Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Għawdex 13 FIL-ĦWIENET EWLENIN HISTORY OF ORNITHOLOGY IN MALTA ta' 100 sena ta' suċċess hekk ħadna ħsieb li nżommu l-livell tal-prodotti tagħna." Dan juri biċ-ċar kif l-imħuħ ta' dawn iż-żewġt aħwa ħadem b'mod kif jieħdu vantaġġ minn kull deċiżjoni politika u dejjem ħasbu għall-futur u mhux jieqfu fil-preżent. "Illum trid taħseb minn quddiem kważi kuljum għax il-bidliet ma jsirux kull tant żmien, iżda kuljum. Id-dinamika tas-suq jinbidel għax hawn eluf kbar ta' barranin jgħixu Malta li għandhom esiġenzi ta' ikel differenti u għalhekk aħna nistudjaw x'inhuma l-eżiġenzi tagħhom u noħolqu prodotti għalihom. Anke l-istess Maltin u Għawdxin m'għadhom jieklu l-istess ikel, u għalhekk importanti li taġġorna ruħek." Bla dubju li l-aktar prodott li Magro Bros huma msemmija għalih hi l-kunserva 'Three hills' li għalkemm ingħatat togħmiet differenti, xorta għadek issib tixtri l-kunserva klassika. John Magro qalilna li din għandha riċetta speċjali li ma jafha ħadd, "ħlief jien, ħija u xi 4 min-nies oħra. L-ebda impjegat ma jkun fil- proċess mill-bidu sat-tmiem tagħha ħalli ħadd ma jkun jaf eżattament ir-riċetta preċiża." Magro qalli wkoll li barra l-kunserva huma jagħmlu l-prodotti 'Mayor' bi zlazi u tadam eċċ. Il-kumpanija tħaddem 120 ħaddiem li fis- sajf in-numru jitla' għal 160, filwaqt li jixtru l-prodotti agrikoli mingħand 200 bidwi minn Malta u Għawdex, "iżda aħna nħaddmu madwar 100 persuna oħra li jaħdmu mal-kumpaniji li jieħdu ħsieb it-trasport tal- prodotti tagħna u t-tqassim għax dawk aħna ngħadduh għand kumpaniji oħra. Aħna niġġeneraw ħafna xogħol għal ħaddieħor bħall- istamperiji li jistampawlna kull tip ta' tikketti." Magro qalli li l-inkwiet tax-xogħol qatt ma tellfu mill-irqad, iżda qalli li ġieli joħlom xi ħaġa meta jkun rieqed, u jqum u jieħu nota tagħha. Qalilna wkoll li bħalissa għaddejjin minn programm ta' investimenti ta' €5 miljun li se jmorru għat- tliet kumpaniji ta' Magro Bros. Li huma l-fabbrika hekk imsejħa tat-tadam, is-Savina fejn jinbiegħu prodotti artiġġjanali Għawdxin u hi mfittxija ħafna mit-turisti li jieqfu bil- Hop On Hop Off u fabbrika oħra ta' prodotti tal-ħalib li fosthom tagħmel il-ġbejniet. Mistoqsi għaliex jissejħu 'ġibniet' qalli li din il-kelma tintuża wkoll mill-Għawdxin għal ġbejniet, anke jekk mhux kuħadd, "iżda aħna għażilna din il-kelma biex nuru li l-ġbejniet tagħna mhux magħmula minn ħalib mhux pastiruzzat kif isiru l-ġbejniet tradizzjonali iżda aħna nużaw ħalib pasturizzat." John Magro qal ukoll li huma ddeċidew li ma jsejħux il-post bħala fabbrika iżda bħala villaġġ, "għax kulħadd jista' jara l-prodotti kif isiru u jiġu ħafna turisti anke eluf ta' Maltin jaraw il- fabbrika organizzati minn diversi entitajiet." Magro qal li, "Aħna meta ppjanajna l-fabbrika, ppjanajniha li wieħed jista' jara x-xogħol isir mingħajr ma jtellef il-produzzjoni jew imiss u jikkontamina l-ikel li jkun qed jiġi proċessat. U dan jgħin biex meta wieħed jara l-prodott tagħna fis- supermarkets, ikun jaf il-ġenwinità tagħhom u jkun ra kif isiru u għalhekk imur għalihom. Anke l-prodotti Savina li huma artiġġjanali wieħed jista' jarahom jinħadmu kollha bl-idejn." In-negozju ta' Magro Brothers żgur li se jibqa' sejjer għax it-tliet ulied ta' John qed imexxu n-negozju fejn qalilna li għandhom kwalitajiet differenti minn xulxin u dan jgħin ħafna biex il-kumpanija tkompli tifjorixxi. Illum il-Ħadd se ssir ċelebrazzjoni kbira f 'Villa Rundle f 'għeluq il-100 sena ta' Magro Bros fejn preżenti se jkun hemm il-President, il-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u diversi ministri u membri tal- parlament u personalitajiet Maltin. Fl-istess attività se jitnieda ktieb b'ritratti u l-istorja kollha ta' Magro Brothers. "Meta ngħalaq is-suq iffjorixxejna bil-manifattura tal-prodott Malti u meta ġie liberalizzat fjorixxejna fl- esportazzjoni billi esportajna nofs dak li nipproduċu" L-Għawdxin jinnegozjaw fix-Xatt tal-Imġarr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016