Illum previous editions

ILLUM 12 June 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/691407

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

"ILVOLONTARJAT huwa imprezzabbli. Ma nistgħu qatt inħallsu lura s-servizz li jagħtu l-voluntiera Maltin kemm lokalment fis-soċjetà tagħna kif ukoll fuq livell internazzjonali." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius waqt iċ-ċerimonja ta' għoti ta' fondi lill- benefiċjarji ta' tliet skemi ta' Aġenzija Żgħażagħ. Huwa kompla jgħid li l-Gvern qed jagħmel l-almu tiegħu sabiex jgħin lill-għaqdiet volontarji f 'pajjiżna, li qed jagħtu lura lis-soċjetà individwi b'ħiliet importanti. Huwa appella lill-għaqdiet volontarji sabiex jagħtu spazju liż- żgħażagħ għax dawn iġibu magħhom ideat ġodda, u huma wkoll essenzjali sabiex l-għaqda tibqa' tiffunzjona. Iċ-ċerimonja li għaliha attenda s-Segretarju Parlamentari laqqgħet flimkien il-benefiċjarji ta' tliet skemi li jniedu ta' kull sena Aġenzija Żgħażagħ li huma l-Be Active Scheme, u l-A4U Scheme li jinsabu fit-tielet sena tagħhom u l-iskema 'It- Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda' li tinsab fil-ħames sena. B'kollox kienu 44 għaqda jew soċjetà li bbenefikaw minn dawn il-fondi. Il-Be Active Scheme hija skema ta' fondi li tingħata lil gruppi ta' żgħażagħ li jkunu proponew ideat għal inizjattivi volontarji li jistgħu jsiru bi sħab mal-istess aġenzija. L-inizjattiva trid tkun relatata ma' waħda minn sitt temi magħżula minn Aġenzija Żgħażagħ. Mill-banda l-oħra l-iskema A4U tipprovdi għajnuna finanzjarja biex l-organizzazzjonijiet taż- żgħażagħ itejbu l-operat tagħhom jew bi proġetti relatati mat-titjib tal-ħiliet tal-membri tagħhom jew billi jinvestu f 'għodda li minnha jibbenefika l-grupp jew l-għaqda. Intant ġew ippreżentati wkoll għotjiet finanzjarji lill-baned li bbenefikaw mill- iskema 'It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal- Banda'. L-għan prinċipali ta' din l-iskema huwa li l-każini tal-banda joħolqu proġetti li bihom iħeġġu aktar żgħażagħ jitgħallmu strument mużikali, itejbu s-servizzi ta' tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġà qegħdin jattendu l-każini jew iniedu jew isaħħu inizjattivi innovattivi u sostenibbli fl- istrutturi tat-tagħlim mużikali tagħhom. Din l-iskema ssir bil-kollaborazzjoni bejn Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Każini tal-Banda. Waqt iċ-ċerimonja indirizzaw lil dawk preżenti Miriam Teuma, il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, u l-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Noel Camilleri. illum | Il-Ħadd 12 ta' Ġunju 2016 Aħbarijiet 10 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Mobile Data Services – T070/16 Data ta' ħruġ: 3 ta' Ġunju 2016 / Data ta' għeluq: 24 ta' Ġunju 2016 Lease of Colour Energy Ecient Multifunctional Printers – T051/16 Data ta' ħruġ: 10 ta' Ġunju 2016 / Data ta' għeluq: 8 ta' Lulju 2016 Il-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. 44 għaqda jibbenefikaw minn skemi ta' Aġenzija Żgħażagħ Uħud mir-rappreżentanti tal-għaqdiet benefiċjarji WIEĦED mill-oqsma l-inqas riċerkati tat-Tieni Gwerra Dinjija hu l-kontribut li taw in-nisa fil-qasam soċjali, amministrattiv, u dak tal-operat u l-loġistika fl-amministrazzjoni ċivili u militari ta' Malta. Riċerkatur tat-Tieni Gwerra Dinjija Simon Cusens se jippreżenta taħdita mżewqa bir-ritratti dwar 'Ir-rwol tan- nisa fit-Tieni Gwerra Dinjija – il-każ ta' Malta', il-Ġimgħa 24 ta' Ġunju 2016, fis-7.30pm, fil-bitħa tat-Torri ta' Lanzun, Triq is-Santwarju, Mensija, San Ġwann. It-taħdita, li hi organizzata mill-Gran Kmanderija tal-Kastell (GCC), li hi ġurisdizzjoni tal-Ordni Militari u Ospitalliera ta' San Lazzru ta' Ġerusalemm, se tkun miftuħa għall-pubbliku (booking bil- quddiem hu rakkomandat). Din is-serata għandha l-appoġġ tal-Palazzo Prince d'Orange tal-Belt Valletta. Id-dħul kollu se jmur għand organizzazzjonijiet li jgħinu lil- lebbrużi fl-Indja u l-Uganda. 'Ir-rwol tan-nisa fit-Tieni Gwerra Dinjija – il-każ ta' Malta', jelenka l-aspetti kuraġġużi ta' dedikazzjoni u affidabbiltà tan-nisa li qatt ma ssemmew biżżejjed s'issa. Il-kontribuzzjonijiet tan-nisa fi żmien il-gwerra kienu ta' sinifikat kbir, estensivi, u assolutament vitali għall-pajjiż. Uħud min-nisa spikkaw iktar minn oħrajn, min f 'Malta u oħrajn f 'territoriji alleati barranin. Nisa oħrajn issograw ħajjithom fejn ħadmu bil- moħbi f 'artijiet ostili, jassistu fil-kawża tal-alleati. L-awtur skopra uħud mill-eroj nisa mhux rikonoxxuti, u qed jippreżentahom u għall- għarfien tal-pubbliku għall- ewwel darba. Simon Cusens wettaq xogħol ta' riċerka dwar l-istorja tan-nisa fi żmien il-gwerra għat-teżi tiegħu fil-grad ta' Master of Arts fi ħdan l-Istitut tal-Istudji Maltin fl-Università ta' Malta. Dan hu l-ewwel xogħol akkademiku fuq dan is-suġġett, u l-awtur qed iħejji biex jippubblika dan l-istudju. Il-fond tal-karità tal-Gran Kmanderija tal-Kastell jassisti tliet organizzazzjonijiet speċifiċi li jgħinu lil-lebbrużi fl-Indja, l-Etjopja u l-Uganda. Organizzazzjoni waħda minn dawn hi Women in Need fl- Indja. Il-mistiednin huma mitluba li jaslu mis-7.30pm 'l quddiem, u t-taħdita tibda fit-8.00pm u wara jkun hemm reċiviment. Din hi wkoll okkażjoni biex wieħed iżur it-Torri ta' Lanzun. Aktar tagħrif dwar din l-attività jinkiseb mis-sit tal- 'Grand Commandery Malta'. Taħdita dwar ir-rwol tan-nisa f 'Malta matul it-Tieni Gwerra Dinjija Numru ta' nisa ħadmu bħala operaturi tat-telefon fil-Kamra tal-Operat ta' Lascaris fil-belt Valletta Wieħed mir-rwoli li n-nisa Maltin kellhom jagħmlu fi żmien il-gwerra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 June 2016