Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Liema deputat se jilqa' l-isfida? G ħaddiet ġimgħa u magħha l-Parlament għamel sitt sigħat jiddiskuti mozzjoni oħra ta' sfiduċja. B'hekk il- Parlament, f 'dawn l-aħħar ġimgħat, ħa jkun għażel li jqatta' 24 siegħa jiddiskuti mozzjonijiet ta' sfiduċja, bi ftit jew wisq, id-69 Deputati kollha jgħidu l-istess ħaġa għal darba, darbtejn. Din il-gazzetta tirrispetta l-importanza u n-neċessità li l-Parlament jiskrutinizza nies li jokkupaw kariga pubblika, speċjalment jekk ikun hemm dell ta' dubju fuqhom. Iżda, lil hinn minn dan ir-rispett tixtieq tfakkar ukoll li xogħol il-Parlament ma jieqafx hemmhekk. Ħidmet il-Parlament, suppost għandha tmur lil hinn minn logħba ta' min se jiskrutinja l-aktar biex imbagħad jitfa' l-aktar tajn fuq in-naħa l-oħra. Xogħol id-69 Deputat fil-Parlament huwa wkoll li jwassal il-vuċi tan-nies, speċjalment ta' dawk li huma vulnerabbli. Għalhekk din il-gazzetta qed tisfida, għalkemm ma tarax għalfejn hemm bżonn li ssir sfida, li naħa jew oħra, jew tal-anqas Deputat Parlamentari wieħed iressaq mozzjoni Parlamentari li tiddiskuti r-rapport tal-Caritas. Nittamaw li biex tkun rispettata l-intelliġenza tal- poplu, imma speċjalment ta' dawk l-eluf ta' nies li r-rapport tal-Caritas qed jgħixuh kuljum, iż-żewġ naħat jaslu li jaqblu li tal- anqas it-tali diskussjoni għandha tieħu nofs il-ħin li ħadu l-mozzjonijiet ta' sfiduċja, jiġifieri 12-il siegħa. B'hekk ikun intbagħat l-ewwel messaġġ li l-Parlament Malti jqis materji ta' natura soċjali bħala importanti u li jeħtieġ jingħataw l-istess importanza daqs materji ta' skrutinju. B'hekk ukoll ir-rappreżentanti tal-poplu juru li minkejja l-logħba politika li ilha għaddejja xhur issa, huma kapaċi jqumu għall-okkażjoni u jiddistakkaw ruħhom mill- politika tribali, li tara biss l-uċuħ u l-kuluri. Nistennew li ladarba jsir dan id-dibattitu, kull deputat juri l-istess ħeġġa u orgolju li seta' wera f 'dawn il-ġimgħat biex jitfa' t-tajn jew biex jinċensa. Nistennew lil kull wieħed u waħda mid-69 iqumu u joffru tama lil tant nies li jivvutawlhom, bl-istess ħeġġa li qamu biex juru kemm huma leali lejn il-kap jew mexxej tagħhom. Nistennew, imma, aktar minn kollox li tali dibattitu jservi biex juri li fost id-deputati tagħna għad hemm nies ta' forza morali u ta' prinċipji sodi, nies li għalihom iċ- ċittadin huwa verament l-ewwel, nies li mhux qed jaraw fil-Parlament arena biex ibenġlu lill- avversarju, imma post fejn tassew jistgħu jagħmlu d-differenza. Jiddispjaċina jkollna nistqarruha, però f 'dawn l-aħħar xhur, il-Parlament inbidel f 'każin. Każin ta' żewġ estremi fejn kulħadd jipprova jimpressjona billi juri kemm jaf iċewlaħ, kemm jaf jilgħaq u kemm jaf jixxena biex xi ftit ifissati jtaptpulu fuq dahru jew daharha. Issa huwa l-mument li kull membru Parlamentari juri li kapaċi jagħmel id-differenza. Nistennew, għalhekk li fil-ġranet li ġejjin xi ħadd juri li jimpurtah, xi ħadd juri li hu differenti mill-bqija tal-merħla. Bħala gazzetta aħna nistgħu noffru biss l-appoġġ u t-tifħir tagħna lejn in-naħa jew il-persuna li tieħu l-ewwel pass lejn ir-restawr tal-Kamra tar- Rappreżentanti, restawr li għandu jagħmel il-bini ta' Piano simboliku, mhux biss fl-istruttura iżda wkoll fl-ispirtu. Editur: Albert Gauci Cunningham 19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016