Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum SPORTSillum 27 Kollox lest għal-logħba ta' ħbiberija ta' prestiġju bejn l-Italja u l-Iskozja ILLUM, Malta se tkun qed tospita logħba ta' ħbiberija tal-ogħla livell u prestiġju bejn l-Italja u l-Iskozja, liema logħba se tkun qed tintlagħab fid-8.45pm fl- Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. L-organizzaturi tal- logħba, li huma t-Taljani ta' San Marco Sports Events flimkien mal-MFA jinsabu konxji li logħba ta' dan il-livell se tkun qed tqajjem interess partikolari f 'pajjiżna hekk kif kemm it-tim nazzjonali Taljan kif ukoll dak Skoċċiż, bid-diversi plejers tal-ogħla livell li dawn jippossjedu attiraw l-interess ta' numru kbir ta' segwaċi tal-futbol internazzjonali f 'pajjiżna. Dan se jkun konfront importanti għall-Italja hekk kif se jkun qed jasal ftit tal-jiem biss qabel huma jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-Euro 2016 waqt li se tkun ukoll waħda mill-aħħar logħbiet ta' Antonio Conte fit-tmun ta' dan it-tim nazzjonali bħala kowċ, hekk kif huwa ħabbar li wara l-Euro 2016 se jkun qed iħalli lill-Italja biex jingħaqad ma' Chelsea fl-Ingilterra. L-aktar li qed jissema biex jieħu postu bħala kowċ huwa l-kowċ attwali ta' Torino, Giampiero Ventura, li jidher li diġà laħaq ftehim verbali biex imexxi mal-Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), biex jieħu t-tmun tat-tim nazzjonali Taljan wara l-Kampjonati Ewropej. Min-naħa l-oħra, l-Iskozja huwa l-uniku tim nazzjonali mill-ħames timijiet nazzjonali Brittaniċi li jiffurmaw ir- Renju Unit, li ma rnexxielux jikkwalifika għall-Euro 2016. Dan hekk kif l-Ingilterra, Wales, ir-Repubblika tal- Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq kien irnexxielhom jiksbu post f 'din il-kompetizzjoni u mill-aħħar logħbiet ta' ħbiberija li huma kienu nvoluti fihom, kollox qed jindika li huma se jagħmlu ħoss fil-Kampjonati Ewropej ta' din is-sena fi Franza, li se jsiru bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju li ġej. Huwa fatt magħruf li preżentament, it-tim nazzjonali Skoċċiż immexxi mill-kowċ, Gordon Strachan, ma jinkludix fih dawk l-istilel li konna mdorrijin naraw fil-passat iżda xorta waħda kapaċi jagħti sfida denja lil kulħadd fosthom lit-Taljani f 'din il-logħba ta' ħbiberija tal-lum f 'pajjiżna. Intant, propju f 'dawn l-aħħar jiem ta' Mejju, it-tim nazzjonali Skoċċiż se jkun fl-azzjoni għal 'training camp', fejn permezz ta' dan u anke permezz tal- logħba ta' ħbiberija kontra l-Italja, huwa se jkun fl-aħħar fażi ta' preparazzjoni qabel jibda jieħu sehem fi Grupp F ta' Kwalifikazzjoni fejn fost l-oħrajn se jkun hemm ukoll it-timijiet nazzjonali tal-Ingilterra, il-Litwanja, is- Slovenja u s-Slovakkja. It-tim nazzjonali Malti se jkun qed jaffronta lil dak Skoċċiż fl-4 ta' Settembru ta' din is-sena fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, waqt li mbagħad fl-4 ta' Settembru tal-2017, l-Iskoċċiżi jilqgħu lil Malta fl-Iskozja. Dan se jkun ta' unur u prestiġju kbir għall-MFA u anki għal pajjiżna li se jkun qed jospita logħba ta' dan il-kalibru, u li żgur li se tkun qed tgħin fir-rata ta' turiżmu sportiv f 'pajjiżna. Huwa mistenni li l-Istadium Nazzjonali ikun mimli kollu għal din il-logħa ta' ħbiberija ta' prestiġju. It-tim nazzjonali Taljan It-tim nazzjonali Skoċċiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016