Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

minn John Busuttil EŻATT bħal għada 100 sena ilu, Ġanni Magro welled il-kumpanija Magro Bros f 'Għawdex. Fil- preżent, in-neputi tiegħu John Magro (imsemmi għan-nannu) għamel minn din il-kumpanija suċċess enormi fejn għaraf jimxi maż-żminijiet u kien kapaċi jibdel kull żvantaġġ għal vantaġġ mill-ideali politiċi li kull gvern iddeċieda li jimxi magħhom. Meta l-Labour għalaq is-suq minn barra, kibru għax huma ħolqu suq lokali qawwi u meta n-Nazzjonalisti fetħu s-suq permezz tal-Unjoni Ewropea rnexxielhom ikabbru l-esportazzjoni tagħhom b'tali mod li komplew jikbru. Għall-istorja ta' Magro Bros, l-ILLUM tkellmet ma' John Magro li rrakkonta l-istorja ta' dawn il-100 sena suċċess u kif din il- kumpanija kibret. "Il-100 sena ta' kumpanija għalija tfisser li jien qiegħed f 'fażi transitorja. In-negozju beda qabli għax jien it-tielet ġenerazzjoni fin-negozju u għandi s-sodisfazzjon li diġà għandi lil uliedi li huma r-raba' ġenerazzjoni li diġà bdew jieħdu r-riedni tal- kumpanija. "In-negozju bdieh in-nannu tiegħi Ġanni li beda mir- raħal tax-Xewkija. Missieru ma kienx fin-negozju, u kien in-nannu li beda jaħdem bħala kumpratur, jiġifieri jinnegozja billi jixtri prodotti tal-bdiewa Għawdxin u jbigħhom sew f 'Għawdex kif ukoll Malta." John Magro spjega kif dari meta ma kienx ikun hawn flus fl-idejn, il-bdiewa kienu jagħtu l-offerti lill- Knisja permezz tal-prodotti tagħhom. "Il-kappillan meta kien imur ibierek, flok flus kienu jagħtuh xi tiġieġa, fenek, tużżana bajd, eċċ. Allura l-kappillan kien jispiċċa b'razzett żgħir, u darba f 'sena kienu jagħmlu rkant biex ibigħu dawn id- donazzjonijiet u jsarrfuhom fi flus. In-nannu tiegħi kien bena kapital żgħir u beda jixtri l-prodotti, l-ewwel mix-Xewkija imbagħad beda jdur il-parroċċi kollha. Dawn il-prodotti kien imur bihom Malta u jbigħhom bi prezzijiet ogħla. Min-naħa l-oħra, kif kien ikun Malta kien jara xi affarijiet utli għal Għawdex u kien jixtrihom minn hemm u jbigħhom f 'Għawdex. Dan in-negozju bdih meta kellu 20 sena fl-1886. In-negozju kompla jikber u meta t-tliet uliedu tfarfru, (fosthom missieri) iddeċieda jgħaddi n-negozju lilhom. Iżda meta ġie biex jirreġistra l-kumpanija, flok għamilha fuqu u fuq uliedu għaddiha fuq it-tfal mill- ewwel u għamilha Magro Bros." Allura staqsejna jekk in-negozju Ganni bdieh fl-1886 kif il-kumpanija qed tiċċelebra l-100 sena issa meta n-negozju inbeda 130 sena ilu? "Il-gvern Ingliż kien għamel regolamenti li kien jippreferi jixtri mingħand kumpaniji reġistrati u għalhekk il- kumpaniji antiki f 'Malta kollha ġew reġistrati uffiċjalment bejn l-1914 u l-1918 u għalhekk il- kumpanija tagħna ġiet reġistrata fit-30 ta' Mejju 1916, eżatt 100 sena ilu." John Magro għamel ħafna riċerka biex ikun jaf eżatt kif bdiet, għaliex ittieħdu ċertu deċiżjonijiet u kif kibret il-kumpanija u kien għalhekk li seta' jgħaddili ħafna informazzjoni dwar l-istorja interessanti ta' din id-ditta tal-familja Magro. "Il-ġenerazzjoni ta' qabli kienet immexxija minn missieri Manwel, Wiġi u Ġużepp li bdew fin-negozju mill-1916 fejn missieri miet fl-1963 u ż-żewġ ħutu l-oħra mietu sa erba' snin wara. Bejn l-1967 u meta bdejna mmexxu aħna, kien hemm perjodu fejn in-negozju tmexxa minn ommi u z-zija li ma kinux negozjanti. Jien u ħija Michael xtrajna l-ishma tal-kuġini tagħna fl-1977." John qalilna wkoll li fl- 1930, minflok il-maħżen ħallewh ix-Xewkija fetħu maħżen fi Pjazza Savina li dak iż-żmien kienet il-pjazza fejn kien isir in-negozju kollu ta' Għawdex. Għax riedu jmorru qrib is-suq u mhux jibqgħu x-Xewkija. Qal ukoll li l-kumpanija Savina ġiet reġistrata minn dan il-fatt. John beda jirrakkonta wkoll kif missieru u ħutu kienu kabbru n-negozju fejn it-trasport bejn Malta u Għawdex kien tagħhom, "Xtraw l-ewwel vapur li qasam bejn Malta u Għawdex, 'Il-Ħanini' u komplew ikabbru l-flotta bil- , 'Queen of Peace', 'Imperial Eagle' u kellhom numru ta' dgħajjes tal-latini bħal Santa Rita u San Bert. Għal 40 sena, dak li llum hu tal-Gozo Channel kien f 'idejna, qabel żmieni. Barra minn hekk kienu anke importaturi tal- karozzi ma' Michael Debono tat-Toyota, barra l-ġwież eċċ. "Meta bdejna mmexxu jien u ħija Michael, konna xtrajna l-kumpanija li timanifattura l-ikel. Dak iż-żmien, il- fabbrika kienet tħaddem xi 16-il ruħ u kienet fit-triq lejn Kerċem. Konna nagħmlu biss il-kunserva fil-laned il-kbar meta l-kunserva kienet tinbiegħ bil-kwart jew niskwart. Minn meta bdejna l-kunserva kien jisimha 'Three hills' għax dejjem kienu kburin li kienet prodott Għawdxi." Fid-19 ta' Mejju 1977 John u Michael ħadu fabbrika li tipproduċi l-kunserva. Iżda issa l-kumpanija kellha fit-tmun tnejn min-nies li barra moħħ ta' negozjanti kellhom moħħ ta' żewġ persuni ta' skola wkoll. Dan għenhom biex ikabbru l-prodotti fejn l-ewwel bdew jiproċessaw frott fil-bottijiet, faqqiegħ, polpa tat-tadam u anke l-'ketchup'. "Kien ukoll żmien meta l-gvern ta' Mintoff għalaq is-suq tal-importazzjoni u kulħadd ried jixtri l-prodotti Maltin u dan għena mhux ftit, anke jekk kellna nwaqqfu x-xogħol li konna nimpurtaw bħal ġwież u zokkor. U bdejna nikkonċentraw fuq il-manifattura u kabbarna l-prodotti tagħna. Fit- tmeninijiet inbidel il-Gvern u issa sibna sitwazzjoni oħra fejn il-gvern ta' Eddie beda jaħseb biex jillibera s-suq internazzjonali u nidħlu fl-Ewropa. Ma qagħdniex nistennew lill-Gvern u r-referendum, u dan kien ifisser li ma stajniex inserrħu moħħna iżjed fuq is-suq li kellna. Barra minn hekk, konna nafu li Malta ma ddumx ma tidħol fl-Ewropa u ddeċidejna li nibdlu l-filosofija tagħna u bdejna nippreparaw bis-serjetà għall-Unjoni Ewropea ħafna aktar qabel ma beda jipprepara l-pajjiż. U meta l-pajjiż daħal fl-Ewropa aħna konna preparati u ħadna vantaġġ qabel kulħadd fejn għadna ngawdu mid-dħul ta' Malta fl-UE sal-lum. "Ikumbattejna l-importazzjoni billi bdejna nesportaw, kunserva u ketchup u llum kważi nofs il-produzzjoni li nagħmlu titlaq barra pajjiżna. Barra illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Għawdex 12 Magro Brothers: Storja • In-nannu Ġanni beda n-negozju 130 sena ilu meta kien jixtri l-prodotti li jingħataw lill-Kappillan u jbiegħom Malta • Xtraw l-ewwel vapur 'Ħanini' li kien jaqsam bejn Għawdex u Malta u għal 40 sena kienu jmexxu l-qsim John Magro Gianni Magro il-moħħ wara l-kumpanija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016