Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Wasal iż-żmien li issa tagħraf issib ftit iktar sabiex issir spazju tqatta' aktar ħin ma' dawk ta'madwarek. Il-ġenituri, b'mod speċjali, u jekk int f 'relazzjoni għandek tippjana xi weekend break. Dan huwa l-mument sabiex tersaq aktar lejn din il-parti tal-ħajja, u jekk int single, minbarra li tersaq lejn il- familja, int ħu vaganzaqasira fejn int tkun rilassat, ħalli wara tkun f 'burdata tajba għall-pressjoni fix-xogħol li ġej. Agħraf. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 28 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Mument li trid tagħraf kif tkattar u ssaħħaħ iżjed ir-rutina tiegħek, issa li taf kemm respon- sabbiltà stabbilità madwarek, u dan għandu jagħmlek tagħraf tqassam aħjar il-karriera, li kulma tmur qiegħda tikber, u r-relazzjoni ta' mad- warek trid ukoll tkun fuq l-istess linja. Tagħmilx żbalji bħalma ġralek fil-passat. Il-passat użah bħala mera għall-futur, kemm f 'dak li għandu x'jaqsam mal-karriera, u wisq aktar f 'dak li għandu x'jaqsam mal-imħabba. Sib bilanċ u imxi. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 23 u 37. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Magħrufin għar-ras iebsa li intkom tħaddnu, bħalissa għaddejjin minn din il-fażi li tagħmlu ta' raskom, jew aktar minn hekk, twebbsu raskom u dan mhux se jkun tajjeb. Għalkemm mill-oppost, jaf is-sitwazzjoni mhix waħda tant tajba, imma xorta waħda m'għandkomx twebbsu raskom. Anzi, bħalissa aktar tridu tagħrfu tkunu kawti aktar milli twebbsu raskom, għax b'hekk mhu ħa takkwista xejn. Kun kawt, u dak li hemm jitranġa. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 18, 24 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Mhux il-mument bħalissa li tasal għal xi forma ta' deċiżjoni. Ħu ftit iktar żmien ħalli tara s- sitwazzjoni speċjalment ta' madwarek kif sejra tiżviluppa, imbagħad minn hemm, tista' b'aktar serħan il-moħħ tieħu din id-deċiżjoni utli li int ilek taħseb fuqha, però agħti ftit iktar żmien ta' madwar tliet ġimgħat oħra, imbagħad, dak li tħoss li huwa utli għalik, u li se jagħmlek aħjar, agħmlu. Agħmel biss li tħoss int. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 11, 29 u 35. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa tista' tieħu ftit ta' nifs, għax ċerta press- joni madwarek hija inqas, għalhekk issa huwa l-mument għal dawra kompluta miegħek in- nifsek sabiex dak li hemm bżonn, tagħmlu. Qabel ma tidħol f 'fażi fejn imbagħad għandek riesaq lejk diversi kuntatti ġodda ma' personalitajiet li se jkunu jridu jiltaqgħu miegħek minħabba li l-karriera tiegħek se tieħu dimensjoni oħra. Agħraf ħejji sewwa ruħek għal dak li ġej. Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 29 u 33. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żmien kulma jgħaddi, qiegħed jurik fejn l-aħjar li int tkun. Ovvjament, int jixraqlek li tkun aħjar, u ġewwa fik, fil-mument dan m'għandux ikun, imma bħal qisek tagħmel pass, imma trid tagħmel kuraġġ sabiex int tal-inqas tkun irrispet- tat ferm aktar. Xi kultant, fid-dinja ma jistax ikollok kollox, imma li tkun rispettat, trankwill u komdu, huma tliet pilastri importanti. Bħalissa, int taf kemm qiegħed issofri. Jixraqlek dan kollu? Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 27 u 38. Cancer huma magħruin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Persuna mill-passat, terġa' tagħmel kuntatt miegħek f 'mument li int aktar stabbilit f 'dak kollu li hemm fil-ħajja ta' madwarek. Tħallix li kif jgħid il-Malti, tħalli x-xitan jittantak. Ma fiha xejn li tnejn jitkellmu imam trid tagħraf li jkun hemm kontroll, u trid tagħraf b'liema ħsieb, is-sitwazzjoni nqalgħet. Għalhekk, jekk kemm jista' jkun żomm lura, jew inkella ara kemm int vera ta' karattru sod, li int tinsab stabblim u xejn ma jħarbtek minn dak li int. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 18, 28 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Settembru Xi kultant, fil-ħajja ta' madwarna, l-affarijiet ma jiġux kif nixtiquhom aħna, u meta jiġri dan, nafu nitfixklu xi ftit, imma għalik li int Virgo, żomm kawt, u żomm lilek innifsek pożittiv. Din hi fażi li jekk tagħraf tikkontrolla, ma ddumx sabiex toħroġ minnha, imma jekk tmur fuq naħa negattiva, taf iddum, għalhekk agħraf ikkon- trolla dak li bħalissa qed tara li mhux jirnexxi madwarek, u żomm lilek kawt u fi ftit jiem, jitlaq u jispiċċa. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Erbgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 16, 24 u 32. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Issa li int għamilt bidla mill-passat li kont fih, u trid jew ma tridx trid tibda ħajaj oħra. Agħraf bis- sħiħ dak kollu li għaddejt minnu minn dak li kien negattiv sabiex ma tirrepetihx, u min-naħa l-oħra, dak li kien pożittiv, tkompli ssaħħu. Il-parir bħalissa huwa li għal issa, tagħraf iktar min huwa int, u għalissa tajjeb ikun li tħobb lilek innifsek u tissaħħaħ. Ħajtek għandha bżonn direzzjoni u triq iktar b'saħħitha. Agħraf dan. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 14, 25 u 35. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Għalik, il-passat suppost għandu jkun il-mera tal-futur. Il-passat tiegħek għandu jservi ta' serħan il-moħħ għal dak li int għandek tagħmel. Il-passat għalik għandu jservi ta' lezzjoni minn dak kollu li għaddejt sabiex tagħraf li ma terġax tirrepetih, u b'dan kollu warajk, issa għandek tħares 'il quddiem b'aktar determinazzjoni pożittiva, u b'aktar ħeġġa, u hekk, dak li int tagħraf tiddeċiedi, ikun iktar magħżul għalik. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 12, 28 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Il-konfużjoni li għaddejja ġewwa fik mhi sejra twassal imkien u mhi se twassal għall-ebda deċiżjoni, u għall-ebda direzzjoni. Fittex parir sew ma' xi ħadd li vera tafda għax bħalissa qiegħed tħossok qisek bastiment mitluf f'oċean. Tajjeb li tagħraf forma ta' parir li għalkemm forsi ma timxix mija fil-mija ma' dak li tisma' imma bis-saħħa ta' dak il-parir, int tkun tista' tfassal pjan għalik sabiex toħroġ minn din is-sitwazzjoni. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 17, 25 u 37. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Bħalissa qisek qed tħoss li ma tantx int komdu tafda lill-ħbieb ta' madwarek. Din is-sitwazzjoni ġejja mill-fatt li wisq tħoss li int tesprimi dak li int tħoss waqt li tara lil ċertu ħbieb ma jaqsmu kważi xejn fejn tidħol il-ħajja personali, u dan qiegħed iġiegħlek tagħraf li int ukoll issa, żżomm affarijiet personali għalik, u dan tagħmel tajjeb li tagħmlu. Barra minn hekk, ipprova sib ftit spazju ta' rilassament bħal gym eċċ. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li tagħtik serħan tal-moħħ ġejja minn Vrigo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 14, 28 u 31. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 Eddie Murphy PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www. pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għas-servizzi ta' PaulJon, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagtu t-tweġiba korretta tagħkom b'sms fuq 99013600. L-ewwel tweġiba tajba tirbaħ xahar b' Xejn l-ILLUM bil posta b'kollox. Nawguralkom ix-xahar ta' Mejju b'dak kollhu li tixtieq qalbkom. Namaste Nixtieq ninfurmakom lilkom qarrejja ta' din il-paġna, li żmien qarib se nkun qed inwasslilkom is-seba' proġett tiegħi li żgur sejrin tieħdu gost bih. Kunu lesti sabiex tkunu minn tal-ewwel li tirriservaw kopja!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016