Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 24 Kummerċjali Malta BNI b'messaġġ dwar l-eċċellenza waqt ir-raba' premjazzjoni annwali Jekk fin-negozju wieħed irid jasal fil-livell li jmiss ta' suċċess, għandu jimmira u jistenna eċċellenza għax inkella jaqa' fil-medjokrità. Dan intqal mid-direttur nazzjonali ta' Malta BNI, David Bullock, waqt ir-raba' preżentazzjoni annwali organizzata biex tiċċelebra l-għeluq tal-ħames snin ta' din l-organizzazzjoni ta' business referrals f 'Malta. David Bullock tenna l-ħsieb ta' Dr Ivan Misner, il-fundatur ta' BNI (www.bni.com) f 'Kalifornja iktar minn 30 sena ilu. "Fl-aħħar ħames snin, kelli l-opportunità li napprezza dejjem aktar il- kwalità eċċezzjonali ta' ħafna mill-membri tagħna hawn Malta. Jekk l-impenn tagħhom biex jiżviluppaw kapitli ta' business referrals b'saħħithom hu daqshekk b'saħħtu, allura mhi l-ebda sorpriża li l-membri ta' Malta BNI huma fost l-aqwa li qed iservu b'mod professjonali lill-klijenti tagħhom billi joffrulhom servizzi ta' livell globali." Hu feraħ lill-membri, u b'mod partikolari lil dawk li rebħu l-unuri, għal dak li nkiseb mit- twaqqif ta' BNI f 'Malta matul dawn l-aħħar ħames snin. Bil- filosofija ta' BNI tkun ibbażata fuq 'Givers Gain', is-snin li ġejjin se jaraw lil Malta BNI tikber minn sitt għal għaxar kapitli madwar Malta. Dan biex tgħin lin-negozji Maltin jiksbu iktar suċċess permezz ta' networking effettiv f 'Malta u barra. Il-Malta BNI, tagħmel parti minn organizzazzjoni internazzjonali ta' negozji mifruxa madwar d-dinja, u bħalissa tiġbor fiha sitt kapitli b'membri li bnew relazzjonijiet fit-tul u huma sinċerament impenjati li jgħinu lil xulxin isibu iktar negozju permezz tal-filosofija tal-BNI 'Givers' Gain' u referenzi tan-negozju. Il-mira tal-BNI hi li toħloq aktar għarfien dwar il-proċess ta' business referrals. Dan mhux kwalunkwe tip ta' networking, imma 'networking ibbażat fuq l-iżvilupp ta' relazzjonijiet kummerċjali'. Barra minn hekk, in-network ta' BNI jgħaqqad lill-membri Maltin ma' membri oħra mifruxa f '60 pajjiż madwar id-dinja. Il-preżentazzjoni annwali tirrikonixxi u tiċċelebra l-kisbiet ta' għadd ta' membri ta' Malta BNI. Il-BNI toffri lill-membri tagħha l-opportunità li jaqsmu l-ideat, il-kuntatti, kif ukoll l-aktar ħaġa importanti li hi r-riferenzi ta' negozju. Bħalissa hawn sitt kapitli tal-BNI f 'Malta. Kull kapitlu hu magħmul minn membri li huma ġenwinament impenjati li jgħinu lil xulxin isibu iktar xogħol u jkabbru n-negozji ta' xulxin permezz ta' netwerking u referenzi by word of mouth. Is-sitt kapitli – kollha msemmijin għal Gran Mastri – jiltaqgħu nhar ta' Tlieta f 'Tas- Sliema u Marsa, nhar ta' Erbgħa fin-Naxxar, nhar ta' Ħamis fil-Furjana u nhar ta' Ġimgħa f 'San Ġiljan. Bħalissa l-Malta BNI għandha 'l fuq minn 120 membru ġejjin minn setturi u professjonijiet differenti. Ir-rebbieħa tal-unuri annwali flimkien mad-Direttur ta' Malta BNI David Bullock L-Alfa Romeo 4C Rosso Competizione fix-showroom ta' Alfa f 'Malta Ix-showroom ta' Alfa Romeo ġewwa Triq il-Wied l-Imsida għadha kemm laqgħet mudell ġdid tal-Alfa Romeo 4C, din id-darba f'lewn aħmar magħruf aħjar bħala Rosso Competizione. Din hija t-tielet Alfa Romeo 4C ġewwa x-showroom ta' Alfa Romeo f'Malta. L-ewwel mudell kien il-Launch Edition abjad lewn Carrara White. L-Alfa Romeo 4C, iddisinjata mill-inġiniera ta' Alfa Romeo u mibnija ġewwa l-impjant ta' Maserati f'Modena, tirrappreżenta r-ruħ sportiva ta' karozza sportiva fil-qalb tad-ditta Alfa Romeo: prestazzjoni, stil Taljan u eċċellenza teknika, b'mod li twassal l-aħjar sodisfazzjon fis- sewqan f'sigurtà totali. Il-4C hija ispirata mill-Alfa Romeo 8C u 6C tas-snin 30 u 40, żewġ karozzi tat-tlielaq b'magni ta' tmien ċilindri u sitt ċilindri. L-Alfa Romeo 4C fil-fatt tuża teknoloġiji u materjali li s-soltu jintużaw fuq karozzi sportivi (fosthom l-Alfa Romeo 8C Competizione) jiġifieri carbon fibre, aluminju, rear-wheel drive, mid-ship engine u teknoloġiji minn mudelli Alfa Romeo ta' qabel, iżda adattati għall-eżiġenzi u skond l-avvanzi tal-lum. Waħda mill-aħjar innovazzjonijiet tinsab fl-użu estensiv ta' materjali ħfief fosthom carbon fibre biex b'hekk, il-karozza tiżen biss 895kg. Il-karozza għandha wkoll aċċelerazzjoni minn 0-100km/h f'4.5 sekondi biss u tilħaq veloċità massima ta' 258km/h. L-Alfa Romeo 4C mhux biss tirrifletti taħlita perfetta ta' ġmiel u eċċellenza teknika iżda turi l-qofol tal-istil Taljan, l-eleganza u l-innovazzjoni teknika. Minbarra dawn it-teknikalitajiet avvanzati, waħda mill-aqwa kwalitajiet tal-Alfa Romeo 4C hija s-sbuħija. Fil-fatt, hekk kif kienet imnedija, il-4C mill- ewwel kienet ivvutata bħala 'Most Beautiful Concept Car of the Year' fil-Ġermanja u rebħet ukoll il-premju Auto Bild Design Award 2011. Minn hemm 'il quddiem żviluppat lista sħiħa ta' premijiet u unuri fosthom "Design Award for Concept Cars & Prototypes" ġewwa Villa d'Este, il-premju "Car of the Year 2013" minn FHM Magazine fir-Renju Unit, "Most Beautiful Car of the Year 2013" waqt id-29 Festival Internazzjonali tal-Karozzi fi Franza u ħafna oħrajn. Assistenza fit-triq permezz ta' mutur Middlesea Assist issa qed toffri assistenza fit- triq permezz ta' scooter bi tliet roti. Grazzi għal konfigurazzjoni ta' żewġ roti fuq quddiem, dan huwa relattivament sikur u stabbli sabiex issuqu u tista' faċilment issuqu f 'toroq traffikużi ħafna. B'hekk l-assistenza tasal għand is-sewwieq aktar malajr u clearing ta' toroq issir b'mod aktar effiċjenti. It-trakkijiet tal-kumpanija jibqgħu assi importanti meta t-tneħħija tal-vettura hija meħtieġa billi l-mutur jiddistingwi ruħu meta jkun jinħtieġ tiswija fuq il-post. Filwaqt li Middlesea Assist għad iridu jirfinaw l-użu tal- mutur, il-benefiċċji li kemm il-klijenti u l-Kumpanija jgawdu huma diġà evidenti u mhuwiex eskluż li dalwaqt naraw aktar minn dawn il-muturi jsuqu fit-toroq traffikużi. Meta fl-2012, Middlesea Assist nediet l-operazzjoni ta' assistenza fit-triq tagħha, iddisktingwiet ruħha mill-kompetizzjoni u saret stabbilita f 'perjodu ta' żmien qasir ħafna. Illum, erba' snin u nofs wara, Middlesea Assist xorta tirrikonoxxi l-potenzjal li jkollha vetturi u impjegati tagħha stress biex jingħata servizz ta'assistenza fit-toroq. Madankollu, l-isfidi dejjem jiżdiedu maħluqa mill-kundizzjonijiet tat-traffiku Maltin ma jistgħux jiġu evitati u sabiex jibqgħu effettivi, il- Kumpanija biex jadattaw. L-assistenza fit-triq hija disponibbli 24/7 għal dawk kollha li għandhom polza tal- vettura ma' MAPFRE Middlesea. Kull livell ta' assikurazzjoni jagħtik assistenza u servizz fit-triq b'xejn, kemm f 'każ ta' ħsara mekkanika jew elettrika, ta' problemi bil-batterija każ ta' problema bit-tyres, bżonn ta' fuel jew locksmith. Dan is-servizz huwa pprovdut fl- Ewropa kollha. Flamingo tippreżenta djamant ta' €1,300 bħala premju lil omm Ġranet biex jingħata ġieħ lil ommijiet jiġu u jmorru, però bħal djamant, l-imħabba għall-omm għandha tkun għal dejjem. Għal din ir-raġuni, Flamingo organizzat promozzjoni għal Jum l-Omm fejn il-klijenti kollha eliġibbli kellhom iċ-ċans li jirbħu djamant li jiswa €1,300. Biex il-klijenti jieħdu sehem fil- kompetizzjoni, kulma kellhom jagħmlu hu li jixtru b'€50 u jirrispondu mistoqsija sempliċi. "Jum l-Omm hu żmien perfett biex tagħti lil omm xi ħaġa speċjali li tgħożż u tapprezza. Kull omm ċertament tgħożż djamant bħala rigal," qal id- Direttur ta' Flamingo, Pius J Camilleri. Il-kompetizzjoni ttellgħet din il-ġimgħa quddiem numru ta' impjegati u klijenti li nzertaw għand Flamingo. Domitilla Farrugia miż-Żurrieq ittellgħet bħala r-rebbieħa. Farrugia ilha klijenta ta' Flamingo għal numru ta' snin, u dan l-aħħar xtrat żewġ air-conditioners tal-marka Mercury. Ibbażata f 'Triq il-Kanun, Ħal Qormi, Flamingo hi kumpannija ewlenija għal appliances elettroniċi tad-dar, u importatur ta' tagħmir domestiku u industrijali ta' kwalità għolja. Id-Direttur ta' Flamingo Pius J Camilleri jippreżenta d-djamant lil Domitilla Farrugia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016