Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

minn Albert Gauci Cunningham ILLINGWA mhux biss hija għodda komunikattiva iżda wkoll mera tal-istorja ta' pajjiż u kejl ta' kultura, stil ta' ħajja u l-isfond li minnu persuna tkun ġejja. F'pajjiżna, mhux b'inqas jekk mhux aktar minn ħafna pajjiżi oħra, il- kwistjoni tal-lingwa dejjem kienet fattur li ddefinixxa bosta fatturi, fosthom il-politika u anke l-klassi soċjali. Il-Malti hija l-lingwa nattiva ta' dan il-poplu: rikka, kkulurita, espressiva imma sofistikata fl-istess ħin. L-orgolju u l-imħabba li tant minna għandhom lejn il-Malti huwa l-pulmun li jżomm din il-lingwa, illum waħda uffiċjali fl-Unjoni Ewropea, ħajja. Imma jidher li dan xi kultant qed jiġi għad-detriment ta' wirt imprezzabbli li ħallew warajhom l-Ingliżi, jiġifieri l-lingwa Ingliża u l-mod kif din affetwat il-lingwa Maltija. Minkejja li ħadd ma jista' jinnega li l-Ingliż infiltra fil-Malti u b'hekk arrikkixxa l-lessiku Malti, xorta jidher li bħal kollox hemm dikotomija kulturali maħluqa minna stess biex nagħmlu differenza, jew noħolqu differenza bejn iż-żewġ lingwi, minflok inlaqqgħuhom flimkien. Qed nirreferi għall-isnobbiżmu ta' settur ta' nies li jistkerrħu l-isnobbiżmu tal-oħrajn illi jitkellmu bl-Ingliż Fi studju ppubblikat u kkummissjonat mill-Ministeru għlall- Edukazzjoni, li sar mill- Università ta' Cambridge din il-ġimgħa msejjaħ 'The English Benchmarking Study in Maltese Schools' jittieħed ritratt ċar ta' kemm, minkejja li kellu jiffaċċja u għadu jiffaċċja attitudni kulturali diffiċli, il-livell tal-Ingliż f 'pajjiżna għadu għoli. Aktar minn hekk, l-istudju jħares ukoll lejn l-attitudni ta' diversi studenti u l-ġenituri tagħhom lejn l-Ingliż, kemm fl-iskola u anke lil hinn. L-użu tal-Ingliż id- dar jgħin biex l-ulied jikkomunikaw aħjar L-istudju juri kif 50% tal-istudenti fl-iskola primarja jikkomunikaw bil- Malti d-dar filwaqt li 47% jikkomunikaw bl-Ingliż, jew inkella jaqilbu minn lingwa għall-oħra skont il-bżonn. Dan ifisser li f 'pajjiżna hawn kważi nofs il-familji li fihom hemm tfal ta' taħt il-11-il sena li huma bilingwi. Il-bilingwiżmu, kuntrarjament għall-użu esklussiv ta' lingwa waħda id-dar, jista' jgħin ħafna meta użat sew, biex it-tfal jitgħallmu ż-żewġ lingwi simultanjament u b'hekk ikunu fluwenti, kemm fil- Malti kif ukoll fl-Ingliż. Miċ-ċifri maħruġin f 'dan l-istudju, jidher li għalkemm huma bosta l-ġenituri li fehmu dan, il-bilingwiżmu jonqos sew ladarba l-istess tfal jikbru u jkollhom aktar abbiltà li jużaw il-lingwa Ingliża. Fil-fatt, l-istudju juri kif fost l-istudenti tas-sekondarja, il-livell ta' bilingwiżmu d-dar jinżel għal 27%, b'71% tal-istudenti f 'dan il-livell jitkellmu bil- Malti d-dar. L-għalliema intervistati f 'dan ir-rapport ilkoll jaqblu li l-użu tajjeb tal-lingwa illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Aħbarijiet 8 Sejħa għall-Espressjonijiet ta' Interess Jinteressak tkun parti minn tim involut fil-Presidenza ta' Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-2017? Issa huwa ċ-ċans tiegħek. Qed infittxu applikanti prospettivi sabiex ikunu involuti f'attività ta': Koordinazzjoni fil-qasam tal-ambjent u agri-fish fl-ambitu tal-Unjoni Ewropea u/jew Ippjanar ta' avvenimenti f'konnessjoni mal-Presidenza Maltija 2017 Għal aktar informazzjoni nistiednuk iżżur is-sit tal-Ministeru fuq l-indirizz elettroniku www.environment.gov.mt. Data tal-għeluq 3 ta' Gunju 2016. Għall-aktar informazzjoni tista' iċċempel fuq 22926297 Jien naqra u nistudja bl-Ingliż, L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-attitudni tal-Maltin lejn il-lingwa Ingliża skont studju ppubblikat din il-ġimgħa minn Cambridge primarja jikkomunikaw bil- huma bosta l-ġenituri li fehmu dan, il-bilingwiżmu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016