Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

L i l-Partit Laburista jkun aktar qrib tiegħek hija missjoni politika li jien dħalt għaliha għaliex verament nemmen fiha. Kif jistgħu jixhdu d-delegati, kumitati lokali, friegħi u membri tal-Partit li qed niltaqa' magħhom ta' kuljum, inħoss b'passjoni l-bżonn li n-nies li jiffurmaw l-għeruq tagħna jkunu aktar viċin il-ħidma u aktar parteċipi fis-suċċess. Il-kelma li qed illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Opinjoni 16 The customer is always right OWEN BONNICI Id-dawl tal-bieraħ u ta' għada I lbieraħ, stqarrija tal- Gvern qalet li l-istatistika ppubblikata mill-Eurostat tikkonferma li fit-tieni nofs tal-2015, il-prezz tal-elettriku li kienu qed iħallsu l-konsumaturi Ewropej kien 2.4% ogħla mill-livell tas-sena qabel, bil-prezz tal- elettriku jiżdied minn €20.6 għal €21.1 kull 100 kilowatt. B'kuntrast, bħala medja, il-familji Maltin u Għawdxin ħallsu €12.7 għal kull 100 kilowatt ta' enerġija li jikkonsmaw, jiġifieri 66% anqas mir-rata li jħallas iċ-ċittadin Ewropew. L-istqarrija kompliet tgħid li l-istatistika tal- Eurostat turi li l-familji tagħna qed iħallsu r-raba' l-orħos prezz tal-elettriku fl-Ewropa. Qalet ukoll li fi tmiem l-amministrazzjoni preċedenti, l-elettriku kien jiswa €16.8 kull 100 kilowatt, jew 26% aktar mil-lum u fil-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti l-kontijiet tad-dawl għolew b'68% f 'pajjiżna. Fl-istess żmien, madwar l-Unjoni Ewropea, kien hemm żieda ta' 26%. Dan jikkonferma, skont l-istqarrija, li l-amministrazzjoni preċedenti kienet għolliet id-dawl bi kważi tliet darbiet aktar mill- medja Ewropea. B'kuntrast, il- Gvern preżenti raħħas l-elettriku b'25% meta fil-bqija tal-Ewropa, fl-aħħar tliet snin, il-prezz għola b'7%. L-istatistika Ewropea turi wkoll li is-sena li għaddiet, filwaqt li f 'Malta l-prezz tal-elettriku għall- industrija raħas bi 23%, il-prezz medju madwar l-Unjoni Ewropea naqas b'1% biss. Fl-aħħar tliet snin, il-prezz għall-industrija naqas b'24% f 'Malta iżda żdied bi 2.4% fl-Unjoni Ewropea. Minn din l-istatistika, wieħed jista' faċilment jasal għall-konklużjoni li kollox sew fil-qasam tal-enerġija, u dan meta l-proġett prinċipali fil- qasam tal-enerġija mwiegħed mill- Partit Laburista qabel l-elezzjoni għadu lanqas biss beda jaħdem. Issa jiena m'iniex se noqgħod nikkritika d-dewmien fit-twettieq tal-proġett tal-power station il-ġdid bil-gass. Proġetti ta' dawn it-tip huma min- natura tagħhom kumplessi u faċli li jkun hemm dewmien jew infiq aktar milli proġettat. Wieħed għandu jirrikonoxxi wkoll li l-Enemalta llum qiegħda tagħmel sforzi ferm akbar mill-passat sabiex tiġbor dak li hu dovut lilha. Wieħed ma jifhimx għala qabel kien hemm tnikkir fil-ġbir tal-arretrati. Iċ- chairman eżekuttiv tal-Enemalta qed jagħmel sforzi kbar sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata u jidher li qed jottjeni riżultati tajbin fir- rigward. Imma l-istatistika tal-istqarrija tal-gvern ma' tagħtix stampa sħiħa u għandha tiġi interpretata sew. Fl-ewwel lok, ħaġa li tistona fl- istqarrija uffiċjali hi li joħroġ ċar li r-rata tad-dawl hija ffissata mill- Gvern u mhix ir-riżultat tal-forzi tas-suq. Dan juri kemm għadna ankrati fil-passat u ma rridux nirrikonoxxu li l-prezz massimu suppost qed jiġi ffissat mir- regolatur. Suppost ukoll li l-operatur jew operaturi, jekk 'il quddiem ikun hemm hemm aktar minn wieħed, jistgħu jbigħu d-dawl bi prezz anqas minn dak iffissat mir-regolatur. Dan kollu juri kemm hu dgħajjef ir-regolatur f 'pajjiżna u hu biss il- werqa tat-tina tal-Gvern. Sfortunatament, hawn Malta l-ebda Gvern ma nkoraġġixxa l-iżvilupp ta' suq ħieles tad-dawl u kulħadd ipponta li l-Enemalta tibqa' monopolju. Id-differenza llum hija li issa l-Enemalta ġiet obbligata tixtri d-dawl minn Shanghai Electric li ħadet f 'idejha 90% tal-impjant tal-BWSC u mill-Electrogas meta l-impjant tagħha jibda jipproduċi. Kif u come l-Enemalta qiegħda jew ser tixtri d-dawl mingħand dawn iż-żewġ kumpaniji, għadu m'huwiex magħruf mill-pubbliku. Imma meta ntgħażel il-konsorzju tal-Electrogas sabiex jibni l-power station tal-gass, waħda mill-komponenti ta' dan il-konsorzju, Gasol plc iddikjarat li l-Gvern Malti kien se jiggarantixxi li jħallas għad-dawl kollu li sejra tipproduċi din il-powerstation, anke jekk ma jintużax mill-Enemalta. U fil-fatt, għadna nistennew li l-Kummissjoni Ewropea tapprova s-'security of supply agreement' li jserraħ ras l-investituri f 'dan is- sens. Dan id-dewmien li ħadd ma spjegah jista' jindika problemi mhux żgħar ma' Brussell. Intant, il-Gvern kellu joħroġ garanzija bankarja ta' €360m sabiex l-Electrogas tieħu self ta' €450m u l-konsorzju jrid iħallas għal din il-garanzija minħabba regoli dwar l-għajnuna tal-istat. Intant tajjeb li wieħed ifakkar li Gasol plc ħarġet minn dan il-konsorzju qabel ma kkonkluda dan il-finanzjament u wieħed jista' biss jaħseb li Gasol plc ma kinitx f 'posizzjoni li toħroġ sehemha sabiex jingħata dan is-self. Ħaġa li ma tantx issorprendietni. Imma ħa nerġgħu niġu għall- istqarrija uffiċjali. Ejjew nibdew bil-prezz medju tal-konsum domestiku. Skont l-istqarrija, il- Maltin iħallsu r-raba' l-irħas prezz fl-Ewropa għad-dawl. Madankollu, meta wieħed inaqqas it-taxxa li f 'Malta hija ferm baxxa kkumparat ma' pajjiżi oħra, l-istampa tinbidel sew. Ir-rata f 'Malta hi ta' 12c1-il kWh mentri fid-Danimarka hi 9c4 filwaqt li d-Daniżi jħallsu 21c f 'taxxi! Fil-Finlandja, ir-rata hi 10c1barra 5c3 taxxi. Il-Portugall, li għandu livell ta' għixien inferjuri għal tagħna, it-taxxi jammontaw għal 49.5% tal-prezz finali, u jgħollu r-rata minn 11c5 għal 22c9. X'ħin tqis kollox, ir-rata ta' Malta hi fil- medja, u hu biss minħabba t-taxxi li f 'pajjiżi oħra r-rata tad-dawl togħla sew. Ovvjament, wieħed jista' jgħid li dak li jimpurtah hu xi jħallas meta jasallu l-kont. Imma huwa evidenti li pajjiżi bħad-Danimarka u l-Portugall li għandhom produzzjoni ferm għolja ta' enerġija rinovabbli, jintaxxaw ir-rati tad- dawl sabiex inaqqsu l-konsum. U ma rridux ninsew li t-taxxi suppost iservu l-ġid komuni. Tabella oħra mogħtija mill- JOE ELLIS "Il-prezz tad-dawl f 'pajjiżna xorta jista' jkun ta' deterrent għall-investiment minkejja t-tnaqqis li sar"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016