Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 Opinjoni 14 Min kien fil-faqar, kompla jiftaqar A ktar kmieni din il-ġimgħa, meta kont dieħla fil- Parlament, kien hemm il-ġurnalisti tal- Partit Laburista jisfidaw lid- Deputati tal-Oppożizzjoni jikkwotaw - kelma b'kelma - fejn, fir-rapport tal- Caritas, jissemma li l-faqar żdied. Verament ħasra li l-Partit Laburista juża l-media tiegħu b'dan il- mod biex flok jeżamina fid-dettall ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Caritas, jipprova jirredikola dan ir-rapport b'dan il-mod. Tant kemm għall-Partit Laburista, il- faqar huwa xi ħaġa tal-films, li anke fis-servizz li xandar fuq l-istazzjon Laburista, daħħlu mużika biex tiprova tirredikola s-sitwazzjoni. Hawnhekk, naħseb għandhom raġun. Irnexxielhom jirredikolaw is-sitwazzjoni. Sitwazzjoni li qed jgħixu fiha eluf ta' familji Maltin u Għawdxin, li kuntrarju għal Keith Schembri u Konrad Mizzi, m'għandhomx il-kumpaniji sigrieti mad-dinja kollha, iżda lanqas m'għandhom biżżejjed flus biex ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar. L-istudju tal-Caritas huwa studju mill-aktar serju u mill-aktar professjonali li nispera li m'hawnx min jgħaddilu minn moħħu li jipprova jiddubità l-preċiżjoni ta' dan l-istudju. Dan huwa studju li jfarrak għal kollox il-propoganda qarrieqa ta' Joseph Muscat qabel l-elezzjoni. "Se neradika l-faqar darba għal dejjem", qalilna. Ara li ż-żewġ idejn tiegħu kienu se jiftħu kumpaniji sigrieti fil-Panama ma qalilniex. Altro che l-faqar ġie eradikat. L-aħħar statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika - kif anke kkonferma l-Ministru Farrugia fil-Parlament - tgħid, iswed fuq l-abjad, li l-faqar żdied, u saħansitra laħaq iċ-ċifra ta' 100,000 persuna. Mill-istess studju joħroġ ċar ukoll li l-aktar familji li batew f 'pajjiżna fl-aħħar tliet snin huma proprju dawk l-aktar dgħajfin u li għandhom dħul baxx. Illum għandna konferma li għandna familji li qed ibatu u li qed jgħixu fil-faqar. Vera każ ta' min mejjet għal qatra u min mejjet fis-sakra. Filwaqt li għandek dawn il-familji li m'għandhomx flus biżżejjed biex jgħixu ħajja diċenti, għandek lil Keith Schembri jagħmel il-kalkoli tiegħu ta' kif se jagħmel aktar flus u ta' kif se jkun qed jaħbihom. Sew qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil nhar l-Erbgħa li għadda: għandna liġi għall-allat ta' Kastilja u liġi oħra għall- annimali. Il-Gvern ta' Joseph Muscat mhuwiex qed jiffunzjona. Għandna Gvern li hu ġġammjat, huwa ostaġġ tiegħu nnifsu għaliex dan il-Gvern qed jaħli l-enerġija kollha tiegħu fil-kwistjoni tal-Panama. Kieku l-Prim Ministru għażel, xhur ilu meta faqqa' dan l-iskandlu, li jieħu deċiżjoni, kieku llum m'aħniex nitkellmu fuq il-miljuni taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u dwar il-kumpaniji u l-kontijiet sigrieti tiegħu, iżda kieku qed nitkellmu dwar kif se nkunu qed inqassmu l-ġid, ta' kif se nkunu qed inqassmu l-miljuni lil dawk li verament għandhom bżonn l-għajnuna, dwar kif se nkunu qed inqassmu l-miljuni lil dawk li qegħdin jgħixu fil-faqar, lill-anzjani tagħna, lill- persuni vulnerabbli, lill- persuni b'diżabilità, lil dawk li, għaliex il-ħajja ma daħqitilhomx, għandhom bżonn l-id tas-solidarjetà tagħna. Jgħidu li l-forka qiegħda hemm għall-iżvinturat, u veru, għall-Prim Ministru, jekk m'intix Chief of Staff u jekk m'intix il-Ministru Konrad Mizzi, ma ħaqqekx l-istess trattament, u dan mhux sew. Dan huwa intrinsikament ħażin, u ma jistax ikun li jkollna Prim Ministru li jiftaħar dwar il-ġustizzja soċjali u kemm għandu qalbu tħabbat għall- batut u għall-fqir, imbagħad jagħżel li jagħti trattament speċjali u preferenzjali lill-id ix-xellugija u l-id il-leminija tiegħu. Lill-media tal-Partit Laburista, li għal darb'oħra, tinsab iżolata, ngħidilha ħaġa waħda: ir-rapport tal-Caritas jikkonferma li min kien fil-faqar, kompla jiftaqar. U jekk għall-Partit Laburista, dan hu aċċettabbli, għalina mhuwiex. Paula Mifsud Bonnici hija x-Shadow Minister tal- Politika Soċjali PAULA MIFSUD BONNICI "Filwaqt li għandek dawn il-familjili m'għandhomx flus biżżejjed biex jgħixu ħajja diċenti, għandek lil Keith Schembri jagħmel il-kalkoli ta' kif se jagħmel iktar flus" "Ir-rapport tal-Caritas jikkonferma li min kien fil-faqar, kompla jiftaqar, u jekk għall-Partit Laburista, dan hu aċċettabbli, għalina mhuwiex"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016