Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Sports 31 poplu li bħalissa ma tantx hu għaddej minn żmien feliċi minħabba l-kwistjonijiet politiċi li qed jaffronta. Irlanda ta' Fuq It-tim l-ieħor mir-Renju Unit li kkwalifika għal dawn il-Kampjonati Ewropej huwa l-Irlanda ta' Fuq, li b'mod sorprendenti għaddew għal din il-fażi finali għall-ewwel darba. Huwa tim nazzjonali kompost minn plejers li l-maġġor parti tagħhom jilagħbu l-Ingilterra, iżda ma' timijiet ta' nofs klassifika jew iktar 'l isfel. L-Irlanda ta' Fuq għarfu japprofittaw mill-falliment Grieg, fejn irnexxielhom jieħdu l-punti kontrihom, iżda kienu bravi wkoll sabiex rebħu punti minn logħbiet deċisivi, fosthom kontra l-Ungerija u r-Rumanija, li t-tnejn li huma għaddew għall-fażi finali. Niftakruhom jilagħbu kontra Malta f 'żewġ partiti ta' ħbiberija, bit-tnejn li huma jispiċċaw fi draw, fejn fl-ewwel draw lura fl-2005, Malta kienet anke falliet penalti fil-ħin miżjud permezz ta' George Mallia. Grupp D – (Spanja, Turkija, Repubblika Ċeka, Kroazja) Spanja Id-detenturi tat-titlu, u ovvjament fost il- favoriti għar-rebħa finali. Madankollu, Spanja fallew b'mod mill-iżjed sorprendenti fit-Tazza tad-Dinja ta' sentejn ilu, meta nqalgħu fil-fażi tal-gruppi b'riżultati pjuttost umiljanti, fosthom il-5-1 kontra l-Olanda. Ħa tkun tassew interessanti l-għażla tal-kowċ Vicente Del Bosque, fuq min għandu jilgħab quddiem, fejn filwaqt li minn banda għandu għażla vasta, sa ċertu punt l-għażla tidher limitata wkoll. Tkun storja sabiħa jekk naraw lil Aritz Aduriz protagonist ma' tim li qiegħed viċin mument ta' transizzjoni bl-inklużjoni ta' ħafna plejers żgħar. Aduriz, li għandu 35 sena, ikkonferma t-teorija tal-inbid, li iżjed ma jgħaddi ż-żmien iżjed jitjieb, għaliex f 'dawn l-aħħar tliet snin, l-attakkant Bask wera l-vera kwalitajiet tiegħu u kien impossibbli li Del Bosque jagħlaq għajnejh quddiemu. Turkija Meta tisma' l-isemTurkija, bilfors trid tiftakar fil- kowċ meqjus bħala imperatur, Fatih Terim. Kien hu li ggwida lit- Torok fl-aħħar spedizzjoni tagħhom f 'dawn il- Kampjonati Ewropej lura fl-2008 meta waslu sas-semifinali. Issa reġa' qiegħed fit-tmun tat-tim, u wara li għaddew b'mod dirett bħala l-aħjar tim li ġie t-tielet permezz tar- rebħa drammatika fuq l-Iżlanda, Terim qiegħed jimmira li jerġa' jpoġġi lit-Torok fost l-aqwa erbgħa fl-Ewropa. Ta' min isemmi li kull darba li t-Torok ikollhom skwadra b'saħħitha, dejjem tirnexxi fit-tournaments maġġuri fejn apparti fl-2008, fit- Tazza tad-Dinja tal-2002 kienet ikklassifikat ruħha fit-tielet post. Bi plejers bħal Arda Turan u Hakan Calhanoglu, it-Turkija għandha biżżejjed kwalità sabiex tirnexxi u tneħħi ftit id-dawl ikrah politiku li riċentament qiegħed idallam lill-istess pajjiż. Repubblika Ċeka Is-suċċessi tal-Kampjonati Ewropej tal-1996 u tal-2004 jidhru li huma objettivi diffiċli għat-tim nazzjonali preżenti tar-Repubblika Ċeka, fejn il-maġġor parti mill-plejers li jimmilitaw f 'dan it-tim għadhom ma sfondawx fl-aqwa kampjonati maġġuri fl- Ewropa, u dan kapaċi jkun ta' detriment għalihom, fejn bit-tim li għandhom ma jkunx biżżejjed li jagħtu sfida denja lit-timijiet tajbin li hemm magħhom. Iżda mill-iskwadra kollha, hemm plejer li kapaċi jattira l-għajn tal-aqwa klabbs madwar l-Ewropa - Borek Dockal. Dan mhuwiex xi plejer żgħir għaliex diġà għandu 27 sena u jinsab viċin li jagħlaq it- 28, iżda l-forma li għaddej minnha bħalissa hija waħda strepituża fejn kien ta' pedina importanti għat-tim ta' Sparta Prague fil-mixja tagħhom fil-UEFA Europa League, fejn fost oħrajn qalgħu lit-Taljani ta' Lazio b'mod konvinċenti. Kroazja Dan huwa tim nazzjonali kbir. Il-kwalità li jipposjedi dan it-tim hija waħda tremenda, b'uħud isostnu li huwa saħansitra ta' kwalità ogħla mit-tim li ġie fit- tielet post fit-Tazza tad- Dinja tal-1998 fi Franza. Il-Kroazja għaddejja minn mument importanti ħafna hekk kif tippossjedi kwalità għolja f 'kull irwol tal- grawnd, mill-goalkeeper sal-attakkant. Minkejja dan, fil-gruppi ta' kwalifikazzjoni rajnihom jirbħu bl-ebda mod konvinċenti, anke fiż-żewġ konfronti kontra pajjiżna. Madankollu, il-plejers li hemm jimmilitaw f 'dan it-tim nazzjonali tassew qawwi, ħafna minnhom diġà lagħbu fl-ogħla livell tal-futbol internazzjonali u żgur mhux forsi li se jkun ta' vantaġġ għalihom. Subašić, Vrsajlko, Ćorluka, Dragovic, Srna, Rakitić, Modrić, Perišić, Kovačić, Mandžukić u Kalinić. Mhux ħażin le?! Ikompli l-ġimgħa d-dieħla... It-tim nazzjonali ta' Spanja It-tim nazzjonali tat-Turkija It-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka It-tim nazzjonali tal-Kroazja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016