iżda ma rnexxiliex tagħmel tefgħa tajba, u għalhekk kellha tikkuntenta bit-tieni post. Dan juri biċ-ċar li Sarah għandha potenzjal kbir f 'dawn id-dixxiplini. Apparti li Sarah Chouhal tibbrilla fit-throws, hija qiegħda wkoll mal-ewwel atleti f 'avvenimenti oħra tal-atletika, fosthom ġiri u qbiż. Ftit issib atleti li jkunu tajbin ħafna overall u Sarah hija waħda minnhom. Il-ħames midalja li kienet midalja tal-fidda għal Sarah, waslet fis-600 metru. Għalkemm din mhix id-dixxiplina favorita tagħha, hija spiċċat fit-tieni post f 'ħin tajjeb ħafna. Is-sitt midalja tagħha waslet fil-long jump, fejn din id-darba hija kisbet medalja tal-bronż b'qabża rekord personali wkoll u tliet ċentimetri biss bogħod mill- midalja tal-fidda. Ta' min jgħid li Sarah wkoll ħadet sehem fil-100m fejn spiċċat fir-raba' post bi kważi nofs sekonda għall-'personal best'. Dan kollu juri biċ-ċar li żgur li din mhux se tkun l-aħħar darba li se nisimgħu dwar din l-atleta żagħżugħa li qed turi progress konsiderevoli kif ukoll attitudni tajba lejn l-atletika. Hija żgur tieħu eżempju u tkompli fuq il passi tal-ġenituri tagħha, Rachid u Antonella Chouhal, atleti nazzjonali li żgur li m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni fix-xena lokali tal-atletika. Antonella min- naħa tagħha hija l-kowċ ta' Sarah fit-throws, waqt li Rachid jikkowċjaha fid- dixxiplini l-oħra tal-atletika. Matul din is-sena, apparti Malta, hija diġà kkompetiet fil- London Indoor Games, fejn għalkemm kienet fil- kategorija U15, hi spiċċat fis-sitt post overall fit-800 metru. Dan ir-riżultat kien wieħed tajjeb ħafna meta tqis li din kienet qed tikkompeti ma' kompetituri li kienu sa tliet snin ikbar minnha. Din is- sena rebħet ukoll l-endurance league li huwa organizzat mil-MAAA. Hija ukoll ħadet sehem f 'indoor games oħra f 'Manchester fl-Ingilterra, fejn tejbet il-ħinijiet tagħha indoor sostanzjalment. Hija wkoll ġiet magħżula għall-iskema Youth Olympic Scheme li hija mogħtija mill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Meta staqsejnieha x'inhi l-ikbar xewqa tagħha, hi qaltilna li hi dik li tilħaq livell għoli fl-atletika, u ovvjament tirrapreżenta lil pajjiżna f 'diversi kompetizzjonijiet importanti barra minn Malta, fosthom l-Olimpjadi, iżda l-ikbar xewqa tagħha hi li tilħaq livell mondjali fil- 'hammer throw'. Hija tixtieq tirringrazzja lill-kowċis u lill-ġenituri tagħha, Rachid u Antonella Chouhal, lill-kowċis tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport, il-MOC u l-MAAA u lil dawk kollha li jsostnuha b'xi mod jew ieħor. Sarah tidher li għandha prospetti sbieħ għall-futur sportiv tagħha, u żgur li mhux se tkun l-aħħar darba li se nisimgħu bis-suċċessi tagħha. Sarah Chouhal fl-azzjoni Ritratt : Wally Galea Daniel Ricciardo waqt il-kwalifiki ta' lbieraħ f 'Monaco Daniel Ricciardo jirbaħ l-ewwel pole position tal-karriera tiegħu f 'Monaco

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016