Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 504 • 12 ta' Ġunju 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista' esklussiva ma' Alessandro Birindelli Ara paġni 34 u 35 Xarabank fil-mira ta' Cardona Id-delegati tkellmu: Deputat Mexxej ġdid Cardona bagħat sms lid-delegati tal-PL u wegħdhom deċiżjonijiet fil-PBS minn Albert Gauci Cunningham FL-AĦĦAR jiem tal-kampanja għal Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista Chris Cardona, bagħat SMS lid-delegati kollha tal-partit u fih wegħedhom 'ġustizzja fil-PBS'. F'kuntatt ma' din il-gazzetta kelliem għat-tim ta' Cardona qal li b'dan il-messaġġ lid-delegati, Cardona kien qiegħed partikolarment jirreferi għall-programm 'Xarabank'. L-SMS li ntbagħat mit-tim ta' Cardona f 'ismu kien jgħid hekk: "F'Dissett sħaqt li trid ssir ġustizzja mhux biss mal- Laburisti imma anke mal-Partit Laburista, inkluż fil-PBS." Il-messaġġ jagħlaq bil-kliem "hemm bżonn jittieħdu d-deċiżjonijiet." Mistoqsi direttament minn l-ILLUM jekk Cardona hux qed jikkontempla bojkott, bħalma l-istess partit kien għamel fil- passat riċenti, il-kelliem pront wieġeb "le." Mitlub għalhekk, biex jispeċifika miżura li kellu f 'moħħu Cardona meta bagħat l-SMS, il-kelliem ma weġibx direttament u minflok irrepeta s-sentiment ta' Cardona fuq il-programm 'Dissett' fejn qal li sab ħafna ostilità l-aħħar darba li kien fuq Xarabank. Fuq 'Dissett' Cardona qal hekk: "l-ostilità li kelli fuq Xarabank min-nies preżenti kienet inkredibbli... ħassejt li jien kont f 'minoranza meta jien Ministru tal-Gvern li suppost qed jagħti direzzjoni politika lill-PBS." Meta mistoqsi minn l-ILLUM x'poter jista' jkollu deputat mexxej ta' partit fuq ix-xandir nazzjonali meta hemm Ministru responsabbli għalih, il-kelliem tat-tim ta' Cardona irrokonoxxa li dan huwa minnu, għalkemm żied jgħid li l-kariga ta' Deputat Mexxej tagħti saħħa lil din il-pożizzjoni. "Għall-inqas issa hemm xi ħadd li qed jirrikonoxxi li hemm problema," sostna mal- ILLUM. Tkompli f 'paġna 4 'Il-maniġers tal-lukandi ma ġewx ikkonsultati' -MAHE minn Veronica Lynn Mizzi IL-PRESIDENT tal-Malta Association of Hospitality Executives Joe Attard, mal- gazzetta ILLUM sostna kif bħala assoċjazzjoni li tirrapreżenta lill-maniġers u lukandiera, ma ġietx ikkonsultata mill-Ministeru għat-Turiżmu qabel ma ddaħħlet l-eko-kontribuzzjoni. Minkejja li Attard, qal li huma jaqblu perfettament mal-kunċett ta' din it-taxxa l-ġdida, qal ukoll li huma kellhom diversi proposti u rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-mod ta' kif din it-taxxa tista' taħdem, li ntbagħtu wkoll lill-istess Ministeru. Minkejja dan, l-assoċjazzjoni baqgħet mingħajr tweġiba. Tkompli f 'paġna 4 KIENET taqtigħa ħarxa u tiġrija verament sal-barkun hekk kif Chris Cardona ħareġ rebbieħ u kien elett bħala Deputat Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. Dik tal-bieraħ kienet it-tieni votazzjoni wara li Stefan Zrinzo Azzopardi kien eliminat, meta akkwista 11- il vot biss inqas minn Owen Bonnici. Cardona kienu ilu l-favorit, b'kampanja immirata lejn l-għeruq tal-Partit Laburista b'għajta u wegħda li se jindirizza l-weġġgħat ta' settur ta' Laburisti li f 'dawn l-aħħar tliet snin jew kienu diżillużi jew saħansitra abbandunaw il-Partit. 389 vot 53.3% 46.7% 339 vot

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016