Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum bl-Ingliż, imma kellimni bil-Malti d-dar jirrifletti fil-lingwa mitkellma fl-iskola u fuq ir-riżultati miksubin. Fil- fatt, għalliema partikolari fi skola privata qalet li l-fatt li l-istudenti kollha tagħha jitkellmu bl-Ingliż id-dar ifisser li jistgħu jkollhom konverżazzjonijiet bl-Ingliż bl-aktar mod faċli. L-Ingliż huwa tal-isnobs u tal-pepè Hija xi ħaġa mill-aktar komuni, speċjalment fl- irħula u bliet madwar il-pajjiż kollu u f 'Għawdex ukoll li l-użu tal-Ingliż, imma b'mod speċjali l-użu tal-ħoss vokaliku mġebbed u l-bdil kontinwu fil- lingwa użata, huwa mogħti t-tikketta 'tal-pepè'. Għalliema fi skola tal-istat titfa' dawl fuq l-irwol soċjo- kulturali tal-lingwa meta tgħid kif "l-Ingliż għadu meqjus minn ħafna bħala oġġett għall-wiri f 'mużew li huwa użat mill-isnobs... ħafna drabi l-istudenti jindirizzawni bil-Malti, u meta ngħidilhom biex iweġbuni bl-Ingliż jgħiduli li la aħna Maltin m'għandniex bżonn nitgħallmu l-Ingliż." Din it-tweġiba hija sfortunatament, riflessjoni tal-mentalità ta' iswed u abjad, jew taż-żewġ estremi, fejn il-griż u n-nofs ma jeżistix. Din il-mentalità, li ma nistgħux ngħidu li mhux komuni fost diversi nies, telimina l-użu tal-Ingliż fuq il-premessa tal-patrijottiżmu mibni fuq nuqqas ta' informazzjoni, jekk xejn fuq il-passat riċenti tal-lingwa Maltija stess. Il-mamà taf l-Ingliż aktar mill-papà Jekk immorru lura għall- Ingliż ikkomunikat id-dar, l-istudju wera kif l-ommijiet ġeneralment jikkomunikaw aħjar mill-missirijiet. Fil- fatt l-istudju juri kif meta mistoqsijin kemm ommhom titkellem tajjeb bl-Ingliż, 67% tal-istudenti fil-Primarja wieġbu 'tajjeb ħafna', filwaqt li 51% tal-istudenti fis- sekondarja taw l-istess risposta. Iżda min-naħa l-oħra, kienu 53% tal-istudenti fil-Primarja li qalu li missierhom kapaċi jitkellem Ingliż tajjeb ħafna u 37% biss tal-istudenti fis-sekondarja li qalu li missierhom jitkellem il-lingwa tajjeb. Hawnhekk, il-persentaġġ ta' missirijiet li jew ma tantx jitkellmu Ingliż tajjeb jew li ma jistgħux jitkellmu bl- Ingliż jitla' għal 18% fost studenti tal-Primarja u 26% fost l-istudenti tas- sekondarja. Naqra bl-Ingliż...nitkellem bil-Malti L-użu tal-Ingliż ivarja, fis-sens li l-istudju ta' Cambridge juri kif il-lingwa Ingliża hija użata fil-ħajja ta' kuljum tal-istudenti Maltin. Huwa ċar li l-Ingliż huwa użat, kważi esklussivament fejn jirrigwarda films, qari u f 'dak kollu li huwa online. Fl-istess ħin iżda, l-użu tal- istess lingwa fil-mitkellem huwa ferm inqas. Fil-fatt, filwaqt li 69% u 78% tal-istudenti fil- Primarja u fis-Sekondarja rispettivament jaraw programmi televiżivi jew films bl-Ingliż, huma 30% u 18% biss tal-istudenti f 'dawn iż-żewġ livelli tal-iskola li jitkellmu Ingliż mal-ħbieb. Inqas minn hekk, meta l-komunikazzjoni tinfirex fuq livell lokali l-użu tal- Ingliż jerġa' jonqos b'mod drastiku. Fil-fatt huma biss 8% tal-istudenti fis- sekondarja li jużaw l-Ingliż meta jitkellmu ma' nies oħrajn fl-istess villaġġ, belt jew raħal. Kważi nofs dawk l-istudenti li pparteċipaw fl-istudju, jew 45% qalu li qatt ma jużaw l-Ingliż meta jitkellmu ma' nies mil-lokal. Dawn il-figuri huma riflessi wkoll f 'dak li jirrigwarda l-ġenituri. Maġġoranza qawwija ħafna, jew 83% tal- ġenituri jsegwu stazzjonijiet jew films bl-Ingliż, filwaqt li huma 13% biss tan-nies li jikkomunikaw bl-istess lingwa meta jkunu qed jissoċjalizzaw ma' persuni mir-raħal, villaġġ jew belt fejn jgħixu. Dan juri li l-użu tal-lingwa jvarja iktar skont il-kuntest li fih qed jintuża. Huwa ċar, minn dan l-istudju li minkejja prevalenza qawwija tal-Ingliż f 'dak kollu li jirrelata mal-midja, speċjalment dik soċjali, fuq livell komunitarju, ħafna nies jippreferu li jużaw il-Malti biex jikkomunikaw ma' nies li ma jafux daqstant. Jista' jkun allura li dan l-istudju qed jindika li l-għażla tal- lingwa lil hinn mill-iskola tibda u tispiċċa mal-konfini stretti tad-dar, f 'ħafna każi. L-Ingliż huwa importanti għall-futur tiegħi L-istudju juri bl-aktar mod ċar li l-lingwa Ingliża ħafna jħarsu lejha bħala ċ-ċavetta għall-futur tagħhom, f 'dak li jirrigwarda karriera. Xejn inqas minn 77% tal-istudenti li pparteċipaw fl-istudju ta' Cambridge huma tal-fehma li l-Ingliż huwa importanti biex ikunu jistgħu jidħlu l-Università, waqt li 81% jaħsbu li huwa importanti biex ikollhom impjieg tajjeb. Il-ġenituri qegħdin fuq l-istess binarju, fejn 81% iħossu li l-Ingliż huwa importanti għall-Università u 83% jaħsbu li importanti biex isibu impjieg tajjeb. Apparti minn dan iżda, din il-lingwa hija meqjusa bħala importanti wkoll f 'dak li jirrigwarda vjaġġar u komunikazjoni permezz tal- internet. Ir-reazzjoni ta' dawk li pparteċipaw f 'dan l-istudju kienu kważi kollha unanimi, bi student partikolari jfakkar li bilfors jeħtieġ li jkollok għarfien tal-Ingliż jekk trid tgħix f 'soċjetà fejn l-Ingliż huwa użat kontinwament. "Suġġetti importanti bħall- Bioloġija u l-Kimika huma studjati bl-Ingliż," qal student, filwaqt li omm li tibgħat lil uliedha fi skola tal- Gvern tispjega kif hi taħdem f 'bank "u l-komunikazzjoni kollha anke permezz tal- emails hija bl-Ingliż." Omm oħra tgħid hekk, "L-Ingliz huwa bżonnjuż madwar id- dinja, bil-Malti sa Malta biss tista' tasal." għall-Kunsill tal-Unjoni Presidenza Maltija Europea 2017 SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL SERVIZZI TA' RIĊERKA PRESIDENZA MALTIJA GĦALL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA 2017 Is-Segretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-UE 2017 fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali javża li ħarġet sejħa għall-offerti għal servizzi ta' ricerka matul il-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-UE 2017. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit www.etenders.gov.mt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016