Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 6 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Vendor Neutral Network Management Solution - T025/16 Data ta' ħruġ: 24 ta' Mejju 2016 / Data ta' għeluq: 6 ta' Lulju 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jattendu għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Mingħajr pjanar sura ta' minn Veronica Lynn Mizzi MHIX xi ħaġa komuni li ssib argument dwar l-ambjent u d-dehra tiegħu, li kemm żviluppatur, kif ukoll ambjentalista jaqblu dwaru. Minkejja dan, kemm il-president tal-Malta Developers Association, Sandro Camilleri, kif ukoll il-ko-ordinatriċi ta' Flimkien għal Ambjent Aħjar, Astrid Vella jaqblu li fejn għandhom x'jaqsmu l-binjiet għoljin li jeżistu diġà jew li huma proposti, għandu jiġi kkunsidrat pjanar serju u ħolistiku qabel ma dan effettivament isir, għaliex wara, ikun tard wisq. L-impatt ta' dawn il- binjiet fuq żoni partikolari f 'Malta reġa' qam minħabba pjanijiet u disinji artistiċi ta' proġetti ġodda li qed ikunu proposti f 'żoni differenti partikolarment Tas-Sliema u San Ġiljan. Dan il-fenomenu mhux xi ħaġa tal-lum, iżda jqum minn żmien għal żmien, skont jekk ikunx propost xi żvilupp kemxejn partikolari, jew fid-daqs tiegħu jew fiż-żona proposta. Fil-fatt, wieħed jiftakar fil-protesti li kienu ġew organizzati fl-1997 meta kien ġie propost li jinbena proġett li jinkludi fih torri ta' 22 sular f 'San Ġiljan. Illum il-ġurnata, kulħadd dara jara bini bil- ħġieġ, li jidher minn kull fejn tkun, meta tħares lejn in-naħa ta' San Ġiljan. Però, dakinhar meta ġie propost li jinbena dak li sal-lum għadu l-itwal bini f 'Malta, kien inqala' kjass sħiħ b'diversi protesti fosthom strajk tal- ġuħ quddiem Kastilja li dam ġimgħa, u ntemm biss bl- involviment tal-ombudsman li kien ippropona xi bdil fil-liġijiet dwar it-trasferiment tal-art, li eventwalment ġew implimentati. Ovvjament, l-introduzzjoni ta' proġetti infrastrutturali ġodda timplika li se jkun hemm bidla fid-dehra tal- post li fih se jsir it-tibdil, u r-reazzjoni għal dan tista' tkun diversa. Uħud jaraw proġetti maġġuri li se jkunu qed jittrasformaw iż-żona, bħala sinjal ta' progress għaliex iqabblu dan il-bini, u ż-żona ma' postijiet moderni simili barra mill- pajjiż. Oħrajn jarawh pożittiv ukoll għaliex iqisu dan l-iżvilupp bħala ċertifikat pożittiv għall-ekonomija. Mill-banda l-oħra, sezzjoni oħra jaraw dan bħala rigress minħabba li jkun qed isir stress żejjed, fuq l-infrastruttura preżenti bħat-toroq, traffiku, servizzi ta' dawl u ilma, fost l-oħrajn. Dan minbarra l-impatt ambjentali li proġetti bħal dawn iħallu, fosthom il-bidla permanenti tad-dehra, dak li bl-Ingliż insejħulu 'skyline'. Imbagħad issib sezzjoni ta' nies li personalment ma tkunx se taffetwahom bl-ebda mod, u għalhekk ma tagħmlilhom l-ebda differenza. Però, dan ma jistax jingħad għal nies bħal Sandro Chetcuti, president tal-MDA, Astrid Vella, kordinatriċi ta' FAA u Anthony Chircop, sindku ta' Tas-Sliema, li l-gazzetta Illum tkellmet magħhom ilkoll dwar l-iżviluppi preżenti u dawk proposti għaż-żoni ta' Tas-Sliema u San Ġiljan, u x'impatt se jkollhom fuq il-kummerċ, l-ambjent u r-residenti li jridu jħabbtu wiċċhom ma' diversi problemi relatati. Il-postijiet vakanti jistgħu jkunu s-soluzzjoni? Meta din il-gazzetta tkellmet fuq dan l-iżvilupp mal- kordinatriċi ta' FAA, Astrid Vella, din sostniet li ħafna mill-proġetti ġodda ta' bini għoli mhumiex ġustifikati minħabba l-ammont kbir li jlaħħaq l-40,000 ta' postijiet vakanti madwar Malta. Għal dan, il-president tal-MDA saħaq li dan l-argument ma jreġix għal diversi raġunijiet. Semma kif ħafna minn dawn il- proprjetajiet vakanti li hawn, jew mhumiex disponibbli għax-xiri fis-suq, jew huma residenzi sekondarji, jew inkella inqabdu f 'xi kwistjoni ta' wirt. Semma wkoll kif ħafna minn dawn il- proprjetajiet ma jlaħħqux il-livelli ta' kwalità mitluba, bħal per eżempju ma jkollhomx aċċess adegwat, jew spazju biżżejjed biex jiġi installat lift. Astrid Vella saħqet li fil- preżent, mhuwiex ġustifikat li jinbnew dawn il-'high rise buildings' minħabba differsi fatturi li jinfluwenzaw direttament l-infrastruttura preżenti. Semmiet dak li kien qal konsulent minn Chicago li kien inġieb mill-Mepa, xi snin ilu. Dan kien jgħid li L-iżvilupp fil-bini fuq Reporter X'TIP ta' żvilupp għandu jkollna f 'pajjiżna? L-iżvilupp ta' bħalissa huwa bżonn jew eseġerazzjoni? Reporter se jiddiskuti dan u aktar flimkien ma' Saviour Balzan u Sandro Chetcuti mill-Malta Developers' Association u Andre Callus mill-Moviment Graffiti u Kamp Emerġenza Ambjent. Titilfux Reporter nhar it- Tnejn fl-10.05pm fuq TVM b'ripetizzjoni nhar it-Tlieta fis-1.30pm u l-Erbgħa fis-7pm it-tnejn fuq TVM2.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016