Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 'Persuna maħkuma mix- xorb titlef id-dinjità' minn Veronica Lynn Mizzi "KIEN hemm ħafna li jien insejħilhom 'mirakli'. Dawk li kienu mingħajr ċans, anke żgħir li jfiequ, u llum qegħdin jgħixu ħajja normali mal-familja jew l-għeżież tagħhom." Anthony Girard, social worker fi ħdan is-servizzi tal-famija tal-Caritas tkellem mal-gazzetta Illum dwar l-isfidi li jaffaċjaw persuni li jkunu inħakmu mill-vizzju tax-xorb, u esperjenzi li għaddew minnhom fit-triq tagħhom lejn il-fejqan. Girard jirrrakonta esperjenza ta' persuna li ltaqa' magħha permezz tal-laqgħat tal-Alkaħoliċi Anonimi, u li ħalliet impatt fuqu. "Wieħed li baqa' dejjem f 'qalbi kien jismu Wenzu. Kien burdnar u kien jattendi l-grupp tat-Tlieta fl-uffiċċju tal-Caritas fil-Furjana. Wenzu qatt ma fetaħ ħalqu biex jitkellem, u hekk baqa' għal iktar minn sena. Darba fost l-oħrajn, Wenza fetaħ ħalqu u qal, 'Jien ilni niġi hawn, żmien, u wara li noħroġ mil-laqgħa, indur il-kantuniera, immur il-bar, u nieħu tnejn birra. Il-ġimgħa l-oħra ma dħalx, bqajt sejjer id-dar u ma xrobtx.' Wenzu qatt ma reġa' xorob u miet sober," temm jgħid Girard. Is-social worker tkellem dwar in-nuqqas ta' għarfien li hawn f 'pajjiżna fejn jidħol il-grupp tal- Alkaħoliċi Anonimi, u jsostni li "huma ftit dawk li jattendu, jew aħjar li jibqgħu jattendu b'mod regolari, u ħafna jiġu darba jew darbtejn, u imbagħad jiefqu jattendu u jerġgħu jixorbu. Il- mentalità f 'pajjiżna hi li jekk ma tħallasx, ma tiħux servizz tajjeb. L-AA hija b'xejn, allura ħafna jippreferu jmorru għand il-professjonisti, iżda nemmen li fit-tul, l-AA taħdem, jekk inti tħaddimha." Meta Girard kien mistoqsi dwar kemm huma dawk li effettivament ifittxu l-għajnuna, b'dispjaċir qalilna li l-maġġoranza kbira ta' dawk li jixorbu żżejjed, kważi qatt ma jaslu l-AA. "L-ewwel għajnuna normalment issir minn xi tabib jew psikjatra meta l-persuna tibda tirrealizza li ħajjitha qed issir problematika: problemi fil-familja, fuq ix-xogħol, problemi ta' flus, saħħa eċċ. Hawn, ħafna drabi jippruvaw inaqqsu x-xorb. Xi ftit jirnexxilhom, iżda hemm dawk li l-marda tkun daħlet fil-fond u mingħajr għajnuna, ma jirnexxilhomx jaqtgħu." Kompla jispjega li fix- xogħol tiegħu mal-Caritas, jara ħafna minn dawn il-każi u "meta jmissu l-qiegħ, hemm, ħafna jirrikorru għall-AA." Pajjiżna, bħala pajjiż b'kultura Mediterranja, huwa mdorri b'doża ta' alkoħol mal-ikliet jew xi kwalunkwe okkażjoni fejn wieħed qiegħed jissoċjalizza, għaldaqstant wieħed jista' jkun iktar espost għax-xorb, u f 'xi drabi ma titteħidx b'tant serjetà meta l-konsum tal-alkoħol jsir wieħed eċċessiv. Anthony Girard kompla jsostni li jħoss li din il-problema tal- alkaħoliżmu f 'pajjiżna hi problema li spiss ma tingħatax biżżejjed importanza, u jżid jgħid li sustanzi oħra bħad-droga, tant tissemma' u tant nisimgħu dwar l-effetti tagħha, u kemm dawn huma ħarxa, "li ninsew li l-alkoħol huwa droga wkoll." Spjega kif il-kawża li wieħed jispiċċa vittma tax-xorb tista' tkun varja, b'uħud jispiċċaw dipendenti minħabba t-trobbija, fejn ikun dara jgħix fi klima tax-xorb, hemm min jibda jixrob u jkollu t-tendenza li jabbuża, u ħafna drabi, "speċjalment fiż-żgħażagħ, issib li jkun hemm nuqqas ta' 'self esteem', u skumdità ma' dawk ta' madwarhom." Is-social worker spjega wkoll kemm hi sitwazzjoni diffiċli u esperjenza ta' sofferenza għal familja li tara lil xi ħadd li jħobbu qiegħed ibati, jinqerdu bil-mod, u jħossuhom li huma inkapaċi li jwaqqfu dan id-diżastru fil-familja. "L-effetti tal- abbuż regolari tax-xorb huma tal-biża'. Il-persuna maħkuma mix-xorb issofri effetti fiżiċi, kif ukoll emozzjonali, psikoloġiċi u anki spiritiwali, fis-sens li l-valuri tant importanti tal-bniedem bħall- imħabba, ir-rispett u d-dinjità jibdew jitmermru, u l-maħkum jibda jitlef kull sens ta' amor proprju kemm fih innifsu kif ukoll ta' madwaru." Imma fil-verità, kemm hi reali din il-problema f 'pajjiżna? Għal dan, Girard jgħid li l-problema tal-abbuż tal-alkoħol hi mifruxa sew f 'pajjiżna, imma mhux kull min jabbuża mix-xorb jispiċċa fl-Alkaħoliċi Anonimi. Spjega kif, "il-problema hi waħda progressiva, fis-sens li ladarba ix-xorb isir vizzju, jiġifieri jixrob b'mod regolari tul medda ta' żmien, allura l-problema tista' ssir gravi u l-persuna tispiċċa dipendenti fuq l-alkoħol, fejn la tista' tgħix bih u lanqas mingħajru." Finalment, din il- gazzetta staqsiet lil Girard dwar x'inhuma l-passi li wieħed għandu jagħmel sabiex jindirizza l-problema li għandu u jfittex l-għajnuna. "L-importanti huwa dejjem li l-persuna jkollha x-xewqa li tipprova tieqaf mix-xorb. Dan mhux dejjem possibbli, iżda biż- żmien ħafna jirnexxilhom jibqgħu 'l bogħod mill- ewwel grokk. Il-filosofija tal-AA hija li jekk wieħed jibqa' 'l bogħod mill-ewwel grokk, ma jistax jixrob it-tieni wieħed." Żied jgħid li jekk dan jibqa' jattendi l-gruppi u jisma' lil sħabu jirrakkontaw kif huma irnexxilhom jibqgħu weqfin, ħafna drabi jagħmel kuraġġ u jieqaf jixrob. "Hemm min irnexxielu u ilu snin twal ma jixrob," temm jgħid Girard. Anthony Girard L-ILLUM titkellem ma' Anthony Girard mill-Caritas

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016