Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum nies ikollna sfreġju kbir ' dawn it-tip ta' proġetti jiddependu strettament fuq sistema ta' trasport effiċjenti, infrastruttura adekwata, l-abbiltà li t-twaqqigħ isir b'mod sigur, livell għoli ta' manutenzjoni, u fuq kollox domanda reali għal din it-tip ta' proprjetà. Dawn kollha, kompliet tgħid Vella, huma sitwazzjonijietu attitudnijiet li preżentamet ma jeżistux f 'pajjiżna. 'Tas-Sliema ma tiflaħx għal dan l-iżvilupp kollu' Tal-istess fehma kien is- sindku tal-lokalità ta' Tas- Sliema, Anthony Chircop li sostna li l-lokalità ma tiflaħx għal dan l-iżvilupp kollu, partikolarment meta jsir fl-istess żmien. Is-sindku Slimiż qal kif f 'binjiet għolja diġà preżenti fil-lokal, diġà innutaw impatt fuq l-infrastruttura ta' servizzi pubbliċi li huma responsabbli għalihom il-Kunsill Lokali. "Fosthom naraw l-impatt negattiv fuq bankini u toroq li żgur ma jifilħux għall-impatt kostanti ta' trakkijiet tal- kostruzzjoni. Dawn it-toroq dojoq f 'Tas-Sliema, qatt ma kienu maħsuba għal dan l-influss qawwi ta' trakkijiet tal-kostruzzjoni. It-toroq Slimiżi kienu minn dejjem pjanati għal binjiet baxxi, biex jippermettu d-dawl naturali fit-toroq tagħna." Semma wkoll il- problema tal-ilma u d-drenaġġ li ta' sikwit ma jlaħħqux mad-domanda li titpoġġa fuqhom, minħabba ż-żieda eżorbitanti ta' appartamenti f 'Tas-Sliema. Chircop semma wkoll l-inkonvenjent li qed ikollhom jaffaċjaw ir- residenti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom hekk kif, "il- kostruzzjoni kostanti ta' dawn il-binjiet għoljin qiegħda tħalli effett negattiv fuq il- kwalità ta' ħajja minħabba storbju eċċessiv, trabijiet u nuqqas ta' rispett lejn ċertu liġijiet minn xi kuntratturi," kompla jgħid Chircop. Min-naħa tagħha, Astrid Vella kkwotat lill-perit rinomat Richard England, u qalet li l-għaqda ambjentali Flimkien għal Ambjent Aħjar taqbel miegħu meta jgħid li l-binjiet għolja ma jistgħux jiġu mibnija u integrati jekk mhux b'approċċ ħolistiku ta' pjanar serju. Ma' dan il-punt, qabel Chetcuti, li kien l-aktar punt li saħaq fuqu fejn qal li qabel ma jsiru l-proġetti, jeħtieġ li jkun hemm pjanar u konsultazzjoni ma' diversi entitajiet fosthom kunsilli lokali, Transport Malta, gruppi ambjentali u periti fost l-oħrajn sabiex il- pjanijiet isiru qabel ma jsiru l-proġetti u mhux wara, għaliex dan jispiċċa jkun tard wisq. Semma wkoll il-bżonn li jkunu inklużi l-ispazji miftuħa f 'tali pjanijiet li huma ferm importanti. Saħaq b'mod partikolari sabiex, "il-proġetti jiġu meqjusa kollettivament u mhux kull wieħed b'mod individwali sabiex inkunu nistgħu naraw kif se jkun qed jintegra mal-ambjent tal-madwar." Filwaqt li Sandro Chetcuti semma kif kulħadd, fis-settur tal-kostruzzjoni u l-proprjetà jinsab "fgat" bix-xogħol, qal ukoll li ma jistax ikun li, "naraw l-ekonomija waħedha, mingħajr pjanar sura ta' nies, inkella jkollna l-akbar sfreġju." Is-sindku Slimiż, Anthony Chircop, min-naħa tiegħu sostna li bħala kunsill lokali li huwa direttament affetwat minn żviluppi ta' bini għoli, diġà ssottometta rakomandazzjonijiet lill- Awtorità tal-Ippjanar, "iżda wisq nibżgħu li dawn jistgħu biss iġibu aktar effetti negattivi fuq din il-lokalità, diġà mimlija żvilupp." Il-president tal-MDA, Sandro Chetcuti Il-koordinatriċi tal-FAA, Astrid Vella Is-sindku ta' Tas-Sliema, Anthony Chircop Jinbidlu t-tallinja cards mingħajr ritratt MALTA Public Transport ħabbret li qed jinbidlu t-tallinja cards li m'għandhomx l-isem tal- klijent u r-ritratt stampat fuqhom b'tallinja cards ġodda li għandhom isem u ritratt. Għalkemm il-maġġoranza tal-klijenti li għandhom tallinja card biddlu l-card tagħhom għal waħda ppersonalizzata li turi isimhom u r-ritratt, għad hemm numru żgħir ta' klijenti li għandhom tallinja card mingħajr ritratt. Biex niffaċilitaw il-proċess, dawk li għandhom tallinja card mingħajr ritratt qed jiġu avżati sabiex itellgħu ritratt b'mod elettroniku fuq dan is-sit tat-trasport pubbliku. La darba r-ritratt jiġi aċċettat, il-klijenti jistgħu jbiddlu l-kard tagħhom bla ritratt ma' waħda ġdida ppersonalizzata fl-Istitut Kattoliku fil-Floriana bejn is-6 u l-24 ta' Ġunju mis-07:00 sas- 19:00 (ħlief fi tmiem il-ġimgħa imma inkluż fil-festa pubblika fis-7 ta' Ġunju). Dan is-servizz qed jiġi offrut bla ħlas. Il-ġbir tat-tallinja cards ippersonalizzati l-ġodda ser ikun biss possibbli skont l-iskeda t'hawn taħt: • Kunjomijiet li jibdew minn A sa L – mis-6 sal- 10 ta' Ġunju • Kunjomijiet li jibdew minn M sa T – mit-13 sas-17 ta' Ġunju • Kunjomijiet li jibdew minn U sa Z – mill-20 sal-24 ta' Ġunju Il-klijenti kollha għandhom iġibu magħhom il-karta tal-identità u t-tallinja card tagħhom (dik mingħajr ritratt). Il-klijenti li jkunu tellgħu ritratt elettroniku aċċettabbli sa' 48 siegħa qabel ma jmorru l-Istitut Kattoliku se jkun jistgħu jinqdew fil-Fast Track Queue biex ibiddlu it- tallinja card tagħhom. Dawk il-klijenti li m'għandhomx aċċess għall-internet biex itellgħu r-ritratt tagħhom se jkunu megħjuna mit-tim preżenti fl-Istitut Kattoliku, li se jiskenjaw il-karta tal- identità tagħhom jew ir-ritratt tal-passaport meta jiġu biex ibiddlu l-card. Dawn il-klijenti huma nfurmati li mhux se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-Fast Track Queue biex jinqdew malajr.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016