Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

I l-ġimgħa l-oħra l-Caritas ħarġet rapport pjuttost xokkanti dwar il- faqar. Ftit wara li kien ippreżentat lill-midja, bdejt naqra fih u dortu, jekk mhux kollu, ħafna minnu. Kont nippretendi li l-politiċi jagħmlu l-istess u ftit siegħat wara mqar (imqar ta') wieħed mid- 69 Membru Parlamentari jmur għand l-ispeaker u jipproponi diskussjoni li tieħu s-siegħat biex isir dibattitu li matulu ż-żewġ partiti u r-rappreżentanti tal-poplu jiddibattu, jikkritikaw, jibbottjaw u jipproponu. Kien ikun dibattitu li jaċċentwa kemm jista' jkun is- sitwazzjoni li fiha jinsabu eluf ta' nies. Konna, bħala midja jew għallinqas dik il-parti tal-midja li għadha temmen li l-ewwel lealtà tagħha hija lejn in-nies, nisimgħu u nixtarru. Kien ikun il-gost u l-pjaċir tiegħi li nintefa' fl-istrangers gallery u nevalwa min mid- 69 se jirrapreżenta l-aħjar liċ-ċittadin li vvutalu. Kont qed nistenna diskors fejn kull Membru Parlamentari jqum u mhux biss juri solidarjetà, imma jkun kreattiv fil-ħsieb, sod mal-ideoloġija tiegħu u solidali ma' dawk li qed jiġġebbdu biex jaslu sal- aħħar tax-xahar b'basket ta' bżonnijiet, li jekk ma jimpurtax, ma jinkludix post mikri, użu ta' karozza u/jew kapriċċi li għal ħafna eluf oħrajn huma n-norma. Xtaqt li llum, bħala editur ta' din il-gazzetta niddedika paġna jew anke tnejn li fiha jien jew wieħed mill-kollegi tiegħi mit-tim tal-ILLUM janalizza id-diskorsi tad- Deputati Parlamentari tagħna u naraw min kien l-aħjar, min ħareġ bl-aqwa proposta, min kien kapaċi jwassal il-polz ta' bosta nies mill-faxxex tan- nofs u t'isfel fil-Parlament u min ħareġ bl-aħjar proposti. Minflok, il-Parlament iltaqa' biex jerġa' jiddiskuti l-każ Panama u biex kull wieħed mid-69, jew kważi kull wieħed iqum u jirrepeti l-istess affarijiet li qal f 'tliet maratoni ta' diskussjonijiet qabel, waħda ta' 13-il siegħa u t-tnejn l-oħra ta' madwar sitt sigħat. Smajna l-istess argumenti ad nauseum u sitt siegħat wara bqajna fejn konna. Min kien fqir, fqir baqa', min stenna tama baqa' jittewweb u min ma jistax ilaħħaq biex jgħix, l-istess baqa'. U ta' min huwa t-tort? It-tort huwa tas-69 Deputat. Kollha kemm huma moħħhom biex jgħidulna min għandu kont fejn u kemm hi kbira l-pool deck tal-ieħor u min daħħal il-flus u meta, imbagħad ħadd minnhom bil-qalb soċjali kollha li jgħidu li għandhom ma jqum bil- wieqfa u jitkellem għal dawk li m'għandomx vuċi. U jekk il-Parlament mhux se jkun vuċi ta' min m'għandux? U jekk il-Parlament mhux se jkun hu li jservi ta' tarka għall-vulnerabbli? Mela allura kemm nistgħu nsejħulu relevanti? Kemm nistgħu ngħidu li qed ikun vuċi tal- poplu? L-aqwa li għandna l-blogs biex jgħidulna li Joseph mar kiel 'burger' jew li Beppe Fenech Adami mar jara l-Milan, jew li Daphne marret tieħu kafè u dehrilha ftit mix-xaqq, jew inkella li Glenn oħxon u ma jrid jgħabbih ħadd. Ara aħna x'ala l-bubun, kemm intom koroh, sbieħ jew tippreferux il-hotdog mill- burger. Lill-poplu, jekk tirrispettawh tuh is-sustanza. Tuh l-ideat. Tuh id-dinjità. Isimgħu minn dak li qed jgħid. Xtarru dak li qed jgħidu nies li jaħdmu viċin tiegħu. Rażżnu l-faqar materjali kif għandkom is- saħħa, u jekk ma jimpurtax, u x-xaqq ħalluh jidher kemm irid u lil Joseph ħalluh jiekol li jrid! Albert Gauci Cunningham huwa l-editur tal-gazzetta ILLUM Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Opinjoni 15 Politika tax-xaqq u l-'hamburger' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Surreali-Eluf ta' nies ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja imma qed nitkellmu fuq il-burger u x-xaqq Republic Street, Valletta next to the Courts Republic Street, Valletta "Lill-poplu, jekk tirrispettawh tuh is-sustanza. Tuh l-ideat. Tuh id- dinjità. Isimgħu minn dak li qed jgħid."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016