Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Mejju 2016 | illum korrott huwa giddieb kbir' Sports 35 ieħor fil-futbol. Għamilt kors fl- amministrazzjoni tal-futbol u ftit wara dħalt fid-dinja tal-futbol bħala osservatur. Bdejt niskopri plejers tajbin u minn hemm bdejt nagħmel karriera fil-futbol. Kont diriġent ma' Roma. Irrakontalna l-esperjenza tiegħek fil-kapitali Taljana. Kienet waħda mill-ewwel esperjenzi tiegħi, fejn qabel kont osservatur għal Juventus iżda mbagħad ġietni din l-opportunità. Minkejja li ma tantx konna mmorru tajjeb, irnexxieli nġib xi plejers tajbin bħal Bruno Conti fejn eventwalment irnexxielna niġu t-tielet post u anke nirbħu l-Coppa Italia. Kont ukoll amministratur ma' Torino, x'tgħidilna fuq din l-esperjenza? Ma' Torino kienet esperjenza tajba oħra, fejn konna mingħajr flus iżda rnexxielna nagħmlu kampjonat importanti wkoll. Kellna ċans nirbħu l-kampjonat iżda ġejna t-tieni wara Verona, irbaħna l-Coppa Italia u tlifna l-finali tat-Tazza UEFA kontra l-Ajax, fejn ilqatna tliet lasti. Wara dik l-esperjenza, ingħaqadt ma' Napoli, fejn kien hemm Diego Armando Maradona. Immorru għall-esperjenza ma' Juventus. Il-kummenti tiegħek. Ma' Juventus irbaħna kollox flimkien, saħansitra anke t-Tazza Interkontinentali. Kien hemm żmien fejn ekonomikament ma konniex b'saħħitna, fejn fost oħrajn kellna nbiegħu lil Zinedine Zidane lil Real Madrid, iżda madankollu bqajna kompetittivi. Fost il-bosta plejers li int kont il-moħħ biex setgħu jiġu ngaġġati mit-tim li tiegħu int kont Direttur Sportiv, tista' ssemmielna xi wħud minn dawn? Kien hemm ħafna, iżda fost oħrajn kont jien il-moħħ biex Diego Armando Maradona u Careca jingħaqdu ma' Napoli, u Zinedine Zidane, Pavel Nedved u Zlatan Ibrahimovic jingħaqdu ma' Juventus dejjem għal ftit flus biex imbagħad spiċċaw inbiegħu lil timijiet oħra kbar għall-miljuni kbar ta' Ewro. Wara l-iskandlu ta' Calciopoli, anke fil-ktieb tiegħek, bqajt issostni li inti innoċenti. Xi twieġeb għall- ħafna kritiċi u tgħajjir li taqla', fost oħrajn li int ħalliel u korrott u li jkunu ġejjin anke minn partitarji ta' Juventus għax skont huma kont int il-kaġun li l-Bianconeri kienu waqgħu fis-Serie B? Min jgħid li jien ħalliel u korrott huwa giddieb kbir. Dan għall-fatt li min qara l-istorja u l-ktieb tiegħi, kulħadd jaf x'ġara. Jien bqajt dejjem niġġieled għall-innoċenza tiegħi u nfatti, mal-medda tas-snin beda tiela' ż-żejt f 'wiċċ l-ilma. Jien qatt ma għamilt xejn biex ikolli iżjed poter. Fiex tikkonsisti l-ħajja tiegħek illum? Għadni nsegwi l-futbol sew, iżda mil-lenti ta' ġurnalist. X'taħseb mill-problemi tal-imħatri fil-futbol? Hija ħaġa barra minn postha, iżda ma naħsibx li hija l-problema prinċipali fil-futbol. Ma ninsewx, li fil-futbol hemm ħafna flus involuti llum il-ġurnata, anke bi skopijiet tajbin. Liema hi l-aqwa skwadra ta' Juventus, dik li tagħha int kont Direttur Sportiv fil-passat riċenti jew dik ta' issa? Ma tistax tikkumparahom. Juventus tibqa' dejjem skwadra b'saħħitha, speċjalment kif rajna matul l-aħħar staġun, fejn mit-12-il post baqgħet tiela' sabiex rebħet il- Kampjonat tas-Serie A. Il-messaġġ tiegħek lejn il-partitarji Juventini Maltin. Napprezza li ħawn ħafna Maltin iżommu mal-Juventus, anke għall- fatt li ġewwa Turin, regolarment jitilgħu ħafna Maltin jaraw il- partiti ta' Juventus. Inħeġġiġhom biex ikomplu jsegwu lil Juventus mill-viċin fejn nassigurahom li bl-iskwadra preżenti li hemm, is- suċċessi se jkomplu jaslu b'moti! Ritratt: Chris Mangion Twieled f 'Monticiano, fi Siena, l-Italja fl-10 ta' Lulju tal-1937 Huwa eksdiriġent tal-futbol, fejn fost l-oħrajn kien ma' Roma, Lazio, Napoli, Torino u Juventus Kien il-bniedem li ġab lil Careca u Maradona mat-tim ta' Napoli, kif ukoll lil Ibrahimovic, Zidane u Nedved ma' Juventus Il-qofol tiegħu kien mat-tim ta' Juventus, fejn kien jaħdem mal-famuża 'Triade' komposta minnu, Antonio Giraudo u Roberto Bettega, fejn bena tim kompetittiv speċjalment lejn l-aħħar tas-snin 90 u l-bidu tal-2000 Wieħed mill-ismijiet prinċipali fl-iskandlu ta' Calciopoli li xxukkja l-futbol Taljan fis-sajf tal-2006 Illum il-ġurnata huwa opinjonista fuq Sport Italia Luciano Moggi "Kont jien il-moħħ biex Maradona u Careca jingħaqdu ma' Napoli, u Zidane, Nedved u Ibrahimovic ma' Juventus, dejjem għal ftit flus biex imbagħad spiċċaw inbiegħu lil timijiet oħra kbar għall- miljuni kbar ta' Ewro"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016