Illum previous editions

ILLUM 29 May 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/685215

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 502 • 29 ta' Mejju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Luciano Moggi Ara paġni 34 u 35 ... imma Muscat jgħidilha li m'hemmx ċans minn Albert Gauci Cunningham BINT l-eks-Prim Ministru Dom Mintoff, Yana Mintoff Bland ressqet mozzjoni f 'isem il-Forum Komunità Bormliża, lill-Prim Ministru u lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali li fiha qed tipproponi li jkunu kkontrollati l-prezzijiet tal-kirjiet kummerċjali. Hi qed tipproponi li l-Gvern jimponi massimu ta' kemm tista' tiżdied il- kera ta' proprjetà. Mal-ILLUM Mintoff spjegat kif bil-proposta tal-Forum, il- prezz ta' kirja ma jistax jiżdied b'iktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona. Dan ifisser li jekk f 'żona partikolari l-kirja medja hija ta' €100 kull xahar (bħala eżempju), sid il-post ma jistax jitlob aktar minn €105. Mintoff qed tipproponi wkoll li dan il-massimu jkun rivedut kull numru ta' snin. Il-proposta ta' Mintoff iżda ma sabitx l-appoġġ tal-Prim Ministru Muscat li, skont Mintoff, f 'laqgħa informali li kellu magħha, għarrafha li l-Gvern ma jemminx li għandu jindaħal f 'suq ħieles u huwa għalhekk li l-proposta mhux se tkun milqugħa. Mintoff spjegat ukoll kif Muscat qalilha li hu jaqbel biss li l-Gvern għandu jkompli jgħin permezz ta' sussidji u proġetti soċjali. Tkompli f 'paġna 4 FIŻ-ŻMIEN li ġej mistennija titħabbar skema li għandha l-għan li tagħti imbuttatura lil negozji żgħar, speċjalment dawk li huma mmaniġġjati mill-familja. Dan żvelatu mal-gazzetta ILLUM il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU Abigail Psaila Mamo li spjegat kif wara diskussjonijiet mal-Gvern u fid- dawl tal-kompetizzjoni qawwija li qed jaffaċċjaw negozji żgħar, speċjalment fil-qasam tal-ħwejjeġ, kull min jixtieq jaqleb in-negozju tiegħu onlajn se jingħata għotja bħala inċentiv. "L-iskema se tkopri għotja ta' madwar nofs l-ispejjeż li jkollu negozjant biex jagħmel din il-qalba, bil-premessa li s-sit ikun wieħed li mhux biss juri l-prodotti imma li joffri wkoll il-faċilità li l-konsumatur jixtri l-istess prodotti onlajn." Aqra l-artiklu kollu dwar is- sitwazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħha numru ta' negozji żgħar fis- settur tal-ħwejjeġ u l-kummenti ta' Psaila Mamo f 'paġna 5. Mintoff trid kontrolli fuq il-prezz tal-kera Minn Ġanni sa John Tal-bott il-blu jagħlqu 100 sena Ara paġni 12-13 Għotja ta' nofs l-ispiża biex taqleb in-negozju onlajn

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 May 2016