Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

minn Gianluca Lia Grupp Ċ (Ġermanja – Polonja –Ukrajna – Irlanda ta' Fuq) Ġermanja Meta tipprova tbassar min taħseb li ħa jkun mal-aħħar erbgħa f 'kull tournament internazzjonali, impossibli tħalli barra lill-Ġermanja, li riċentament reġgħet qiegħda tkun forza importanti fil-futbol internazzjonali. Madankollu, it-tim nazzjonali Ġermaniż ilu ma jirbaħ dan it-trofew mill-edizzjoni tal-1996 u fost l-aħħar edizzjonijiet li ħadu sehem fihom, huma sfaw eliminati darbtejn wara xulxin fil-fażi tal-gruppi, kemm fl-2000 kif ukoll fl-2004. Fl-ebda edizzjoni iżda, ma kellhom lil Thomas Muller u Toni Kross, b'tal-ewwel jikkonferma ruħu bħala skorer prolifiku matul il-kwalifikazzjonijiet fejn skorja disa' gowls filwaqt li tal-aħħar kien l-iżjed plejer li qassam blalen importanti matul din il-fazi, sewwasew 1,007. Sfida affaxxinanti ħa tkun dik kontra l-Polonja, fejn possibbiliment ħa nkunu qegħdin naraw sfida bejn żewġ plejers li se jerġgħu jkunu fl-istess klabb, jiġifieri Mats Hummels u Robert Lewandowski, hekk kif wara li t-tnejn lagħbu flimkien ma' Borussia Dortmund, huma se jerġgħu jiltaqgħu mat-tim ta' Bayern Munich, bil-firma tad-difensur Ġermaniż mal- Bavarjani, tasal iktar kmieni dan ix-xahar, waqt li l-viżti mediċi jkunu propju għada. Polonja Wara t-tim potenti li nqala' fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-1982 kontra l-eventwali rebbieħa, l-Italja, it-tim nazzjonali tal-Polonja jidher li reġa' għandu taħt idejh grupp ta' kwalità ferm għolja, fejn ma tkun l-ebda sorpriża jekk jirnexxielhom jirreġistraw riżultat prestiġjuż. B'Robert Lewandowski quddiem, il-Polonja għandhom linja offensiva li tħabbatha mal-aqwa timijiet. It-13-il gowl tiegħu matul il- fażi ta' kwalifikazzjoni, tefgħu fil-quċċata tar-rekord tal-iżjed plejer li skorja gowls fil-fażi ta' kwalifikazzjoni. U l-kowċ? Il- kowċ huwa Adam Nawalka li pparteċipa fit-Tazza tad-Dinja tal-1978. Ukrajna Minkejja li għal dawn l-aħħar snin kien orfni ta' Andriy Shevchenko, it-tim nazzjonali tal-Ukrajna dejjem baqa' tim li jagħti sfida denja lil kulħadd u minkejja li naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja ta' sentejn ilu, dan is-sajf ħa nerġgħu narawh fl-ogħla livell tal-futbol Ewropew. Ta' min jgħid, li din hija l-ewwel darba li huma kkwalifikaw għal xi tournament maġġuri bħala Ukrajna, għaliex fl-2012 huma kienu ħadu sehem peress li kienu l-organizzaturi. Andriy Yarmolenko ħa jkun l-arma numru wieħed tat-tim nazzjonali Ukren, b'bosta klabbs Ewropej ħa jkunu qegħdin isegwuh mill-viċin matul dan it-tournament. Barra minn hekk, pjazzament prestiġjuż f 'dan it-tournament, kapaċi jkun ta' stimolu għall- illum Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Sports 30 It-Triq lejn il-Euro 2016 It-tieni parti It-tim nazzjonali tal-Ġermanja It-tim nazzjonali tal-Polonja It-tim nazzjonali tal-Ukrajna It-tim nazzjonali tal-Irlanda ta' Fuq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016