Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Sports 28 Johnson jirbaħ fl-Autocross u Camilleri jirbaħ fil-Motocross L-ASSOĊJAZZJONI Sport Muturi u Karozzi nhar il-Ħadd li għadda organizzat l-għaxar attività mill-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2015/16. Matul din l-attività kkompetew il-Karozzi Autocross u l-muturi Motocross li iktar ma jgħaddi żmien aktar qed noqorbu lejn tmiem staġun ieħor bil- kompetizzjoni tkun taħt tensjoni iktar mis-soltu l-iktar fejn hemm dawk il-kategoriji li għadhom indeċiżi. Matul il-ġurnata fis- sezzjoni Autocross rajna ż-żewġ kategoriji Standard u Modified li kkompetew fit-tliet heats tal-ġurnata fid-direzzjoni kontra l-arloġġ. Fil-kategorija Modified Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo rebaħ il-heats kollha tal-ġurnata biex issiġilla postu fil-finali Klassi A. Miegħu kkwalifikaw Gordon Johnson u Malcom Borg it-tnejn fuq Opel Corsa, Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova, Karl Micallef u Godfrey Gauci it-tnejn fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Galea u Johnson fejn sal- ewwel kantuniera Galea irrnexilu jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Johnson u Micallef. Matul din il-finali assistejna u rajna sewqan kompetittiv u sportiv sal-aħħar tat-tiġrija. L-attenzjoni mill-ewwel marret fuq Borg u Johnson li kienu qed jagħmlu pressjoni l-ħin kollu biex javvanzaw fil-pożizzjoni tagħhom fejn Johnson fit-tieni dawra rnexxielu jissupera lil Galea biex fit-tmun tal-finali spiċċa Johnson segwit min Galea u Micallef, b'dan ta l-aħħar kien qed jiffaċċja pressjoni minn Borg sakemm Borg irnexxielu jaqbeż lil Micallef kif ukoll lil Galea b'dan tal-aħħar li deher li qed tiżviluppalu ħsara teknika, iżda għalkemm kompla sal-aħħar tilef xi postijiet. Il-finali spiċċat b'Johnson jirbaħ il-Klassi A għall-ewwel darba f 'dan l-istaġun segwit minn Borg u Galea. Fir-raba' post spiċċa Gauci segwit minn Pisani, u Micallef fil-ħames u s-sitt post. Għall-finali Klassi B rajna l-linja tat-tluq komposta minn Jurgen Mallia fuq Honda Civic, Josef Abela fuq Opel Nova, Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Keith Borg fuq Vauxhall Nova, James Micallef fuq Opel Corsa u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Joseph Micallef u Abela, b'Micallef imur fuq quddiem segwit minn Abela u Scicluna. L-attenzjoni daret fuq Abela li kien jagħmel pressjoni fuq Micallef sakemm matul ir-raba' dawra Abela irnexielu jmur fuq quddiem. Il-finali spiċċat b'Abela jirreġistra l-ewwel rebħa f 'din il-klassi f 'dan l-istaġun segwit minn Micallef u Scicluna li żammew posthom sal- aħħar. Fir-raba' post spiċċa Borg, b'James Micallef u Mallia jirtiraw qabel spiċċat il-finali minħabba ħsara teknika. Fil-Finali Kategorija Standard rajna linja tat- tluq komposta min Karl Scicluna fuq Peugeot 106, Nicovich Chircop fuq Peugoet 206, Traydon Bailey fuq Ford Ka, Deane Farrugia u Ian Fenech it-tnejn fuq Citroen AX. Mat-tluq rajna ħruġ tajjeb minn Chircop u Farrugia b'Chircop imur fuq quddiem segwit minn Farrugia u Fenech. Għal Chircop din kienet l-ewwel esperjenza u kien jidher ftit dgħajjef għall- pressjoni tal-finalisti sħabu. Farrugia mill- ewwel sab l-okkażjoni biex jieħu t-tmun tal- finali bil-kumplament tal-finalisti rnexxielhom jagħmlu dan biex il- finali spiċċat b'Farrugia jirreġistra l-ħames rebħa tiegħu f 'dan l-istaġun segwit minn Fenech u Scicluna. Fir-raba' post spiċċa Bailey segwit minn Chircop. Fis-Sezzjoni Motocross minkejja attendenza ftit baxxa xorta rajna spettaklu ta' sewqan mill-aħwa Camilleri fejn iddominaw il-Klassi A, filwaqt, li kif mistenni, il-Klassi B reġgħet kienet iddominata minn riders Għawdxin. Intant fi Klassi A Motocross rajna żewġ heats sbieħ li minkejja li rebaħhom Clayton Camilleri fuq mutur KTM, dan kellu jiffaċċja u jikkumbatti lil ħuh Kyle Camilleri fuq mutur KTM għal numru ta' dawriet sakemm ftit qabel il-Finish, Kyle ċeda lil Clayton. Fit-tieni Heat Clayton kompla bis- suċċess tal-Heat biex issiġilla t-tieni rebħa f 'dan l-istaġun waqt li kien dejjem segwit minn ħuh Kyle. Fi Klassi B rajna lil Mario Cauchi fuq mutur Honda jkompli jiddefendi t-titlu f 'din il-klassi fejn irnexxielu jirbaħ il-heats kollha tal-ġurnata. Mario kien dejjem segwit minn Jorn Stellini fuq mutur Kawasaki u Matthew Zammit fuq mutur Yamaha. Cauchi kompla jirrepeti s-suċċess tal- ġurnata fejn irnexxielu jirbaħ ukoll il-kategorija Open segwit minn Stellini u Zammit. Intant fi tmiem din il- ġimgħa, l-Assoċjazzjoni għandha diversi riders impenjati barra mill- pajjiż. Mis-Sezzjoni Enduro sitt Riders se jkunu qed jieħdu sehem fl-20 edizzjoni Erzbergrodeo Red Bull Hare Scramble 2016. Ir-riders Maltin f 'din l-attività se jkunu James u Wayne Zahra, Gary Debono, Matthew Gauci, Ian u Joseph Scicluna. F'din l-edizzjoni l-organizzaturi qed jistennew madwar 1,500 rider minn madwar id- dinja. Din se tkun it-tieni esperjenza għal riders Maltin f 'din it-tiġrija. Intant fil-jiem li għaddew, l-Assoċjazzjoni ħarġet liċenzji għal żewġ riders li se jkunu qed jikkompetu fid-Drag Racing ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra fejn minkejja li dawn huma membri tal- MDRA Maltija, l-ASMK biss hija l-awtorità li tista' toħroġ dawn il-liċenzji internazzjonali għal sewwieqa tal-muturi. Glenn Borg fuq mutur Suzuku Hyabusa se jsuq fl-ogħla klassi tal-muturi, dik imsejħa F.I.M. Top Fuel Class fejn mill- wieqaf, dawn il-muturi jiġru distanza ta' kwart ta' mil f 'ħin ta' madwar 6.5 sekondi. Shawn Buttigieg fuq mutur ieħor Suzuki se jkun qed jikkompeti għal darb'oħra fil-kampjonat Super-Street Bike (SSB) fil-Kampjonat Ewropew imniedi mill-Federazzjoni F.I.M.-Europe. Minkejja li ż-żewġ riders mhux l-ewwel darba li kkompetew fl-Ewropa u ġabu riżultati pożittivi fid-Drag Racing Sport, dawn żgur li se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex ikomplu jagħmlu isem għalihom u għal Malta quddiem eluf kbar ta' spettaturi fl-Ingilterra. Dan il-programm jibda l-Ħamis bil-Practice Runs u t-tiġrijiet uffiċjali jintemmu għada t-Tnejn. L-ASMK awgurat li jkollhom suċċess bħal m'għamlu fis-snin preċedenti fil-kampjonat madwar l-Ewropa, waqt li awgurat suċċess ukoll lill- kompetituri kollha li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta matul tmiem din il-ġimgħa. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www. asmk.org.mt jew il-paġni ta' Facebook. Gordon Johnson fuq Opel Corsa waqt li qabeż lil Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo Ritratt - Mario Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016